Illum previous editions

illum 27 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 | illum 19 X ejn ġdid taħt il-kappa tax- xemx u ċertament dan hu l-każ tal-aħħar operazzjoni militari li Iżrael qed iwettaq fil-medda ta' Gaża. L-objettiv tal-armata Iżraeljana hu li jelimina darba għal dejjem it-theddida militari tal-Ħamas u dan speċjalment billi ma jibqgħux jiġu sparati rockets fuq il-bliet t'Iżrael. Matul is-snin, dawn ir-rockets ftit li xejn ikkawżaw imwiet jew korrimenti fost il- popolazzjoni ċivili ta' Iżrael. Madankollu, l-isparar tagħhom iħalli effett psikoloġiku qawwi fuq il-popolazzjoni Iżraeljana li kull darba jkollha tinżel fix-xelter meta ddoqq is-sirena. Imnalla Iżrael żviluppa sistema ta' protezzjoni kontra dawn ir-rockets imsejħa Koppla tal-Ħadid li tinterċetta mad-90% minnhom għax kieku dawn ir-rockets kien ikollhom effett ferm aktar devastanti fuq Iżrael. Din il-ġimgħa Iżrael daq ftit mit-tbatija li ilu jimponi fuq il-popolazzjoni Palestinjana, u speċjalment dik ta' Gaża, għal snin sħaħ minkejja l-impenji tiegħu u r-riżoluzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda li Iżrael abitwalment jinjora. Rocket waqa' ftit anqas minn żewġ kilometri mill-aktar ajruport importanti ta' Iżrael, Ben Gurion, l-ajruport ta' Tel Aviv. L-aġenzija tas-sigurtà tas-settur fl-avjazzjoni Amerikani kif ukoll dik Ewropea dlonk issospendew it-titjiriet lejn dan l-ajruport. Minkejja li din l-projbizzjoni tneħħiet ftit aktar minn 24 siegħa wara, l-effett tagħha kien wieħed devastanti għaliex il-vulnerabbiltà ta' Iżrael inkixfet bl-aktar mod drammatiku, u dan fl-eqqel tal-istaġun tat-turiżmu. Bla dubju kienet rebħa kbira għal Ħamas li kompliet tkabbar il-prestiġju tagħha fost il- popolazzjoni Palestinjana u d-dinja Għarbija inġenerali. Ħamas qiegħda turi kapaċità militari kbira mhux biss bl-isparar ta' aktar minn elfejn rocket imma anke bil-fatt li s'issa f 'din l-operazzjoni Steadfast Cliff mietu 40 suldat Iżraeljan u tliet ċivili, numru ferm superjuri għat-telfiet Iżraeljani fl-operazzjoni Cast Lead tal-2008/9 li fiha mietu biss 10 suldati Iżraeljani, erba' minnhom bi żball u tlieta ċivili. Ħamas qiegħda turi tattiċi militari aħjar u f 'ċerta okkażjonijiet, anke ssorprendiet lill-armata Iżraeljana b'inizjattivi militari. Bosta analisti qegħdin jgħidu li Ħamas qiegħda takkwista kapaċità militari simili għal dik tal-milizja Xijita Lebaniża Ħeżbollah li kkawżat problemi serji lill- armata Iżraeljana meta din pruvat tagħtiha lezzjoni f 'Lulju u Awwissu tal-2006. Mhux talli Iżrael ma rnexxillux jilħaq l-għanijiet tiegħu, talli xahar ġlied ħalla 121 suldat u 41 ċivili mejjet, prezz ferm qares għal Iżrael. Dan minkejja li Ħamas ma kinitx għaddejja minn perjodu feliċi. Ħamas twaqqfet fl-1987 minn Xejk Ahmed Yassin li gawda għal snin twal, anke qabel l-1987, mill-benevolenza ta' Iżrael li kien aktar iffukat jirreprimi l-movimenti sekulari Palestinjani bħall- Organizzazzjoni tal-Ħelsien tal-Palestina. Għaldaqstant, Iżrael ħalla għal żmien twil lil dan il-moviment Iżlamiku, affiljat mal- Fratellanza Musulmana li tinstab kemm fl-Eġittu kif