Illum previous editions

illum 17 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 17 ta' Awwissu 2014 Meta bdejt tipprattika l-isport tal- handball u x'laqtek l-iktar f 'dan l-isport? Bdejt nipprattika l-handball għall-ewwel darba meta kelli ħdax- il sena. Minn dakinhar 'l hawn ma waqafx. Il-handball għalija huwa parti essenzjali minn ħajti. Huwa sport li fih trid tkun determinata u preparata kemm fiżikament u anke mentalment peress li huwa sport veloċi u b'ħafna kuntatt mal-avversarji. F'din il-logħba kull plejer huwa kemm attakant u kemm difensur, u għalija dan hu element li jagħmel din il-logħba daqshekk kompetittiva u attraenti. Fattur ieħor li jagħmel il-logħba tal-handball sabiħa hu s-sens ta' tim. Il-preparamenti individwali, fiżiku, tekniku, ta' tattika kif ukoll dak psikoloġiku huma kruċjali biex tikber u titjieb bħala plejer. Iżda l-unjoni u sinerġija tat-tim kollu huwa fattur importanti ħafna wkoll. Int tħossok parti minn tim u tkun trid taħdem u tagħti kollox għat-tim tiegħek. Issa li semmejt l-element ta' tim, kemm ilek tilgħab mal-Aloysians Żmerċ? Jien, kif diġà semmejt, bdejt ta' età żgħira u l-ewwel li bdejt kien ma' tim tal-iskola fejn kienet tiġi tikkowċjana plejer mit-tim tal-Aloysians. B'hekk għamilt l-ewwel kuntatt ma' dan it-tim. Wara kont attendejt ukoll skola tal-handball immexxija mill-Head Coach tal-Aloysians Handball Club, Milos Stanisljavlevic, u minn hemm dejjem bqajt mat- tim tal-Aloysians. Din is-sena għalaqt il-ħmistax-il sena tiegħi bħala plejer tal-Aloysians. Tim li nħossni kbirt u investejt ħafna ħin, enerġija u impenn fih. Tgħallimt ħafna kemm fuq livell ta' handball kif ukoll fuq livell personali. Kelli bosta esperjenzi ma' dan it-tim li lili għenuni biex wasalt għal dak li jien illum. Meta qed issemmi l-esperjenzi li kellek ma' dan it-tim tista' tirrakkonta l-isbaħ mumenti li tiftakar ? Nista' ngħid li ma' dan it-tim qattajt ħafna mill-esperjenzi tiegħi kemm personali kif ukoll dawk relatati mal-handball. Dan it-tim ifisser wisq għalija u kull esperjenza li ngħaddu minnha hija parti mill-istorja ta' ħajti. Wieħed mill-isbaħ mumenti li nista' nsemmi kien meta l-klabb ta' San Alwiġi rebaħ kemm il-kampjonat kif ukoll in-knock out fil-kategoriji tan-nisa kif ukoll tal-irġiel. Kien kampjonat missielet sa l-aħħar, iżda rnexxielna noħorġu rebbieħa. Kien mument fejn kull plejer ħadem bis-sħiħ u għinna lil xulxin nibqgħu determinati u konċentrati għall-għan li kellna. Li rbaħna l-unuri l-iktar importanti ta' dak l-istaġun kienet esperjenza li ma nista' ninsiha qatt għax is-sens ta' sodisfazzjon kien kbir wisq. Dan l-istaġun erġajt irbaħt l-unur tal-aqwa plejer tal-handball fil- kategorija tan-nisa x'ifisser dan l-unur għalik? Ma naħsibx li nista' nesprimi eżattament fi kliem biex infisser kemm kien importanti għalija dan l-unur li rbaħt għall-istaġun li għadda. Iż-żewġ staġuni ta' qabel kont imweġġgħa u kelli nqatta' ħafna żmien barra mill-court tal-handball. Kien żmien mhux faċli li ninżel mat-tim tiegħi u nara lil sħabi jilagħbu waqt li jien kont fuq il-bank. Xtaqt inkun hemm għat-tim u l-fatt li ma stajtx kienet weġgħa kbira. Ħdimt fuq li ħdimt biex nirkupra fiżikament u rnexxieli. Il-fatt li kont qed niġi meqjusa bħala waħda mill-aħjar plejers għal dan l-istaġun kienet għaldaqstant ta' sodisfazzjon kbir għalija u jfisser aktar kuraġġ għall- istaġun li jmiss. Iddeskrivi ftit kif kien dan l-istaġun li għadu kif intemm