Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 illum | Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 META nħares madwari u anke nara l-istorja tad-dinja, inkluża dik ta' pajjiżi, jiġuni dubji dwar jekk ir-reliġjon kinitx fattur ta' firda u mwiet aktar milli ta' għaqda u ħajja. Kieku kelli niddeċiedi li nsir ateist, Alla żgur ma jagħtinix tort. Jekk Alla hu raġuni żgur li ma japprova xejn minn dak kollu li sar, qiegħed isir u għad isir f 'ismu. Minn Papiet sa Immams, minn Rabbis sa Isqfijiet protestanti tul l-Istorja tal-bniedem dejjem tkellmu f 'ismu daqslikieku Alla ħallielhom xi prokura ġenerali. F'ismu bierku gwerer u atroċitajiet li Alla żgur qatt ma ħolom bihom. Mill-inkwiżizzjoni Spanjola. Il- persekuzzjoni tal-Lhud u l-Ugonotti sal-makabritajiet li qegħdin jitwettqu issa f 'isem Alla fid-dinja kull fejn hemm il-fundamentalisti Iżlamiċi, kienet kantaliena makabra ta' insulti profondi kontra Alla. Li Alla kellu jitkellem u jieħu sura materjali f 'dan il-mument żgur li jagħmel apoloġija globali u jekk jemmen fil-kastig, jikkastiga lil dawk li ħaqru, ħarqu, qatlu jew ittorturaw lill-umanità f 'isem Alla. Tliet reliġjonijiet kbar, dik Kristjana, dik Ġudajka u dik Iżlamika li t-tlieta jemmnu f 'Alla wieħed u fl-istess Alla ilhom snin twal jippersegwitaw lil xulxin. U llum il-ġlieda tar-reliġjon qiegħda tieħu dimensjoni ġdida. Ir- reliġjon qiegħda tintuża bħala arma terroristika. Ix-xena tal-qtugħ tar-ras ta' Foley, ġurnalist Amerikan, indiretta fuq il-mezzi globali, kexkxet lil kulħadd. Aktar tat-tkexkix tifel iżomm ras dan il-ġurnalist f 'idejh. Iżda l-akbar tkexkixa kienet li kemm min qata' ras dan il-ġurnalist u kif ukoll dan it-tifel ġejjin mid-dinja tal-Punent li hija sinonima mal-Kristjaneżmu, kien xokk kulturali għall-Punent li dan kollu sar minn uħud minn fosthom. Bħalma kien xokk kulturali għall-Iżlamiċi li Salman Rushdie kiteb il-linji sataniċi u offenda lil Ajjotallah Komeini. Iżda rridu nagħmlu eżami ta' x'ġara u għalfejn wasalna s'hawn. Il-Punent ilu snin jaħseb li jista' jiddomestika lil min mhux tal-pezza tiegħu billi jisforza fuq popli sħaħ l-istil u valuri li jemmen fihom hu. Meta sa ftit ilu fil-pajjiżi bħall-Iraq, Libja, Eġittu u oħrajn kien hemm mexxejja li ma kienu xejn mill-ħelwin, l-atroċitajiet li qegħdin naraw illum ma kinux jidhru li qegħdin isiru. Tajjeb jew ħażin il-Bin Ladinijiet, il-Bagdadijiet u persunaġġi mġienen ta' din ix-xorta kienu jibżgħu juru wiċċhom. Il-Punent għamel il-kalkoli tiegħu bl-aktar mod ħażin. F'dak li għamel fil-mument kien hemm element ta' għaġla li fil-fehma tiegħi ma kinitx biss stimulata mit-tneħħija ta' dittaturi atroċi. Kien hemm għaġla alimentata minn interessi reġjonali għall-enerġija, preġudizzji moħbija anke jekk ma dehrux kulturali u anke reliġjużi. Kien nuqqas ta' rispett anke lejn il-popolazzjonijiet li ġew meħlusa mill-id iebsa tad-dittatur. Meta l-forzi Ewropej, bl-Amerika fuq quddiem attakkaw lill-Iraq, ftit kien qiegħed jgħaddilna minn moħħna li konna qegħdin niddesagraw art sagra anke għal dawk li kienu kontra Hussein. Ibliet bħal Tikrit u Samara huma marbutin ma' episodji sagri ħafna għal kull Iżlamika, kemm jekk Shia jew Sunni. Meta bdew il-bombardamenti ta' dawn l-ibliet, kien qisu xi ħadd ġie u bbumbardja Ruma, Assisi jew Ġerusalemm għall-Kristjani. Moskej qaddisa fid-dinja Għarbija mġarrfa, kienu dehriet li ħarxu anke li dawk li setgħu kienu moderati. Il-Punent sfortunatament ma kienx qiegħed ikun sensittiv lejn dawk li huma ta' fidi Iżlamika. Dawk li huma fundamentalisti rikbu fuq dan is- sentiment u l-moderati propju għaliex huma moderati spiċċaw iżolati u ma jistgħux jagħmlu hekk. L-Iżlamiku moderat qatt mhu se jirrikorri għalll- mezzi tat-terroriżmu li bħalissa qiegħda tirrikorri għalihom dik l-għaqda tal-biża' li jisimha Stat Iżlamiku. B'dak li qiegħed nara madwari wisq nibża' li minħabba l-għaġġla żejda tal- Punent fost oħrajn il-kompetizzjoni min se jitfa' l-ewwel bomba biex jidher sabiħ mal-poplazzjoni tal-ost. Ġabet magħha konsegwenzi koroh ħafna. Ma ninsa qatt ix-xeni l-għada li tneħħa Gaddafi mill-poter, b'Sarkozy iżur il-Libja daqslikieku kien xi Ċesri f 'Ruma. Illum il-Libjani qegħdin jgħidu fejn hi Franza?! Il-Punent huwa perċeput bħala forza li tillibera b'aġenda moħbija. Teħilsek minn dittatur iżda minfloku ma tħalli lil ħadd warajha. Għal dawk li jridu jirsistu lill-Punent aqwa minn kull Kalashkinov, missili u ajruplani sofistikati ta' bumbardament hemm Alla. Alla li ma japprova xejn minn dan kollu li qiegħed isir, kemm jekk ilibbsuh ta' saċerdot Kattoliku, ta' Imam jew rabbi. X'imkien, ma nafx xejn, Alla qiegħed jipprotesta. Iżda tant huwa fil-bogħod li ħadd mhu qiegħed jisimgħu. TONI ABELA Issa anke Alla tqażżeż X'imkien, ma nafx xejn, Alla qiegħed jipprotesta. Iżda tant huwa fil-bogħod li ħadd mhu qiegħed jisimgħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014