ukoll f 'bosta pajjiżi Għarab oħra, fil-kwiet. Kien żball strateġiku kbir għaliex Ħamas akkwistat aktar u aktar appoġġ, rebħet l-elezzjonijiet leġislattivi Palestinjani tal-2006 u spiċċat tmexxi l-medda ta' Gaża wara li keċċiet il-forzi ta' Fatah fl-2007. Kunsiderazzjoni li żgur iridu jagħmlu l-Iżraeljani hija li jekk jeqirdu lill-Ħamas ikunu qegħdin iwittu t-triq għall-forzi ta' ispirazzjoni Iżlamika ferm aktar estremi mill-istess Ħamas. Diġà qegħdin naraw kif moviment li oriġinarjament kien jagħmel parti minn Al-Qaeda, l-Istat Iżlamiku, li inċidentalment ukoll kien inizjalment tollerat mill-gvern Sirjan bl-iskop li jdaħħal feles fi ħdan il-forzi ribelli, fi ftit xhur ħataf territorju vast li jestendi minn Aleppo fit- tramuntana tas-Sirja sal-bibien ta' Baghdad fl-Iraq. L-Istat Iżlamiku jrid jerġa' jistabilixxi l-Kalifat li mexxa d-dinja Iżlamika fl-ewwel sekli wara Mawmettu. Dan il-moviment qed juri ħruxija kbira bil-qtugħ ta' ras u t-tislib ta' dawk is-suldati governattivi li jkollhom ix- xorti ħażina li jaqgħu f 'idejh u bit-tkeċċija ta' nsara, Xijiti u minoranzi oħra mit-territorju li jokkupa. Għalkemm juri ħruxija medjevali, juża l-aktar teknoloġija attwali sabiex jippropaga l-atti barbariċi tiegħu u qed jattira bosta żgħażagħ mill-erbat irjieħ tad-dinja, anke mill-Ewropa u l-Awstralja li jwieġbu għas-sejħa tal-Jihad. Ħadd m'għandu jinsa li l-avveniment li ta l-bidu għal din l-eskalazzjoni bejn Iżrael u Ħamas, il-ħtif ta' tliet seminaristi Lhud ħdejn Ħebron fix-Xatt tal-Punent ġie rivendikat minn għaqda li qabel ħadd ma kien sema' biha bl-isem ta' Stat Iżlamiku f 'Ġerusalemm, rivendikazzjoni li tista' tkun vera u tista' ma tkunx. Imma Ħamas li ma tantx joqgħod lura milli jdoqq it-trombi tiegħu, qatt ma rrevindika dan il-ħtif. Minkejja dan, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu kien pront jitfa' t-tort għal dan il-ħtif fuq Ħamas u l-Iżraeljani arrestaw prattikament it-tmexxija kollha ta' Ħamas fix-Xatt tal-Punent inkluż ħafna minn dawk il-militanti li kienu nħelsu minn Iżrael fl-2011 sabiex jinħeles is-suldat Iżraeljan Gilad Shalit minn idejn Ħamas. Għalkemm taħt pressjoni militari tremenda, Ħamas m'aċċettax waqfien mill- ġlied minkejja l-isforzi kollha li għamlu l-Amerikani, l-Egizzjani u s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda sakemm Iżrael ma jaċċettax il-kundizzjonijiet tiegħu. Ħamas irid li biex jaċċetta waqfien mill-ġlied, Iżrael jeħles il-priġunieri li arresta u jneħħi l-assedju tal-Medda ta' Gaża li ilu fis-seħħ mill-2007. Minkejja li Iżrael impenja ruħu li jneħħi dan l-assedju fi tmiem l-aħħar operazzjoni militari tiegħu f 'Novembru 2012, l-operazzjoni Defence Pillar u minkejja r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal- Ġnus Magħquda 1860 tas-sena 2009, Iżrael għadu jikkontrolla l-aċċess għal Gaża u ma jħallix lill-Palestinjani joperaw l-ajruport u l-port. Bil-waqgħa tal-gvern tal-Fratellanza Musulmana tal-president Morsi fl-Eġittu, l-iżolament ta' Ħamas u tal-1.9 miljun Palestinjan li jgħixu fit-365 kilomentru kwadru tal-medda ta' Gaża kompla jikber. Dan peress li l-Eġittu