Illum previous editions

illum 27 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 | illum 13 leħen li jinstema' illum il gurnata il gżejjer Maltin jinsabu parti mill- unjoni ewropea, b'hekk jekk iż-żagħżugħ jixtieq li jagħmel esperjenza barra billi jistudja jew jaħdem fl-ewropa jista wkoll. Iż-żgħażagħ Għawdxin għandhom bżonn jingħataw aktar importanza, permezz ta' aktar attenzjoni lejn l-idejat tagħhom u aktar opportunitajiet. Għawdex nixtieq li nara aktar xogħol biex b'hekk ikollna aktar żgħażagħ ta bejn l-eta ta 20 u 35 sena. Hafna żgħażagħ jispiċċaw joqogħdu Malta għax ma jridux joqogħdu jaqsmu bejn il-gżejjer. Francesco Caruana – Uffiċjal għas-Servizzi taż- Żgħażagħ Il-kunsill taż-żgħażagħ huwa mgħobbi bir- responsabbiltà li jservi u jgħin lill-adoloxxenti Għawdxin li jixtiequ jiżviluppaw l-ideat tagħhom u ma jistgħux. S'issa ż-żagħżugħ Għawdxi għadu ma ngħatax il-leħen li jistħoqqlu iżda, bl-għaqda u bir-rieda għal ħidma intensiva li tinstab f 'dan il-Kunsill, nemmen li kapaċi naqdu lil dawn iż-żgħażagħ bl-aħjar mod possibbli biex ma jkunux aktar limitati. Anton Refalo – Ministru għal Għawdex Din hi wegħda oħra ta' dan il-gvern biex verament tingħata vuċi liż-żgħażagħ tagħna u biex jikkontribwixxu għall- iżvilupp ta' Għawdex. Il-Kunsill Reġjonali taż- Żgħażagħ għandu l-għan li jkun vuċi effettiva għaż- żgħażagħ Għawdxin u jgħinhom jipparteċipaw b'mod aktar effettiv fil-ħajja amministrattiva, soċjali, ekonomika, kulturali u edukattiva tal-gżira. Jgħin ukoll lill-gvern li jsib interlokutur għas-settur. Mill-bidu nett ta' din il- leġislatura, il-Ministru għal Għawdex beda jiltaqa' mal- istakeholders biex jifhem iktar il-bżonnijiet taż- żgħażagħ Għawdxin. Ilkoll nafu x'inhuma l-bżonnijiet tagħna l-Għawdxin minħabba l-insularità doppja: Għawdex għandu bżonnijiet speċjali u allura għandna bżonn trattament speċjali. Irridu nkunu aħna li nkunu pro-attivi u ninsġu politika li verament tkun tinkwadra l-bżonnijiet tagħna. Nemmen bis-sħiħ li ż-żgħażagħ għandhom ikunu fuq il-mejda tal- konsultazzjoni u niddiskuti magħhom każijiet pertinenti kontemporanji li huma ta' interess għall-iżvilupp Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Austin Sammut Pawlu Borg Olivier George Abela YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Austin raġel mhux karozza Austin Sammut eks ċermen Tal-Posta Ltd u tal- PBS huwa wieħed minn dawk il-persuni li meta jitkellem u meta jikteb ikun bniedem differenti. Meta kien ċermen Tal-Posta Ltd u tal-PBS kien ukoll persuna differenti. Kien infatti diżastru komplet, tant li Austin Gatt, il-ħelu ministru, kien tah daqqa ta' sieq 'il barra. Dottor Sammut fil-gazzetta Indipendenti vvomta mhux ftit fuq il-ħatra ta' Wenzu Mintoff. Allaħares neħduh bis-serjetà imma jekk neħduh bis-serjetà jkollna niftakru li Austin Sammut ipoġġi l-preġudizzju politiku tiegħu qabel is-sens komun. Ovvjament fl-1989 meta Wenzu Mintoff ġie mkeċċi mill- Partit Laburista kellu kliem ta' tifħir għal Mintoff. Eħħ, dakinhar kien… ejja nkun daqxejn kattiv sobreju. Sobreju ovvjament hija kelma kerha għal Austin li huwa dilettant kbir tal-ilma ġieri!! Pawlu l-werżieq Pawlu Borg Olivier l-eks Segretarju Ġenerali tal-PN ukoll bħal Austin is-Sammut tkaża għax għamlu lil Wenzu Mintoff imħallef. Tkaża fuq li tkaża u qal li hu mhux se jaċċetta li jkollu kawżi quddiem l-Imħallef Mintoff. Issa bħas-soltu jien naħseb li Pawlu għandu dritt jgħid li jrid. Imma ma jaħsibx, wara li ħalla balbuljata kbira fil-partit Nazzjonalista, għandu jagħlaq dak il-ħalq il-kbir li għandu. U għalfejn ma jaqbadx u jagħmel bħal dawk il-politiċi Koreani li wara li jagħmlu qassata jaħarbu ġo xi monasteru u ma jidhrux quddiem in-nies? U biex ngħalqu, meta jgħid li ma jridx jidher bil-kawżi tiegħu. Jimporta nistaqsi, għandu kawżi? Għandu klijienti? El Presidente ta' qabel U x'inhi din li Ġorġ Abela ma jridx jieħu sehem f 'xi inizjattivi tal-President Marie Louise Coleiro Preca. Dawn x'affarijiet huma? U bejnietna mistgħaġbin kif kien imexxi l-President ta' qabel. Ma nafx imma mhux kollox ward u żahar. Qisu hemm tendenza li kull Presidenza jkollha xi ħaġa stramba. Fi żmien Gwido kien hemm l-enfasi fuq il-purtieri u ma kienx jonqos l-attenzjoni ħelwa tal-familja u fi żmien Abela, eħħ ħafna xinxilli u bżieżaq imma pediment xejn. Olè! "Għawdex għandu bżonnijiet speċjali u allura għandna bżonn trattament speċjali. Irridu nkunu aħna li nkunu pro-attivi u ninsġu politika li verament tkun tinkwadra l-bżonnijiet tagħna"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 July 2014