Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144
26 illum Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 SPORTSillum L-ASMK b'attività għal Malta LASSOĊJAZZJONI Sport Muturi u Karozzi nediet il-Programm tas-Sajf qabel ma jerġa' jibda l-istagun il-ġdid 2014/2015. Ta' kull sena l-Assoċjazzjoni tieħu ħsieb torganizza diversi attivitajiet li fosthom ikun hemm minnhom li huma għal għan nobbli. Ilbieraħ saret l-ewwel attività bil-karozzi u muturi. Din saret fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f 'Ta' Qali fejn għall-ħabta tal-4pm bdiet l-attività bil-Muturi Endurocross. Din it-tiġrija kienet imsejħa hekk għar-raġuni li fejn is-soltu naraw biss Muturi Motocross fil-korsa f 'Ta' Qali, din id-darba rajna wkoll muturi mis-sezzjoni Enduro. Il-korsa li kkompetew fiha kienet differenti minn dik tas-soltu, minħabba li f 'din il-kompetizzjoni għall-ewwel darba fl-istorja l-korsa tal- muturi inkludiet direzzjoni bil-kontra. Fit-8pm daħlu fl-azzjoni l-karozzi tal-Autocross u għal darb'oħra taħt id-dawl artifiċjali saret it-tiġrija "Endurance Race". Din it- Manuel Muscat fuq Opel Corsa JEKK hemm plejer li impressjona sa issa fil- kampjonat lokali tal- waterpolo, dan bla dubju li hu l-plejer żagħżugħ Michael Rizzo li jilgħab ma' Valletta United – tim li bl-akkwisti li għamel matul l-aħħar xhur ħoloq bosta sorpriżi bil-wirjiet u bir-riżultati ferm pożittivi li kiseb sa issa. Rizzo rebaħ l-unur tal- BOV Plejer tax-Xahar għax- xahar ta' Lulju għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu – unur prestiġjuż li kull plejer li jimmilita fil-waterpolo lokali xi darba joħlom li jirbaħ. Dan inkuruna wirjiet mill-aqwa li Rizzo kellu matul ix-xahar ta' Lulju. ILLUM tkellmet ma' dan il-plejer innifsu fejn talbitu x'fisser għalih dan l-unur. "B'modestà ngħid li l-fatt li rbaħt l-unur tal-aqwa plejer tax-xahar għal Lulju Staġun mill-aqwa Rizzo ma' Valletta "Il-futur jidher sabiħ ħafna għal San Ġiljan" – Dino Zammit M'HEMMX dubju li matul dan l-istaġun it-tim tal-kbar tal-waterpolo ta' San Ġiljan iddiżappunta, speċjalment meta wieħed iqis ir-riżultati mill-aqwa li kiseb matul l-istaġun li għadda fejn saħansitra rnexxielu jasal biex jaffronta decider kontra l-ġirien iżda arċi-rivali Neptunes fejn finalment ħareġ tellief. Iżda biex ipatti għal dan id-diżappunt kien hemm it-tim ta' taħt l-20 sena ta' San Ġiljan li għat-tieni sena konsekuttiva rebaħ il-kampjonat u għamel dan b'disa' rebħiet konsekuttivi u parità waħda. Dan il-ġurnal iltaqa' mal-plejer Dino Zammit, li nafuh jilgħab ukoll mat-tim tal-kbar ta' San Ġiljan kif ukoll mat-tim nazzjonali tal-waterpolo biex jagħtina iktar dettalji rigward l-andament ta' dan l-istaġun għat-tim tagħhom. Huwa saħaq li fl-aħħar sentejn it-tim ta' San Ġiljan ta' taħt l-20 sena wera x'futur sabiħ hemm għall- klabb Ġiljaniż. Bi plejers li diġà huma stabbiliti mal- kbar bħal Kai Dowling, Keith Galea, Andreas Galea kif ukoll urew li l-esperjenza mal-kbar tiswa ħafna meta tilgħab fil-kampjonat ta' taħt l-20 sena. Plejers oħra bħal Ben Plumpton u Darren Zammit kienu strumentali għat-tim u taw wirja lil kulħadd li se jkunu l-plejers tal-futur għal dan il-klabb. "Il-kampjonat tal-kbar intilef din is-sena iżda meta tara li aħna fit-tim għandna erba' plejers li huma fit- tim ta' taħt l-20 sena dan mhu diżappunt xejn għax fil-futur qarib huma dawn il-plejers li se jkunu qed jilagħbu u jirbħu l-unuri. Fl-aħħar mill-aħħar jien ninsab kuntent immens li f 'żewġt isjuf ma' San Ġiljan irnexxielna nirbħu l-kampjonat id-darbtejn li huma. Inżid li rbaħna l-kampjonat ta' din is-sena b'rebħ ta' disa' logħbiet konsekuttivi u parità waħda. Il-futur jidher sabiħ ħafna għal San Ġiljan!" Dino Zammit jiċċelebra r-rebħ tat-tieni kampjonat konsekuttiv mit-tim ta' taħt l-20 sena ta' San Ġiljan imkien mal-captain, Keith Galea

