Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 | illum 33 SPORTSillum Rosberg jikseb is-sitt pole tal-istaġun u iktar problemi għal Hamilton f 'Budapest ISSEWWIEQ tal-Mercedes u favorit li jirbaħ it-titlu tal- Formula 1 fi tmiem l-istaġun Nico Rosberg kiseb is-sitt pole tal-istaġun b'distakk ferm żgħir fuq Sebastian Vettel. Fit-tielet post se jkun qed jibda s-sewwieq tal-Williams- Mercedes Valtteri Bottas li qed ikollu staġun ferm tajjeb. Tajjeb ngħidu li s-sewwieq Brittaniku Lewis Hamilton reġa' kien involut f 'inċident ieħor hekk kif inħarqitlu l-karozza u għalhekk illum se jkun qed jibda mill-aħħar post flimkien mas-sewwieq Pastor Maldonado. Din il-pole u l-GP tal-lum huma l-aħħar li se jsiru qabel il-waqfa tas-sajf. Intant, hemm possibbiltà li llum it-tellieqa f 'Budapest tkun ikkaratterizzata mix-xita li tista' ttellef lis-sewwieqa. Staġun mill-aqwa għal Nico Rosberg fil-Formula 1 Dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is- sewwieqa tal-F1 t-trakka ta' Hungaroring f 'Budapest - Ungerija, illum: 1 Nico Rosberg Mercedes 2 Sebastian Vettel Red Bull Racing-Renault 3 Valtteri Bottas Williams-Mercedes 4 Daniel Ricciardo Red Bull Racing-Renault 5 Fernando Alonso Ferrari 6 Felipe Massa Williams-Mercedes 7 Jenson Button McLaren-Mercedes 8 Jean-Eric Vergne STR-Renault 9 Nico Hulkenberg Force India-Mercedes 10 Kevin Magnussen McLaren-Mercedes 11 Daniil Kvyat STR-Renault 12 Adrian Sutil Sauber-Ferrari 13 Sergio Perez Force India-Mercedes 14 Esteban Gutierrez Sauber-Ferrari 15 Romain Grosjean Lotus-Renault 16 Jules Bianchi Marussia-Ferrari 17 Kimi Räikkönen Ferrari 18 Kamui Kobayashi Caterham-Renault 19 Max Chilton Marussia-Ferrari 20 Marcus Ericsson Caterham-Renault 21 Lewis Hamilton Mercedes 22 Pastor Maldonado Lotus-Renault SUMMER on the Move, il- programm sportiv tal-Kunsill Malti għall-Isport beda iktar kmieni matul din il-ġimgħa b'rekord ta' 'l fuq minn 3,500 parteċipant. Il-programm qed ikun offrut fil-kumplessi sportivi tal-KMS propju f 'dawk tal-Kottonera, Kirkop u tal-Qroqq, kif ukoll fl-iskejjel tal-Mosta u tas-Siġġiewi. Huma diversi d-dixxiplini sportivi offruti f 'dan il-programm, fejn jibqgħu l-iżjed popolari l-għawm, il-ġinnastika, il- basketball u l-futbol. Għal din l-edizzjoni, il-Kunsill Malti għall-Isport ħaseb biex għall- ewwel darba, joffri l-programm tal-karting matul il-ġimgħa. Il-programm Summer on the Move huwa mfassal b'tali mod biex dawk il-ġenituri li jwasslu lit-tfal fid-diversi ċentri, jkunu jistgħu jipparteċipaw f 'attivitajiet sportivi ddisinjati apposta għalihom. Hemm diversi programmi għall-adulti minn fejn wieħed jista' jagħżel f 'kull ħin tal-ġurnata u fiċ- ċentri kollha tal-Kunsill. Dawn il-programmi huma popolari ħafna u jvarjaw minn għawm, zumba, għal Tai Chi u ħafna oħrajn. Din is-sena ġew ukoll riveduti l-prezzijiet biex dejjem ikunu vantaġġjużi speċjalment għal dawk li jridu jużaw is-servizz il-ġimgħa kollha. Il-programm se jibqa' għaddej sal-5 ta' Settembru 2014. Din hija l-11-il edizzjoni ta' dan il-programm li fih jistgħu jipparteċipaw tfal, żgħażagħ u adulti minn 4 snin 'il fuq. Għal dan il-programm qed ikunu utilizzati 200 kowċ speċjalizzat li qed jieħdu ħsieb li jagħtu l-attenzjoni meħtieġa lil kull parteċipant. L-għan prinċipali ta' dan il-programm hu li l-parteċipanti jitħarrġu u jgħixu ħajja aktar sana. Minħabba din il- parteċipazzjoni qawwija fil-Pixxina Nazzjonali, ħafna mil-lanes qed ikunu meħudin mit-tfal ta' Summer on the Move, għalhekk il-Kunsill Malti għall-Isport ħaseb biex jestendi s-sigħat għall- membri tiegħu tal-programm 60+. Fil-fatt issa l-ħin ġie estiz min-nofsinhar sal-4pm, biex għalhekk min ikun irrid jibbukkja għandu iżjed flessibiltà. Il-ħinijiet tal- programm 60+ huma bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mit-8am sal-4pm. Il-Kunsill Malti għall-Isport dejjem jara kif joffri l-aħjar servizz lill-klijenti tiegħu u dan jixhdu s-suċċess kbir li kellu fl-ewwel jum, il-programm Summer on the Move. on the Move, il- dawk li jridu jużaw is-servizz Jibda l-programm 'Summer on the Move' Republic Street, Valletta next to the Courts