Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144
Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 | illum 27 SPORTSillum Malta Records tiġrija kienet twila siegħa sħiħa u dawra. Fl-aħħar edizzjoni qabel din tal-bieraħ ġew irreġistrati 82 dawra u din id-darba l-Assoċjazzjoni ddeċidiet li tirreġistra din l-attività fil-"Malta Records" bħala l-itwal tiġrija bil- karozzi fil-korsa. Jidher li sal-lum il-ġurnata ma hemm l-ebda attività ta' dan it-tip fil-Motorsport li hija rreġistrata. Għal din l-attività ħadu sehem madwar tmien karozzi li seta' jkollhom sa tliet sewwieqa fuq kull karozza. Taħt regolamenti kull kompetitur ried isegwi bir-reqqa għall-fatt li fejn is-soltu jitnaqqsu l-punti fuq xi penali f 'dan il-każ tnaqqsu numru ta' dawriet bħala penali. Il-Programm tas-Sajf ikompli b'ġurnata xogħol mill-membri tal-ASMK ġewwa d-"Dar tal- Providenza" fejn l-Għaqda ASMK ta' kull sena ttella' grupp ta' nies membri biex jagħmlu xogħol volontarju ġewwa din id-dar. Xogħol ta' dan it-tip f 'dar bħal din huwa ferm apprezzat għalhekk l-Assoċjazzjoni tieħu ħsieb xogħol ta' tindif fil-ġonna kollha tal-madwar, tikħil u tibjid u xogħlijiet oħra. Din l-inizjattiva ssir kull sena biex dejjem iżżom f 'moħħ kulħadd li l-isports mhux kollox imma permezz ta' għaqdiet bħall-ASMK jistgħu jkunu utli f 'xogħlijiet bħal dawn fost is-soċjetà Maltija. Din il-ġurnata ta' xogħol mistennija ssir nhar is-Sibt li ġej. Il-Programm tas-Sajf jagħlaq nhar il-Ħadd 21 ta' Settembru fejn għal darb'oħra f 'dan l-istaġun l-ASMK se taqsam lejn il-gżira tat-Tliet Għoljiet – Għawdex, fejn l-ASMK se torganizza attività bil-karozzi Autocross, u dan grazzi għall-għajnuna li sibna kemm mill-Ministru għal Għawdex kif ukoll mill-Gozo Sports Board. L-attività mistennija ssir fis-Sannat fiż-żona Ta' Marziena. Id- dħul kollu minn din l-attività se jkun qed imur għal Dar Arka. Fil-jiem li ġejjin ikomplu joħorġu iktar dettalji dwar din l-attività. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Stevie Camilleri jibqa' fl- Italja iżda jbiddel it-tim STEVIE Camilleri meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aqwa plejers jekk mhux l-aqwa plejer li pproduċa l-waterpolo lokali f 'kull żmien se jibqa' jilgħab fl-Italja iżda se jbiddel it-tim hekk kif se jingħaqad mat-tim li jimmilita fis-Serie A2, 7 Scogli. Dan wara li f 'dawn l-aħħar sitt snin huwa lagħab mat-tim mis-Serie A1 Rari Nantes Bogliasco fejn fl-aħħar staġun skorja 41 gowl u kumpessivament fis-sitt snin li huma skorja xejn inqas minn madwar 300 gowl – fatt li juri biċ-ċar il-klassi straordinarja li jippossjedi dan il-plejer tal-waterpolo impekkabbli. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' dan il-plejer fejn talbu jagħtina l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida ma' dan it-tim ġdid fl-Italja – 7 Scogli. Huwa sostna li "Ninsab kuntent ħafna li ngħaqadt ma' 7 Scogli. Kont f 'kuntatt ma' diversi klabbs oħra kemm mill-Kampjoant tas-Serie A1 kif ukoll minn dak tal-A2. Iżda wara li ltqajt mal-President tal- klabb hawnhekk f 'Malta u ddiskutejna t-tragwardi tal-klabb u l-proġetti għall-istaġuni li ġejjin, ħadt id-deċiżjoni li ningħaqad magħhom. Ma nistax niċħad li l-fatt li dan it-tim jirrappreżenta lokalità li tinsab iktar viċin ta' pajjiżna affetwat ukoll id- deċiżjoni tiegħi." Stevie Camilleri - bla dubju wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-waterpolo lokali mill-aqwa għal Michael Valletta United kienet xi ħaġa sabiħa. Jien waqaft nilgħab il-waterpolo f 'nofs l-istaġun tal-2012 wara li kont sofrejt minn injury f 'sieqi u minħabba raġunijiet oħra personali. Għalhekk il-fatt li rbaħt dan il-premju personali wara staġun u nofs ma nitħarriġx, waqt li bdejt it-taħriġ tal- pre-season erba' xhur tard, jista' jitniżżel bħala l-isbaħ mument fil-karriera tiegħi sa issa fil-waterpolo, bla dubju, ovvjament fuq bażi personali!" Michael Rizzo ppreżentat bl-unur prestiġjuż tal-Aqwa Plejer għax-Xahar ta' Lulju Leighton Grech jirritorna bil-kbir ma' Birkirkara WARA li fl-aħħar staġun lagħab ma' Qormi, matul dan l-istaġun il-plejer żagħżugħ Leighton Grech reġa' rritorna ma' Birkirkara – u għamel dan bil-kbir meta fit-tieni logħba li kien impenjat fiha, f 'liema logħba l-Istripes umiljaw lil Żebbuġ Rangers meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0, huwa rnexxielu jsib ix-xibka wara biss żewġ minuti logħob u saħanistra ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba. Tajjeb ngħidu wkoll li l-istess plejer rebaħ l-unur prestiġjuż tal-aqwa plejer żagħżugħ mogħti mill- MFPA (l-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-futbolers f 'pajjiżna) għall-istaġun li għadda meta kien jilgħab ma' Qormi. ILLUM tkellmet ma' dan il-plejer innifsu fejn talbitu l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn ir-ritorn tiegħu ma' Birkirkara u jekk tabilħaqq dan it-tim jistax jisfida għar-rebħ tal- unuri matul dan l-istaġun. Grech ġabar kollox fi ftit kliem u stqarr li: "Bħalissa ninsab kuntent ħafna li rritornajt ma' Birkirkara. It-tim jidher li qed jiffunzjona sew. Nispera li nibqgħu sejrin hekk biex inkunu sfidanti denji għal kull unur li joffri l-futbol Malti." Bidu mill-aqwa għal Leighton Grech ma' Birkirkara

