Illum previous editions

illum 17 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 17 ta' Awwissu 2014 SPORTSillum "Nemmen li nistgħu nkunu sorpriża" – Triston Caruana KOLLOX qed jindika li Tarxien Rainbows se jkunu forza qawwija fil- Kampjonat BOV Premier li beda fi tmiem din il- ġimgħa. Dan hekk kif ilbieraħ huma ppreżentaw l-akkwisti ġodda tagħhom li jammontaw għal xejn inqas minn 13-il plejer ġdid fosthom erba' plejers barranin. Dan tħabbar waqt konferenza tal- aħbarijiet li saret ilbieraħ f 'lukanda ewlenija fil- Furjana. L-aġent tal-plejers tal-klabb Kevin Bonavia saħaq li din il-kampanja ta' akkwisti intensiva rat il-bidu tagħha f 'April li għadda meta l-klabb kien assigura ruħu li matul l-istaġun li ġej huwa se jkun qed jilgħab fil-Kamponat BOV Premier. Saru diversi diskussjonijiet bejn il- President, il-membri tal-kumitat u anki l-kowċ Clive Mizzi fuq x'kien meħtieġ jinbidel fil-klabb biex ir-Rainbows jimxu fid- direzzjoni t-tajba. L-ewwel deċiżjoni kbira kienet dik li Clive Mizzi jingħata kariga ta' xogħol full-time bħala kowċ u għalhekk huwa issa se jkun jista' jorganizza sessjonijiet ta' taħriġ filgħodu għas-sitt plejers barranin tar-Rainbows kif ukoll għall-plejers Maltin li jkunu disponibbli jitħarrġu filgħodu. Bonavia saħaq li din id-deċiżjoni fil- futur immedjat għandha tħalli l-frott mixtieq. Jikkumplimentaw lil Mizzi fl-istaff tekniku se jkun hemm l-assistent kowċ Steven Vella kif ukoll il-kowċ tal-gowlkipers Michael Church. Aaron Saliba ġie ngaġġat bħala fiżjo-terapista, Derek Satfrace se jkun il- masseur tat-tim waqt li Dr Jan Chircop se jkun it-tabib tal-klabb. F'diskors mill-iktar interessanti li għamel il- kowċ ħabrieki tar-Rainbows, Clive Mizzi, huwa saħaq li l-format il-ġdid tal- Kampjonat BOV Premier matul l-istaġun li ġej se tkun esperjenza ġdida u sfida għall-klabbs kollha. Huwa kompla li l-objettiv prinċipali tat-tim tiegħu se jkun dak li jagħtu l-massimu tagħhom ta' kull logħba u jieħdu dak li jistgħu. Madankollu huwa tenna li jridu jkunu realistiċi fit- tragwardi tagħhom u ma jridux iħarsu lejn objettivi li huma surreali għall-kabb għax jibqgħu diżillużi. Huwa kompla, li għalkemm ir-Rainbows għamlu dawn l-akkwisti importanti, ma jridux jinsew lill-avversarji tagħhom li wkoll kienu saħħew l-iskwadri rispettivi tagħhom. Mizzi żvela wkoll li bħala parti mill-irwol il-ġdid tiegħu ta' full- time kowċ huwa se jkollu l-inkarigu li jressaq lill-klabb ta' Tarxien Rainbows lejn il-komunità Tarxiniża kif ukoll lill-istess komunità lejn il-klabb tal-futbol li jirrappreżenta lil dan ir-raħal fin-Nofsinhar ta' Malta. Intant m'hemmx dubju li fost l-aqwa akkwisti li għamlu Tarxien Rainbows għal dan l-istaġun insibu lil Triston Carauna li ngħaqad mar-Rainbows mingħand Hibernians wara li kien misluf lil Qormi. Dan il- plejer jippossjedi esperjenza kbira fil-futbol Malti u għalhekk żgur li jista' jkun ta' benefiċċju kbir għat-tim min-Nofsinhar ta' Malta. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Caruana nnifsu fejn staqsieh kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida fil-karriera mill-aqwa tiegħu tal-futbol. Huwa afferma li: "Qed inħares lejn din l-esperjenza l-ġdida b'mod pożittiv ħafna u qed inħares 'il quddiem għall-bidu tal-kampjonat. Nemmen li għandna skwadra tajba biex nieħdu pjaċir u nemmen li nistgħu nkunu ta' sorpriża. Tarxien Rainbows huwa klabb professjonali ħafna u bi skwadra żagħżugħa flimkien ma' plejers ta' esperjenza u barranin ta' livell għoli." Triston Caruana bil-flokk uffiċjali ta' Tarxien Rainbows "Mhux faċli titlaq kollox warajk" – Jean Paul Farrugia JEAN Paul Farrugia jidher li ħalla impressjoni ferm tajba mal-iscouts u d-diriġenti ta' Spartak Trnava fl-Islovakkja. Ilkoll nafu li Hibernians kienu involuti kontra dan it-tim f 'żewġ logħbiet validi mill-UEFA Europa League li fihom Hibs iddiżappuntaw bil-kbir u ġarrbu telfiet kbar. Iżda jekk nisiltu l-pożittiv minn dawn il-logħbiet, dan bla dubju kien Jean Paul Farrugia li se jkun qed jibda esperjenza ma' dan it-tim fil- jiem li ġejjin. Dan il-ġurnal ħa l-opportunità li jiltaqa' ma' dan il-plejer ftit jiem qabel iħalli Malta biex jibda din l-avventura. Staqsejna lil Jean Paul Farrugia kif qed iħares lejn din l-avventura unika fil- karriera tiegħu 'l bogħod mill-għeżież tiegħu. Farrugia saħaq li: "Qed inħares lejn din l-esperjenza bħala avventura ġdida f 'set up professjonali. Mhux faċli titlaq kollox warajk. Imma wara ħafna perseveranza ngħatajt dan iċ-ċans. Naħseb li hija l-ħolma ta' kull plejer li jmur jilgħab barra minn Malta. Dan ma kienx ikun possibli mingħajr l-appoġġ kontinwu tal- familja u ta' ħafna nies oħra li jgħinuni." Jean Paul Farrugia fl-azzjoni propju kontra t-tim li sejjer jilgħab miegħu fl-iSlovakkja, Spartak Trnava Ritratt: Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 august 2014