Illum previous editions

illum 27 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 | illum 3 Il-ġlied bejn il-militanti fil- Libja u s-sigurtà tal-Maltin Jaslu lura aktar Maltin fuq titjiriet li qed topera l-Medavia • Martin Galea mill-Bidnija maħtuf mill-militanti fis-17 ta' Lulju • FREDERICK ATTARD U JOHN BUSUTTIL illum@mediatoday.com.mt ISSITWAZZJONI fil-Libja kompliet teskala fejn il-ġlied bejn żewġ frazzjonijiet ta' militanti u l-forzi tal-gvern ħallew għexieren ta' persuni mejta fil-ħmistax-il ġurnata li ilhom għaddejjin b'dan il-ġlied. Kawża tas-sitwazzjoni, diversi ħaddiema Maltin inġabru lura Malta filwaqt li hemm oħrajn li s'issa ma ħassewx il-ħtieġa li jirritornaw għax ma jarawx is- sitwazzjoni daqshekk prekarja. Uħud mill-Maltin li waslu lura Malta qalu li raw xeni ta' ġlied u semgħu sparar matul il-lejl. Dwar dan tkellem il-Ministru tal-Affarjiet Barranin, George Vella li fil-parlament esprima d-diżappunt tiegħu għaliex ir-rispons min-naħa tal-Maltin fil-Libja għal dawn it-titjiriet qed ikun batut fejn jidher li għad hemm madwar 80 fi Tripli u 20 oħra f 'Benghazi. Vella kien qed jitkellem fil- Parlament il-Ġimgħa filgħaxija meta ġiet diskussa b'urġenza l-kwistjoni tal-Malti maħtuf fil-Libja. Waqt id-diskussjkoni l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal fil-Parlament li l-Oppożizzjoni se tappoġġja lill-Gvern. Martin Galea li jaħdem bħala Inġinier mal-kumpanija tal-gass Nageco, inħataf hekk kif kien sejjer għax-xogħol fil- periferija tal-kapitali Libjana, Tripli. Galea qed jinżamm mill-milizzji ribelli fil-Punent tal-Libja. Għalkemm il-ħtif ta' Galea kien żvelat il-ġimgħa, il- każ seħħ l-Erbgħa tal-ġimgħa li għaddiet. Kmieni s-Sibt filgħodu waqt intervent fuq radju RTK, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella ma eskludiex li jmur personalment il-Libja jekk ikun hemm bżonn. Qal ukoll li Malta qed taħdem fil-qrib ma' pajjiżi oħra Ewropej fil-Libja u li hemm mibgħuta speċjali f 'dan il-pajjiż. Vella enfasizza li qed isir kuntatt kontinwu mal- Maltin li għadhom fil-Libja, bil-Ministeru qed isegwi n-neċessitajiet tagħhom. Sostna li l-Maltin li għadhom fil-Libja jinsabu infurmati li jistgħu jagħmlu użu mit- titjiriet li qed isiru biex jiġu lura. Intant ħafna qed iqisu dan il-ġlied bħala l-aktar wieħed aħrax minn meta twaqqa' Ghaddafi mill-poter fl-2011, speċjalment li l-gvern preżenti hu fraġli wisq biex jikkontrolla lil dawn il-brigati armati sa snienhom jissieltu għall-poter. Il-ġlied jidher li hu bbażat l-aktar fin-naħa t'isfel ta' Tripli bl-ajruport internazzjonali jkun l-akbar mira ta' dawn il-militanti u l-belt tal-Lvant, Benghazi. L-akbar problema li nħolqot, barra l-instabbiltà fil-pajjiż, hi li ħafna pompi tal-petrol għalqu u dan ħalla kjuwijiet sħaħ ta' karozzi weqfin ħdejn l-istess pompi b'konsegwenza li diversi tobba u infermiera ma jistgħux jaslu fl-isptarijiet minħabba li m'għandhomx trasport biex jagħmlu dan. Sadattant il-Prim Ministru Abdullah al-Thinni ma tħalliex joħroġ mil-Libja mill-militanti meta pprova jtir mill-ajruport ta' Mitiga, filwaqt li l-ajruport internazzjonali ta' Tripli mhux qed jiffunzjona. ILLUM tkellem ma' xi kumpaniji Maltin li għandhom xogħol il-Libja fejn mir- rispons jidher li mhumiex daqshekk ikkonċernati mis- sitwazzjoni għalkemm huma inkwetati. Kumpanija tal-għamara li jaħdmu għamara f 'Malta u jesportawha lejn il-Libja qalulna li bħalissa għandhom proġett tajjeb għaddej, "minn hemmhekk qalulna biex nistennew madwar 10 ijiem oħra u biex innaqqsu ftit mir-ritmu tax-xogħol biex nistennew li s-sitwazzjoni tikkalma. Ninkwetaw għax fil-Libja hemm suq verġni u għal Maltin li jinvestu hemmhekk, hemm biċċa ħobż tajba. Dejjem nisperaw li f 'dan il-pajjiż tibda tirrenja l-istabbiltà." Tkellimna wkoll ma' Jean Claude Muscat li jmexxi l-Isptar Saint James fit-Tripli li qalilna li għalkemm inkwetati s-sitwazzjoni mhix daqshekk prekarja li l-ħaddiema tagħhom jitilqu minn hemm. "Jidher li hemm nuqqas ta' sigurtà u dan jinkwetana. Però l-ġlied mhux fiċ-ċentru tal-Libja iżda fejn l-ajruport u barra ċ-ċentru. Magħna hemm jaħdmu Maltin, Taljani u Filippini li kollha baqgħu hemm. Min-naħa tagħna qed inkellmuhom kuljum u nsegwu mill-qrib din is- sitwazzjoni. Għandna kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet Maltin u anke dawk Libjani u jekk ikollna xi ħjiel li s-sitwazzjoni tkun gravi, aħna żgur li nġibuhom kollha Malta. Lill-ħaddiema kollha tagħna u mhux lil Maltin biss. Sakemm morna għall-i stampa l-ħaddiem Malti maħtuf fil-Libja ġie magħruf li għadu ħaj. Sadanittant matul il-lejl li għadda kellu jasal ajruplan bi tliet Libjani mweġġa' b'xi tiri ta' senter biex jirċievu l-kura f 'pajjiżna. Wieħed mir-rockets li ġew sparati fuq l-ajruport Ajruplan milqut mir-rockets Ajruplan maħruq kompletament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 July 2014