Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 15 U l-kantanti l-oħra li kien hemm miegħek? Għalkemm kelli żvantaġġ minħabba li ma neċċellax fil- lingwa Taljana, kien irnexxieli nikkomunika u anke għamilt ħbieb ma' ħafna minnhom. X'tgħidilna fuq Antonella Clerici? Antonella Clerici hija mara simpatika, preżentattriċi brava ta' ċertu klassi u maħbuba mill-poplu Taljan. Matul il-programm kont esprimejt ix-xewqa tiegħek li xi darba tkanta ma' Joseph Calleja, xewqa li issa saret realtà. Kif ħassejtek fuq il-Fosos tkanta miegħu? Xi tħoss meta tara dik il- folla ta' ħutek Maltin li ġew jaraw it-talenti tiegħek? WOW! Kienet esperjenza indimentikabbli. Kultant, lanqas nista' nemmen li rnexxieli naqta' xewqti. L-emozzjoni li laqtitni tul il-kunċert kienet waħda li mhux ħa nħoss kuljum. Il-fatt li kont qiegħda nkanta mat-tenur Joseph Calleja, persuna daqshekk famuża, kienet wisq tal-ġenn. Nixtieq verament nirringazzja lit-tenur tal-opportunità li tani, waħda li żgur ħa tibqa' stampata f 'moħħi u f 'qalbi. Taħseb li għad terġa' tingħaqad miegħu f 'xi kunċert ieħor? Min jaf!? Jekk tinqala' opportunità oħra, żgur li nidħol għaliha, u nagħmel l-almu tiegħi sabiex noffri pjaċir lill-folla ta' quddiemi. X'tikkummenta dwar il-pajjiż ġar tagħna l-Italja? X'relazzjoni għandek mal-Italja? Tħobbu l-pajjiż? Il-lingwa? L-Italja, pajjiż fejn il-lirika hija maħbuba immens. Inħoss li jiena ġejt milqugħa, tant u tant li ħabbewni daqs waħda minnhom. Dan ħassejtu speċjalment meta f 'Ġunju li għadda mort f 'Isola Capo Rizzuto ġewwa Calabria u n-nies bdew iwaqqfu l-karozza sabiex ikellmuni u jieħdu r-ritratti miegħi. Nafu li ħafna kantanti Maltin ikollhom ix-xewqa li jirrappreżentaw lil pajjiżhom fil-Eurovision tal-kbar, x'inhi x-xewqa tiegħek? Jien inħobb nimxi pass pass. Il-konċentrazzjoni tiegħi bħalissa hija totalment fuq il-Junior Eurovision Song Contest, wara li ngħata l-unur li nirrappreżenta lil pajjiżi. Imbagħad 'il quddiem naraw x'opportunitajiet ikun hemm jistennewni fil-futur. X'qed jiġi mhejji għall-Junior Eurovision? Id-diska li se tkanta fil-Junior Eurovision, fiex waslet? Min qed jieħu ħsiebha? Iva, bħalissa l-preparamenti fuq id-diska li jien se ninterpreta għaddejjin ġmielhom. Il-pinna u l-kompożizzjoni tad-diska qegħdin jieħdu ħsiebhom Gillian Attard, Matthew Mercieca (Muxu) u Elton Zarb. Kif qed tlaħħaq mal-ħajja privata tiegħek u dawn l-impenji? Issib appoġġ mill-iskola? Kif ħaduha sħabek tal-klassi? Issib ħin għall-istudju? Inkun qiegħda nigdeb jekk ngħid li ħajti ma nbidlitx f 'dawn l-aħħar xhur għaliex anke l-aktar ħaġa sempliċi, pereżempju logħob ma' sħabi, sar ġlieda mal-ħin. Mill- iskola sibt appoġġ kbir, speċjalment mis-Sur Bonnici, l-għalliem tas-sitt sena primarja kif ukoll Ms Cauchi, il-Kap tal-Iskola u s-Sur Fenech, il-President tal-Kunsill tal-Iskola. Ta' dan nirringrazzjahom minn qalbi u se nimmisjahom ferm issa li se nibda skola ġdida. Sħabi tal- klassi ferħu ħafna għalija filwaqt li komplew jittrattawni l-istess, kif għandu jkun. Nibqa' nisħaq li s-suċċess qatt m'għandu jibdel lil ħadd. Sibt min prova jagħmillek il- ħsara? Kien hemm min ġieli prova jaqtagħlek qalbek mill-kant? Għaddejt minn xi tip ta' bullying fil-passat? Jew forsi rċivejt xi kummenti negattivi kemm ilek li ksibt din il-popolarità? Dawn l-affarijiet issibhom dejjem anke fil-ħajja normali. Imbagħad irid jkun il-karattru tiegħek. Kien hemm numru ta' individwi li riedu jagħmluli l-ħsara iżda meta nħares lura, ngħid lili nnifsi li kull esperjenza li għaddejt minnha servietni ta' tagħlima. Sibt diversi individwi fosthom għalliema u ħbieb li semgħu l-problemi tiegħi u b'hekk kienu ta' għajnuna. Inħeġġeġ lil dawk li għaddejjin minn xi forma ta' bullying sabiex jitkellmu ma' dawk qrib tagħhom u jfittxu l-għajnuna. U dwar dawk li jappoġġjawk, lil min tixtieq tirringrazzja? Uuuu lista twila li ma tispiċċa qatt, fosthom: l-għalliema tiegħi Gillian Attard u l-familja tagħha, il-maniġer tiegħi Marc Calleja Bayliss f 'isem Ironic PR & Artist Management, il-ġenituri, Iris u David, ħija Ferdinand li din is-sena għexna 'l bogħod minnu minħabba l-impenji tiegħi fl-Italja, in-nanniet, speċjalment in-nannu Johnny li jieħu paċenzja kbira bija, zijiet u kuġini, it-tfal, l-għalliema u l-ġenituri ta' La Voix Academy, il-kap, l-istaff kollu u t-tfal tal- iskola ta' Ħal Safi, in-nies ta' Ħal Safi, l-Imqabba u Ħal Luqa, kif ukoll il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Grazzi wkoll l-isponsors tiegħi talli jappoġġjawni. U nies oħra li jgħinuni minn qalbhom mingħajr ma jistennew l-ebda ringrazzjament pubbliku. Messaġġ lil dawk it-tfal tamparek li jaspiraw li xi darba jiksbu suċċess fil-passjoni tagħhom bħalma qed tagħmel int Taqtgħux qalbkom, tiqfux toħolmu, aħdmu u llum jew għada taslu. m'għandu jibdel lil ħadd" "F'Calabria n-nies bdew iwaqqfu l-karozza biex ikellmuni u jieħdu r-ritratti miegħi" Ritratt: Pix by P

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014