Illum previous editions

illum 27 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 | illum 17 ma' Duncan Azzopardi DUNCAN AZZOPARDI m'għandu bżonn ebda introduzzjoni ma' dawk il-ħafna telespettaturi televiżivi li jħobbu jsegwu id-drama Maltija. Bħala attur ħadem f 'diversi serje televiżivi iżda l-professjoni proprja tiegħu hi dik ta' parrukkier u għandu s-salon tiegħu. Żgur li mal-klijenti jsib ħafna xi jgħid waqt li jkun qed jaqtagħlhom xagħarhom. FREDERICK AT TARD fattard@mediatoday.com.mt Meta twelidt u taħt liema stilla taqa'? Twelidt fit-2 ta' Diċembru 1983 taħt l-istilla Sagittarius. Assolutament ma nemminx b'dawn l-istilel però. Kif tiddeskrivi tfulitek? Pjuttost normali jekk trid issejħilha hekk. L-iktar ħaġa li niftakar hi li jien u ħija konna nistennew bil-ħerqa l-vaganzi tas-sajf fejn konna nqattgħu l-maġġor parti tagħhom għand in-nanna. Konna ffissati fuq il-kartuns Ġappunizi u konna naddu sigħat twal narawhom. Nista' ngħid ukoll li kont xi ftit mistħi meta kont żgħir. Minn dejjem ridt issir parukkier? Le ta! Għall-ewwel kont ngħid dentist. Kont bdejt nistudja x-xjenzi imma ma ħadthomx daqshekk bis-serjetà. Ili erbatax il- sena parrukkier b'għaxra minnhom naħdem għal rasi. Ma jiddispjaċini xejn għax tgħallimt ħafna. Issa ta' tletin sena, erġajt bdejt nistudja. Dħalt l-Università fejn qed nagħmel kors filgħaxija fiż-żgħażagħ u l-komunità li jwassal għal degree. X'ġibdek lejn il-palk? Meta kelli xi 14/15-il sena kont fi grupp taż-żgħażagħ u konna nagħmlu l-paegent tal-Ġimgħa l-Kbira. Jien kont nagħmilha ta' Kristu imma ħadd minnha ma kien attur u ftit kont naħseb li se nieħu din il-linja b'tant serjetà. Xi ftit snin wara ltqajt ma' Carlos Farrugia fejn ħajjarni nieħu kors tad- drama miegħu. Minn hemm 'il quddiem ma ħaristx lura. Liema kienu l-aktar karattri diffiċli li interpretajt? Kull karattru joffri sfida skont kemm inti tisfidah. Hemm min jibqa' fuq il- qoxra ta' barra u jiffoka fuq l-apparenza biss, u hemm min jiddeċiedi li jidħol aktar fil-fond fl-emozzjonijiet u anka l-moħħ tal-karattru. Bla dubju l-iktar karattru li kien fih xogħol huwa meta interpretajt 'L-Iskrivan' fid- dramm ta' Oreste Calleja 'Satira'. Mhu ħa ninsieh qatt. Ħdimt ma' diversi atturi magħrufa, hemm xi ħadd minnhom li jispikka iżjed minn oħrajn u għaliex? L-iktar ħaġa li nfittex fl- atturi li naħdem magħhom speċjalment dawk iktar stabbiliti hija l-umiltà. Wieħed partikolari li jispikka f 'moħħi huwa Anthony Ellul. Attur bravissimu ta' esperjenza kbira però baqa' dejjem b'saqajh mal-art. Hekk irrid inkun jien. Bħala direttur ma nistax ma nsemmix lil Albert Marshall li għallimni immens u qatt ma nista' nieqaf nirringrazzjah tal- fiduċja li dejjem kellu fija. Il-proġett li jmiss . . . Proġetti ħeħe. Bħalissa qed niffilmja serje televiżiva għas-sajf 'Tfesfisa', kif ukoll għandi parti prinċipali f 'serje oħra li se tibda f 'Ottubru bl-isem ta' 'Rifless' fuq ONE. F'Settembru se nieħu sehem fil-One Acts Festival tal-MADC bħala direttur kif ukoll qed nidderieġi xi xogħol għall-istudenti. Kif jgħidu l-Ingiliżi 'Never a dull moment'. Kulħadd jgħaddi minn xi mumenti diffiċli fil-ħajja, x'inhu dak li jgħamlek kuntent? L-affarjiet żgħar u sempliċi. Fuq kollox il-kumpanija tal-ħbieb u l-familja. Barra dawk naħseb mument sabiħ għal kull attur huwa wara xi reċta waqt il-curtain call. L-emozzjoni ta' teatru mifqugħ bin-nies iċapċap hija indeskrivibbli. Tħobb is-sajf u l-baħar . . . Is-sajf inħobbu ħafna, il-baħar mhux daqshekk. Fis-sens immur imma mhux se ngħamillek xi sigħat ġol-ilma. Iktar issibni fuq id-deckchair b'xi gazzetta u flixkun birra. Il-qawl Malti favorit tiegħek? Alla jagħlaq bieb u jiftaħ mija. Ħames Minuti Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaћћu Ħilitna gћall-Aktar Impjiegi u Kwalita ta' Ħajja Aћjar Proġġett parzjalment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Kofinanzjament: 85% Fondi mill-UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek PLAY-WORK SCHOLARSHIP SCHEME – ESF 1.229 Bħala parti mill-proġett ESF 1.229 – Skills Acquisition for Children and Adolescents, Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi tgħarraf li ħa tisponsorja taħriġ fil-livell MQF 4 għal Play-work. Dawk interessati għandhom jibagħtu email fuq leanne.vassallo@gov.mt biex ikunu jistgħu jircievu ir- Regolamenti u l-Applikazzjoni. L-Applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lil Ms. Leanne Vassallo mhux aktar tard mit-12 ta' Awissu 2014. Storja spekulattiva L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri CHRIS SCICLUNA SLIEMA NIRREFERI għall-istorja ppubblikata fil-faċċata tal- gazzetta ILLUM ta' nhar il- Ħadd li għadda, 20 ta' Lulju 2014, bit-titlu "Dalwaqt id-deċiżjoni fuq CEO għall- PN" u li fiha jingħad li jiena aktarx inkun Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Niċħad dan bl-aktar mod kategoriku. L-istorja tal- gazzetta ILLUM hija waħda għal kollox spekulattiva u bla bażi. Kien ikun aktar prudenti li kieku qabel ippubblikat l-istorja, il-gazzetta ILLUM tagħmel kuntatt miegħi biex titlobni konferma jew ċaħda u dan b'rispett lejn il-qarrejja tal-gazzetta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 July 2014