Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
18 illum | Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 Il-Punt Inti tieħu? I d-droga – tabù li nibżgħu nitkellmu fuqu qisu xi xitan li m'għandniex insemmu ismu. Hu x'inhu però d-droga xorta qiegħda hemm. Irridu nibdlu l-ħsieb tagħna biex nifhmu x'qiegħed jiġri fil-prattika, fit-triq. Qegħdin nitkellmu fuq realtà soċjali li kibret u nfirxet tant li ma nistgħux nibqgħu naħsbu fuqha bil-mentalità ta' żmien ilu. M'għadhiex xi ħaġa ġdida iżda xi ħaġa li ppenetrat ċrieki soċjali differenti minn persuni li forsi lanqas wieħed jgħaddilu minn moħħu. F'dan il-kuntest x'se nagħmlu? L-ewwel ħaġa hija intrinsika. Irridu nibdlu l-ħsieb li naħbuha u nieqfu nippruvaw naħsbu li mhux qiegħda hemm u allura naċċettaw li din hija realtà madwarna li qegħdin ngħixu fiha. M'iniex qed ngħid li l-għajnuna ta' riforma li qed tingħata ma salvatx ħajjiet u familji, u lanqas m'jien qed ngħid li l-ġlieda kontra t-traffikar saret għalxejn. Imma jekk il-ġlieda ma ntrebħitx, irridu nammettu li l-metodu li bħala pajjiż ħsibna dwar id-droga fiċ-ċirkostanzi tal-lum falla. Id-droga tittieħed minn individwu, minn persuna – jista' jkun xi ħadd li taf, jista' jkun ħuk, stajt kont int. Hawn irridu qabel kollox nifhmu li din il- persuna hija vittma. Jekk ma nagħmlux din il-qabża u nibqgħu mwaħħlin nahsbu li tali persuna hija kriminali u għandha tiġi ttimbrata ta' 'drogat' u jġorr dan it-timbru matul ħajtu, allura qegħdin ngħidu lil din il-persuna li għaliex weħlet fl-għanqbuta tal-brimba issa tista' tinqered. Mhux hekk li rridu nagħmlu, imma l-anqas li qisu ma ġara xejn. Irid ikun hawn sistema ta' għajnuna individwalizzata skont il-każ u skont it-tip ta' droga u skont l-istadju li l-individwu wasal fih. Din ir-riabilitazzjoni trid tifhem u tirrifletti s-sitwazzjoni soċjali u psikoloġika tal-individwu u f 'każijiet aggravati trid tiggwidah li mhux biss joħroġ mill- vizzju tad-droga imma jitħarreġ, isib impjieg u jibda ħajja ġdida. Irid jiġi segwit tul iż-żmien biex wieħed jara li r-riabilitazzjoni kienet ta' suċċess u fejn ikun hemm sfidi wieħed jiġi mgħejun biex ma jerġax jaqa'. Irridu wkoll nifhmu l-element rekreazzjonali tad-droga. Hawn min jgħid li kapaċi jiddeċiedi hu meta u kemm jieħu u li jieħu ftit biex jieħu pjaċir u mhuwiex ossessjonat. Iżda bħal ma jgħidu Rome wasn't built in a day għal affarijiet pożittivi, l-istess jista' jingħad għal dawk negattivi. Jekk titkellem ma' min għadda mill-vizzju tad-droga mhux se jgħidlek li kien jaf f 'hiex se jiġi u li meta beda jieħu, kien jieħu t-tip u l-ammonti ta' droga li kien jieħu meta wasal fil-punt li mess il-qiegħ. Il-White Paper li niehda l-Gvern toffri bażi tajba għad-diskussjoni iżda hemm numru ta' dettalji li jridu jiġu diskussi. Kif jgħid l-Ingliż, the devil is in the detail. Wieħed irid jistaqsi dwar hux se jkun hemm effett ta' iżjed persuni li jazzardaw jippruvaw id-droga, u jekk iva, x'se jsir biex ma jkunx hemm dan l-effett? Wieħed irid jistaqsi dwar x'inhu l-ħsieb li droga waħda partikolari – il-ħaxixa – qiegħda titpoġġa għaliha fil-White Paper. Ma nafx ngħid jekk din saritx bi ħsieb politiku biss – jew inkella jekk hux b'riflessjonijiet ibbażati fuq ir-riċerka, fuq x'jaħsbu l-esperti bħal dawk mediċi u dawk psikoloġiċi, u fuq studju sew ta' x'qiegħed jiġri hemm barra. Hemm drogi oħra li qed jiżdiedu fil-popolarità tagħhom, allura bl-istess raġunament għaliex ma jidħlux ukoll fis-sezzjoni u l-ħsieb li hemm fil-White Paper għall-kannabis? Minn dan kollu jinħass in-nuqqas ta' azzjoni tanġibbli li tinżel bis-saħħa fuq it-traffikant – dak li qed iħaxxen butu bil-qerda tal-ħajjiet u l-familji ta' oħrajn. Jekk pereżempju fil-każ tal-kannabis din se tiġi prattikament dekriminilazzata (għalkemm il-gvern m'għandux il- kuraġġ jgħidha direttament), il-konsum jista' possibbilment jiżdied għaliex il-liġi se tkun ġiet rilassata. Allura x'qiegħed jingħad fil-White Paper biex tindirizza