Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 Is-sajf għaddej... u daqt jisparixxi! NINSABU fl-istaġun tas- sajf u Għawdex tagħna jinbidel bħal-lejl min- nhar. Jibdew il-vaganzi tat-tfal u l-għalliema, u ħaddiema oħra wkoll jaraw x'jagħmlu biex joħorġu xi ftit mir-rutina tax-xogħol u jgawdu iktar il-familja. Is-sajf iġib il-festi; l-ewwel waħda ħaditna l-Munxar fl-aħħar ġimgħa ta' Mejju u l-aħħar waħda jekk Alla jrid teħodna x-Xagħra għal Vitorja għat-Twelid tal- Bambina. L-istaġun jagħlaq bil-festa ħelwa għand il-Patrijiet tal-Kapuċċini bit-tifkira tal-Madonna tal-Grazzja fi triqtek lejn Marsalforn. F'dan l-istess Ħadd fiż-Żebbuġ issir il- festa qadima tal-Għażżiela li titqassam f 'kull dar fir-raħal u tinżamm b'għożża minn sena għal sena. Il-festa tiġi biex nuru mħabbitna lejn il-qaddis patrun billi nżejnulu l-knisja u t-triqat, nattendu għal funzjonijiet sbieħ, għal jiem tat-Tridu, għal Pontifikal ta' jum il-festa, għall-purċissjoni, għad- dimostrazzjoni tal-Ġimgħa filgħaxija, għal marċijiet, għat-tiġrijiet tal-bhejjem. Nixtru xi biċċa qubbajt u nieklu xi ikla tajba. Nisparaw il-musketterija, naħarqu l-ġigġifogu u l-kaxxa infernali sakemm din ma tkunx qawwija żżejjed u tweġġa' r-ras ta' dak li jkun u ddejjaq lil min hu marid. B'dawn kollha jieħu gost il- Qaddis Patrun, basta wieħed iżomm il-limitu, basta naraw li nżewġu dak li jsir mill- għatba 'l ġewwa tal-knisja ma' dak li jsir fuq barra. Il-festa tiswa ħafna flus u allura sewwa li l-parruċċani jagħtu sehemhom biex kollox jirnexxi u jmur sewwa. Għal dawn il-festi u għal dawn il-jiem tas- sħana nilqgħu magħna wkoll b'idejna miftuħa għadd ta' Maltin u barranin li huma ta' għajnuna finanzjarja għal din il-gżira ċkejkna tagħna. Nibżgħu għalihom u nitolbuhom ukoll jirrispettaw l-użanzi u d-drawwiet tagħna. Is-sajf iġib ukoll miegħu l-baħar. Ħafna jieħdu gost imorru jaqbżu xi qabża fl- ilma ċar u nadif li jipprovdu l-bajjiet tagħna. Jien nippreferi Marsalforn għax hemm konna mmorru meta konna għadna tfal u hemm għad għandi daqsxejn ta' residenza! Irridu noqogħdu attenti għall-invażjoni xejn feliċi tal-bram u li f 'ċerti ħinijiet naħarbu mir-raġġi qliel tax-xemx (bejn 12pm u t-3pm) Ejjew dejjem inħallu x-xtajtiet tagħna nodfa kif nixtiequ li nsibuhom! Ħafna huma dawk l-Għawdxin li ssibilhom dar oħra f 'xi bajja barra dik li normalment jgħixu fiha matul is-sena. Jagħmlu sewwa jibdlu ftit l-ambjent u jadottaw stil ieħor ta' ħajja matul ix-xahrejn tas-sajf. Il- mistrieħ jeħtieġu kulħadd, iżda xtaqt ngħaddi parir ċkejken lill-istudenti: veru li l-iskola tagħlaq il- bibien tagħha imma tibqa' magħna l-iskola-sajf li l-Gvern jorganizza matul in-nofs ta' nhari. Tajjeb tagħmlu użu minnhom. Anke l-Oratorju Don Bosco tal-Belt Victoria jorganizza laqgħat, attivitajiet u ħarġiet għat-tfal. Xorta nemmen li dak li jkun għandu jsib ftit ħin kuljum għal xi ftit qari tajjeb. Is-sajf iġib miegħu wkoll is-safar u familji sħaħ jagħżlu li jingħaqdu ma' xi ġita u jmorru jżuru bliet barranin u jġarrbu l-esperjenza ta' kulturi oħra. Xi drabi jsibu l-istess temp sħun tal-gżejjer tagħna imma l-bidla hija dejjem tajba. Kif jgħidu l-Ingliżi: Variety is the spice of life; u kif kien jgħid l-istatista magħruf Ingliz Sir Winston Churchill: Change is the masterkey! Li tinqata' ftit mill-ambjent fejn tgħix ma narax li hi xi ħaġa ħażina. Uħud jippreferu ġiti li jeħduk sa Fatima jew Lourdes jew saħansitra sa l-Art Imqaddsa! Wara s-sena Pawlina fil-lista daħlet ukoll it-Turkija! Is-sajf iġib miegħu wkoll ħafna ġiri barra, spettakli sa tard bil-lejl, discos u night life oħra. Ma ngħidx li ma fihomx ħafna tajjeb imma sewwa ż-żgħażagħ tagħna joqogħdu b'seba' għajnejn ma' min jagħmluha, jaraw x'jixorbu u xi jħallsu għal dan kollu. M'hemmx għalfejn tidħol id-dar mat-tbexbix tal-Ħadd għax il-mistrieħ irid ikun u ħafna ġenituri jibqgħu ma jorqdux lejl sħiħ qabel ma jaraw lil kulħadd miġbur taħt saqaf wieħed. U sewwa jagħmlu għax dawn ħlejjaq t'Alla għandhom u mhux klieb jew annimali! Dan hu l-kumment li ta' spiss ngħaddi liż-żgħir li fadalli d-dar meta jdum xi ftit ma jinġabar! Jekk tixrob ma tistax issuq għax tkun qed tqiegħed fil-periklu lil ħajtek u lill-ħajja ta' dawk li jkunu miegħek. Barra minn hekk ix-xorb żejjed jitilfek minn sensik u titlef il-gost kollu. L-ilbies modest u xieraq għandu wkoll jsib postu fil-ħajja tagħna matul is-sajf. Ma tiħux gost tara nies iduru mal-belt jew raħal nofshom imneżża'. Dak l-ilbies iktar jgħodd għal fejn il-plajja! Is-sajf jiġi biex nistrieħu u niddevertu iżda rridu nibqgħu nżommu d-dinjità tagħna ta' bnedmin edukati u kolti, ta' bnedmin li għandna għadd ta' valuri xi nħobbu u ngħożżu, ta' Kristjani li ma nistħux inkunu xhieda ta' twemminna. Nistgħu nkunu moderni bla ma nkunu vulgari; nistgħu nixxalaw u nirrikreaw ruħna bla ma nweġġgħu s-sentimenti ta' ħadd. Hekk għandu jkun is-sajf tagħna - żmien li jgħinna nistrieħu u jgħinna nimlew il-batterija mad- dħul tal-istaġun tal-ħarifa! Ħafna jieħdu gost imorru jaqbżu xi qabża fl-ilma ċar u nadif li jipprovdu l-bajjiet tagħna KAV JOE M ATTARD YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014