għalaq id-dħul ta' Rafaħ kif ukoll bosta mill-mini li kienu jintużaw sabiex il-Palestinjani jdaħħlu ħafna mill-ħtiġijiet tagħhom ta' kuljum li l-Iżraeljani regolarment jirrazzjonaw bħas-siment. Dawn il-mini jintużaw ukoll għall-kuntrabandu tal-armi u l-komponenti tar-rockets li l-bosta fazzjonijiet armati f 'Gaża, mhux biss Ħamas, jużaw. Mill- kuntrabandu li kien isir minn dawn il-mini, Ħamas kien jakkwista ħafna mid-dħul tiegħu u l-pożizzjoni ġdida Eġizzjana fissret problemi finanzjarji kbar għal Ħamas li ma baqgħetx tista' tħallas is-salarji kollha tal-impjegati pubbliċi għal xhur sħaħ. Dawn id-diffikultajiet xprunaw lil Ħamas sabiex jirranġaw id-differenzi tagħhom ma' Fataħ u fit-23 t'April li għadda ġie ffurmat gvern ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali taħt it-tmexxija tal-President Mahmud Abbas. Dan wara li t-taħdidiet li l-Amerikani ppromwovew bejn Iżrael u l-Palestinjani ma waslu għal imkien u Iżrael baqa' għaddej bil-politika tiegħu li jaħtaf aktar art fix-Xatt tal-Punent u jibni rħula ġodda għal-Lhud b'mod u manjiera li qed jippreġudika l-possibbiltà ta' żewġ stati għaż-żewġ popli abbażi tal-fruntiera tal-1967. Meta wieħed jara li minkejja dan kollu, Ħamas qiegħda tirreżisti l-qilla tal-aktar armata f 'saħħitha fil-Lvant Nofsani, wieħed jara kemm il-politika ta' Iżrael mhix se tirnexxi. L-operazzjonijiet militari tal-passat mhux talli ma qerdux il-kapaċità militari ta' Ħamas talli kollox jindika li minkejja t-tbatijiet kollha li l-id ħarxa t'Iżrael imponiet fuq Gaża, Ħamas qiegħda dejjem issir theddida militari aktar perikoluża għal Iżrael. Jidher li hemm xi elementi fil- gvern Iżraeljan li qed jirrikonoxxu li l-mezzi militari mhux se jkunu kapaċi jinnewtralizzaw it-theddida tal-Ħamas għal kollox. Minkejja li s'issa diġà mietu fuq elf Palestinjan, tliet kwarti minnhom ċivili u proporzjon konsiderevoli minnhom tfal, il-prijorità ġustifikata tal-Ħamas hi li Iżrael u l-Eġittu jneħħu l-assedju ta' Gaża li dawwarha fl-akbar ħabs miftuħ fid-dinja. Huwa għalhekk ferm meħtieġ li d-dinja u speċjalment l-Unjoni Ewropea tiddjaloga ma' Ħamas. L-UE ftit għandha influwenza fuq il-Ħamas peress li ma żżommx kuntatti magħha għalkemm laqgħet bil- ferħa t-twaqqif ta' gvern Palestinjan ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali. Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani ma tistax titħalla biss f 'idejn l-Amerikani li huma ferm imxekklin bil-lobby domestiku Lhudi ferm f 'saħħtu. L-Ewropa jeħtieġ tkun aktar assertiva u tkompli żżid il-pressjoni fuq Iżrael sabiex ma jkomplix jisraq art fix-Xatt tal-Punent, sabiex l-aċċess għal Gaża jiġi normalizzat u l-abitanti ma jibqgħux aktar priġunieri u sabiex il-Palestinjani fl-aħħar jakkwistaw l-istat tagħhom. Kollox jindika li Iżrael dawn is-snin kollha ma kienx qed jinnegozja in buona fede u għaldaqstant, ma jistax ikun li Iżrael jibqa' jagħmel li jrid u jkompli jinjora l-impenji kollha li assuma fil-passat. Iżrael jeħtieġ jifhem li ma jistax jimponi soluzzjoni militari imma jrid jitgħallem jgħix fil-paċi mal-ġirien Palestinjani tiegħu. L-Ewropa, imma mhux