Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt K ulħadd jaf li l-Libjani kienu xebgħu minn Gadda u ta' madwaru iżda kollha kienu joqogħdu lura milli jitkellmu kontrieh minħabba l-biża' ta' xi spjuni tiegħu f 'nofshom. Iżda l-qawmien rivoluzzjonarju fid- dinja Għarbija, li beda mit-Tuneżija u baqa' miexi f'pajjiżi oħra Għarab, wasal anke l-Libja u l-Libjani ngħaqdu flimkien sakemm wara ġlied u battalji f'diversi bliet waslu sakemm warrbu lil Gaddafi mill- poter u saħansitra spiċċaw qatluh f'Ottubru tal-2011. Gaddafi ħalla warajh pajjiż diżorganizzat. Pajjiż mingħajr istituzzjonijiet, b'armata maqsuma f'mitt biċċa, mingħajr strutturi, u mingħajr ebda xebh ma' parlament demokratiku kif nafuh aħna. Iżda fid-diżorganizzazzjoni li ħalla warajh Gaddafi, il-poplu Libjan kien ferħan u magħqud f'ferneżija jiċċelebra t-tmiem tad-dittatur u l-familjari tiegħu li kienu magħrufa sew għall-mod kif kienu jittrattaw lin-nies. Il-poplu Libjan kien qed iħares lejn bidu ġdid. Illum nafu li x-xewqa u r-rieda tal-poplu Libjan baqgħet ma seħħitx. Il-Libja ilha kważi tliet snin tissielet biex tieħu r-ruħ iżda d-differenzi li jeżistu bejn it-tribujiet għamlitha diffiċli biex il-pajjiż isib stabbiltà, sigurtà u solidarjetà fl-interess tal- poplu. F'pajjiżna, mal-waqgħa ta' Gaddafi, ħafna negozjanti Maltin, u anke oħrajn barranin, ħasbu li se jsibu minjieri t'opportunitajiet minn dan il-pajjiż li ħafna kienu jemmnu li mat-tmiem tad-dittatur Libjan kien se jiftaħ il-bibien tiegħu beraħ għan- negozju. Ħafna kienu dawk li wara r-rivoluzzjoni qabdu l-ajruplan lejn il-Libja għax ħasbu li se jmorru u jiġu lura b'kuntratti ffirmati li jissarrfu f'mijiet ta' eluf ta' Ewro. Kemm marru żmerċ. Marru żmerċ għax ma fehmux li bejn it-tribujiet Libjani kien hemm baħar jaqsam u li sakemm ma jsibux ftehim komuni bejniethom il-pajjiż ma setax jikkonsolida l-bidliet politiċi li tant għandu bżonn. Il-ftehim komuni bejn it-tribujiet baqa' ma ntlaħaqx u l-ebda Kunsill Nazzjonali Transitorju ma rnexxielu jistabilixxi l-ordni tant bżonjuża fil-pajjiż. Dan in-nuqqas wassal biex nibtu fazzjonijiet magħmula minn gruppi ta' militanti li rrikorrew għal forza u bdew jaħtfu partijiet mill- pajjiż u jieħdu kontroll assolut ta' dawn iż-żoni f'idejhom. Magħhom nibtu wkoll gruppi oħra li huma qrib sew tal-Iżlamiżmu u li jridu li l-pajjiż jintroduċi l-liġi tax- Xarija. Illum il-Libja nbidlet f'bazaar tal-armamenti għat-terroristi kollha li wieħed jista' jimmaġina. Il-Libja saret Somalja ġdida. Hu diffiċli li l-Libjani waħedhom jaslu li jsibu wieħed minnhom li bħala Kap jirnexxilu jżomm awtorità fuq it-tribujiet u jara li dawn ikunu mneżża mill-armi kollha li hemm jiġru fl-idejn bħalissa. Mingħajr stabbiltà fil-pajjiż ħadd mhu se jersaq 'l hemm, ikunu xi jkunu l-opportunitajiet. Il-Libja tinħtieġ li tkun governabbli qabel wieħed jista' jibda jaħseb dwar skambji kummerċjali u ekonomiċi. Malta, bħala pajjiż ġar u li għal snin twal kellha relazzjoni tajba ma' dan il-pajjiż, jista' jkollha rwol importanti biex tgħin tinstab soluzzjoni li tista', fost oħrajn, issalva l-ħajja ta' nies innoċenti li ta' kuljum qed jitilfu ħajjithom f'dan il-kunflitt. Ikun tajjeb li pajjiżna jistieden lill-kapijiet tat-tribujiet għal laqgħa f'Malta bil-għan li bir-rieda t-tajba u 'l bogħod mit-tensjoni ta' pajjiżhom, jitkellmu flimkien sakemm tinstab soluzzjoni aħħarija li tista' tindika bidu ġdid fejn politikament kulħadd ikun irrispettat u stmat ugwalment f'pajjiż li fih tirrenja l-istabbiltà, is- sigurtà u s-solidarjetà. Il-kriżi fil-Libja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014