għalik u għat-tim tiegħek? Bla dubju ta' xejn kien staġun mimli sorpriżi u emozzjonijiet. Kellna kemm mumenti tajbin ħafna kif ukoll mumenti ħżiena li flimkien bħala tim irnexxielna ngħelbu. Grazzi għall-kowċ Milos Stanistavljevic irnexxielna nispiċċaw dan l-istaġun bħala r-rebbieħa tal-kampjonat. Dan l-istaġun kien wieħed iebes ukoll għaliex plejers veterani li raw lil dan it-tim jikber, temmew il- karriera tagħhom sabiex b'hekk iċedu posthom lill-ġenerazzjoni ta' plejers żgħar li din is-sena wrew li huma lesti jieħdu parti mir- responsabbiltà fuqhom ukoll. Il- plejers veterani kienu pilastri tat- tim li għenuni nikber bħala plejer u żgur se jinħass in-nuqqas tagħhom fil-court. Però żgur li dak kollu li rnexxilna niksbu flimkien qatt mhu se ninsieh u bħala captain se nibqa' nissielet biex kull membru tat-tim tal-Aloysians jibqa' dejjem jagħti qalbu kemm fit-taħriġ u fil-preparazzjoni tagħna kif ukoll fil-court. Int ukoll ipparteċipajt fuq livell internazzjonali mat-tim nazzjonali Malti tal-handball x'memorji għandek ta' din l-esperjenza? Kelli bosta sejħiet mat-tim nazzjonali Malti tal-handball u kelli kemm esperjenzi sbieħ kif ukoll dawk inqas sbieħ. L-emozzjoni hija waħda indeskrivibbli meta tirrappreżenta lil pajjiżek. L-aktar ħaġa importanti f 'logħob ta' livell internazzjonali, minbarra li tkun qed tagħmel ġieħ lil pajjiżek, huwa li titgħallem kemm jista' jkun minn plejers ta' pajjiżi oħra u minn tattiċi ta' logħob differenti biex b'hekk tkompli dejjem ittejjeb il-livell nazzjonali. Bla dubju ta' xejn li l-isbaħ esperjenza personali mat- tim nazzjonali kienet fiċ-Challenge Trophy ta' 2010 meta kkompetejna f 'Iżrael u kont ġejt magħżula fl-'All Star Team' bħala l-aħjar 'Right Back' tal-kompetizzjoni minn fost il-plejers tal-pajjiżi kollha li kienu qed jikkompetu. Xi pjanijiet futuri għandek bħala plejer u jekk tarakx f 'xi rwol ieħor fix-xena tal-handball? Il-pjanijiet tiegħi għalissa huma sempliċi. Żgur li se nkompli naħdem mat-tim tiegħi biex nippreparaw irwieħna tajjeb għall- istaġun li jmiss. Għamilt żmien nikkowċja lit-tim tal-bniet ta' taħt is-sbatax-il sena, u kelli nieqaf għal raġunijiet personali. Li nikkowċja tim kienet esperjenza ġdida u għal bidu kont xi ftit xettika fuqha. Però malajr biddilt din il-perspettiva. Il-fatt li nkun qed inwassal dak li naf fuq il-handball lil plejers żgħar u narahom jimxu 'l quddiem u jikbru bħala plejers kienet fattur li wrieni li anke r-rwol ta' kowċ huwa wieħed li nixtieq nerġa' nieħu fil- futur meta nirtira bħala plejer. Iżda għalissa l-iktar tir importanti hu li niffoka fuq l-istaġun li jmiss biex flimkien mat-tim tal-Aloysians inkunu preparati sew għas-sena li ġejja u nagħtu l-massimu li nistgħu biex nerġgħu nikkompetu għar- rebħ tal-kampjonat. Kif tarah il-futur tal-handball Malti? Il-handball huwa sport mill-isbaħ u għalkemm għadu mhux daqstant SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Brenda Mamo - plejer u l-captain tat-tim tal-Aloysians Żmerċ u hija plejer prominenti ħafna -isport tal-handball Malti. Għandha 26 sena u minn dejjem kienet sportiva. Meta bdiet l-isport tal-handball indunat li dan kien l-isport għaliha. "Huwa importanti li ma tħallix l-ostakli jwaqqfuk milli tirnexxi" "Ma naħsibx li nista' nfisser bil- kliem kemm kien importanti għalija dan l-unur li rbaħt għall-istaġun li għadda" L-aqwa plejer Maltija tal-handball

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 august 2014