biss, għandha tkompli tistinka sabiex it-tmexxija attwali Iżraeljana, anke dik l-aktar estrema, tifhem dan kollu. Wasal iż-żmien li anke hawnhekk, l-Ewropa turi ftit snienha sabiex trażżan l-arroganza ta' Iżrael. Segwini fuq Twitter @ellisjoseph biex tiġi aġġornat b'bosta artikli minn sorsi differenti dwar dak li jkun qed jiġri fid-dinja. JOE ELLIS ġmielhom Wasal iż-żmien qaddis patrun tiegħu, u dis-sena smajt li hawn ukoll sa tinġieb xi parti mill-ġisem ta' dal-levita martri li miet mixwi fuq il-gradilja. Hawnhekk il-Kumitat jorganizza ta' kull sena l-festival Lawrenzjan li llum ħa isem għax issa ilu jsir għal diversi snin bil-parteċipazzjoni ta' ħafna talent lokali. Tfeġġ imbagħad Santa Marija, festa mill-kbar u l-belt Victoria diġà bdiet ixxidd l-ilbies tal-festa. Fil-ġonna pubbliċi ta' Villa Rundle ssir il-wirja popolari tal-biedja. Sajd u snajja u folol kbar jirrikorru għaliha waqt li l-President ta' Malta jaqsam il-fliegu f 'din l-okkażjoni biex iqassam il-premjijiet lir- rebbieħa parteċipanti. Fl-Għid tal-Assunta, wara nofsinhar, fi Triq ir-Repubblika jsiru wkoll it-tiġrijiet tradizzjonali tal-bhejjem u għadd ta' dilettanti, Għawdxin u Maltin jimlew din it-triq ewlenija t'Għawdex. Il-fabbriki jkunu bix- shut down u Għawdex tagħna jfur bil-Maltin li jiġu jgawdu l-festa u l-baħar. Gżiritna tieħu gost bihom għax dawn jiġġeneraw ħafna kummerċ u magħhom jiekol kulħadd. Ejjew u toqogħdux tistennew il-festa! F'Malta l-istorja hija differenti għax dil-festa hi tant kbira, għażiża u popolari li fil-ħmistax t'Awwissu, mhux inqas minn seba' lokalitajiet ifakkru lill-Assunta waqt li ġimgħa wara, tnejn oħra f 'Malta flimkien maż- Żebbuġ tagħna mill-ġdid jagħmlu l-festa ta' Santa Marija. It-Titular fis-Santwarju Nazzjonali f 'Ta' Pinu wkoll huwa t-Tlugħ fis-Sema tal- Madonna. 'F'Awwissu l-baħar tibda tisma' ħissu' jgħid il-qawl Malti u xi taqliba tal-arja ġieli ġarrabna wkoll imma aħna nittamaw li t-temp ikun ħanin, u jħallina ngawdu l-festa ta' Loreto f 'Għajnsielem u mbagħad dik tal-Vitorja jew tal- Bambina fix-Xagħra. Din tal-aħħar mhux biss tfakkarna fit-twelid tal-Madonna minn Sant Anna u San Ġwakkin, imma teħodna wkoll lura lejn l-Assedju l-Kbir tal-1565 meta l-qawwa Torka kellha ċċedi u tagħtiha għall-ħarba quddiem l-kuraġġ li wrew il-Kavallieri ta' San Ġwann immexxija mill-qalbieni Gran Mastru Jean Parisot de La Vallette flimkien mal-poplu Malti. L-Otto Settembre tfakkarna wkoll fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija meta Malta sfat ħerba waħda u tilfet ħafna minn uliedha. Il-kalendarju tal-festi f 'Għawdex jagħlaq bil-festa ħelwa tal-Madonna tal-Grazzja għand il-Patrijiet Kapuċċini li għandhom il-knisja u l-kunvent hekk kif tħalli r-Rabat u taqbad it-triq lejn Marsalforn. Matul il-ġimgħa tal-festa, wieħed mill-patrijiet li tant ta servizz fl- isptarijiet tal-Gvern, se jkun qed ifakkar il-50 sena ta' saċerdozju u aħna minn dawn il-paġni, minn issa stess nawgurawlu minn qalbna. Dan huwa l-poeta li twieled f 'ta' Sannat Patri Remiġ Galea. Ad Multos Annos, ħabib!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 July 2014