dan jekk jagħti l-każ? Mhux se jkun qed jirregolarizza l-provista jew jipprovdiha l-Gvern – allura lil dawk li jitraffikaw ħlief li possibilment se jżidilhom is-suq x'se jkun qed jagħmel fuqhom? Se jkunu qed jiġu applikati pieni b'mod iżjed aħrax? B'kemm se tiżdied in-nefqa tal-Gvern fuq il-ġlieda kontra d-droga? X'miżuri se jittieħdu biex wieħed jattakka l-fatt li hawn min jaf x'qiegħed jiġri imma l-azzjoni mhux dejjem qed tittieħed? Aħna għalhekk bħala żgħażagħ għandna nħossuna responsabbli li nindirizzaw din id-diskussjoni li qed isseħħ f 'pajjiżna bis-serjetà. Kif nafu, mhux taffettwa biss il-futur tagħna imma l-preżent ta' numru minna jew ta' żgħażagħ qrib tagħna. Huwa għalhekk li rridu nġibu flimkien lil kull min għandu rwol jew imiss ma' din ir-realtà. Irridu fuq kollox nisimgħu lil min għadda minn din il-weġgħa soċjali għaliex żgur li jista' jagħtina ħafna x'wieħed jixtarr. Irridu naslu għal kunsens nazzjonali b'saħħtu biex intejbu s-soċjetà li qed ngħixu fiha fil-kuntest tal-lum, anke jekk ifisser li wieħed jitlef il-voti jew il- karezza ma' settur jew ieħor. Matthew Agius huwa l-President tal- Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista li bħalissa qiegħed imexxi konsultazzjoni dwar il-White Paper Riforma tal-Liġijiet dwar id-Droga. MATTHEW AGIUS Ġ ejjin ġejjin, u l-festi għaddejjin ġmielhom. Ħarsa ħafifa lura minn meta bdew fl-aħħar ġimgħa ta' Mejju, meta morna l-Munxar għall-festa tan- Nawfraġju ta' San Pawl u f 'ħakka t'għajn ninsabu fl-aħħar jiem ta' Lulju u l-bidu ta' Awwissu, meta għadna kif morna Ta' Sannat għall-festa ta' Santa Margerita u ġimgħa qabel, għall-festa popolari ta' San Ġorġ fil-belt Victoria li dis-sena kienet xi ftit speċjali minn snin oħra billi fakkarna l-175 sena minn meta waslet Għawdex l-istatwa titulari ta' San Ġorġ li mastru Pawl Azzopardi naqqax minn siġra tat-tut. Biex tfakkar dan l-avveniment, il-parroċċa ġabet minn Venezja relikwa tad-driegħ ix-xellug ta' dan il-qaddis megalomartri tat-tielet seklu li sofra l-mewt wara persekuzzjoni qalila kontra l-Insara mill-Imperatur Dijokleżjanu. Ħafna kienu l-Għawdxin u l-Maltin li daħlu fil-Bażilika Ġorġjana biex jaraw din ir-relikwa li ġo Venezja tkun għall-wiri biss għall-pubbliku fit-23 ta' April, festa Liturġika ta' San Ġorġ. Inġabu wkoll minn barra diversi dinjitarji tal-Knisja biex jippresedu diversi funzjonijiet fil-knisja bil-qofol tal-festa tkun il-purċissjoni l-Ħadd filgħaxija bl-istatwa titulari u d-driegħ ta' San Ġorġ, li tmexxiet mill-E.T. Mons Salvatore Di Cristina, Arċisqof Emeritu ta' Monreale. Qabel nagħlaq dan il-kumment fuq il-festa ta' San Ġorġ, li dis-sena wkoll organizzat b'suċċess it-tiġrijiet tal-bhejjem filgħaxija meta r-raġġi tax-xemx kienu qed ibattu, xtaqt nistedinkom tixirfu sa pjazza San Ġorġ meta ssibu ftit tal-ħin u taraw ftit xogħol fil-ġebla Maltija li l-familja Tabone għamlet fuq wieħed mill-ħitan tagħha fejn tispikka l-figura ta' San Ġorġ fuq iż-żiemel, fuq disinn tal-pittur Għawdxi l-Kavallier Paul Camilleri Cauchi. Biċċa xogħol li żejnet pjazza, iktar u iktar meta mal-arblu titla' tperper il-bandiera ta' kobor bla qies! Intant l-ewwel ftit festi li kellna ntlaqtu xi ftit mil-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja bil-finali tintlagħab il-Ħadd fid-9pm waqt li kienet barra l-Purċissjoni tal-Madonna tas-Sukkors ġewwa Ta' Kerċem. Żgur li l-Kappillan u l-Kumitat tiegħu ma xtaqux li dan jiġri; fil-festi ta' qabel kienu ħafna dawk il-ħwienet li ħarġu barra l-iskrins tat-television biex jekk jista' jkun niesna ma titlef xejn. Issa l-Ġermaniżi kaxkru t-Tazza lejn Berlin u min jista' jgħid kemm ikkunsmaw birra! U l-festi tagħna jibqgħu għaddejjin. Wara tal-Qala tkun tmiss il-festa ta' San Lawrenz, li tajjeb ngħidu li f 'Għawdex dan hu l-uniku raħal imsemmi għall- KAV JOE ATTARD Il-festi għaddejjin ġmielhom Il-parroċċa ġabet minn Venezja relikwa tad-driegħ ix-xellug ta' dan il-qaddis megalomartri tat- tielet seklu