Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144
Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 | illum 31 SPORTSillum Iva, fil-fatt apparti mit-tim tal- kbar qed naħdmu ħafna fuq is- settur tan-nursery u din is-sena se nilagħbu f 'erba' kategoriji tal- bniet u se nintroduċu l-kategorija U12 tas-subien wara ħafna snin. Qed naħdmu qrib ħafna mal- iskejjel fosthom Stella Maris tal-Gżira, li minn hawn nixtieq nirringrazzjahom. It-triq hija twila u iebsa għax hawn ħafna kompetizzjoni minn klabbs u sports differenti. Għajnuna nammetti ma tantx issib u r-riżorsi u l-faċilitajiet huma ftit, imma mhux se naqtgħu qalbna għax nemmnu li l-futur tal- klabb huwa fl-istrutturi u fiż-żgħar. Kif tarah il-basketball Malti inġenerali? Il-basketball hawn Malta m'għandux il-prominenza li tixraqlu. Eżempju ċar kien in- nuqqas ta' attenzjoni li rċivew mill-mezzi tax-xandir it-timijiet nazzjonali riċentament fejn it-tim tal-irġiel ġab midalja tal-fidda storika u t-tim tan-nisa rebaħ midalja tal-bronż, apparti suċċessi fil-kategoriji taż-żgħar. Din hija ħasra kbira għax il-basketball hija logħba mill-isbaħ. Hawn nuqqas ta' riżorsi wkoll. Biex issib post fejn titħarreġ diffiċli ħafna u għandek kompetizzjoni minn sport oħra bħall-futsal. L-MBA għamlet sforz notevoli minn dan il-lat u t-training courts il-ġodda ġewwa Ta' Qali huma verament state of the art, imma xorta mhux biżżejjed. Il-finanzi huma problema kbira oħra għax trid tiġġieled mal-futbol, festi u elf ħaġa oħra għal ftit fondi. Nemmen ukoll li wisq klabbs Maltin huma moħħhom biss fis- suċċessi fil-kategoriji tal-kbar u ma jinvestux f 'bażi soda. Ċerti plejers Maltin ukoll jippretendu wisq mil- lat finanzjarju u dik titfa' lura lil ħafna klabbs. Mhux se ngħid xejn ġdid imma l-futur tal-basketball huma t-tfal u l-ħidma trid tiġi ffukata hemmhekk. Twieled s-7 ta' Frar 1980 f'Tal-Pietà Huwa l-PRO tal-Floriana Basketball Club Jemmen li l-futur tal-basketball f'pajjiżna huwa f'idejn it-tfal tal-lum li huma l-adulti ta' għada Jaħdem s-settur bankarju Erik Debattista "Nemmen li ħafna klabbs Maltin moħħhom biss fis- suċċessi fil-kategoriji tal-kbar u ma jinvestux f 'bażi soda" għall-Furjana espressa fil-basketball

