Illum previous editions

illum 31 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab lokalment ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl, u jiżdied is-sħab għoli iktar tard. VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Varjabbli l-iktar mil-Lvant forza 2 għal 3, li jdur mil-Lbiċ u jsir lokalment forza 3 għal 4. BAĦAR: Ħafif Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 2 għal 3 għall-ewwel, li jsir mill- Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 għal 7 mal-jum. BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir qawwi SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 16 26 84 66 5 62 76 6 L-anzjani għada f 'Reporter DIN il-ġimgħa l-programm Reporter se jiddiskuti l-anzjani. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan se jkunu Justyne Caruana, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u Anzjanità Attiva, id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem għall- Anzjani Mario Galea u Marvin Formosa, Senior Lecturer fuq Ġerontoloġija fl-Università ta' Malta. Il-popolazzjoni tal-anzjani f 'pajjiżna u madwar id-dinja qiegħda dejjem tiżdied grazzi għal kura ta' saħħa aħjar kif ukoll għal ħajja dejjem aktar attiva li qed jgħixu l-anzjani tagħna. Balzan jiddiskuti fost oħrajn mal-mistiedna tiegħu l-politika strateġika Nazzjonali għal Anzjanità Attiva liema politika hi bbażata fuq pjan sas-sena 2020. Jistaqsi dwar is- sitwazzjoni preżenti fid-djar tal- anzjani tal-gvern u dawk privati u l-istandards jew nuqqas tagħhom f 'dawn id-djar. X'wassal lis-segretarjat biex twaqqaf mekkaniżmu ġdid biex jilqa' l-ilmenti fuq id-djar tal-anzjani? Kif se jsiru l-verifiki dwar dawn l-ilmenti u jekk ikunux ġustifikati? Kif se jkun żgurat li tinżamm id-dinjità tal- anzjani inkluż dawk li jbatu bid- dimensja? Għad hemm nuqqas ta' sodod f 'dawn il-faċilitajiet? Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt LINVESTIGATURI fil-każ tal-qtil ta' Jonathan Pace ta' 31 sena minn Ħal Għaxaq, magħruf bħala ta' Tyson Butcher, u li kien qed joqgħod il-Fgura, qegħdin jiflu minn dak li fadal minn karozza li nstabet maħruqa li jidher hija l-istess waħda użata fil- qtil tiegħu. Il-qtil seħħ nhar il-Ħamis, 21 ta' Awwissu, fil-Fgura u l-karozza nstabet l-Erbgħa, 27 ta' Awwissu. Minn aktar stħarriġ li għamlet il-gazzetta ILLUM jirriżulta li nhar l-Erbgħa li għadda l-Pulizija ġew informati li qrib ġnien f 'Bormla kien hemm karozza maħruqa. Meta marru l-Pulizija mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali sabu karozza tat-tip SUV maħruqa kompletament. Jirriżulta wkoll li l-Pulizija jinsabu konvinti li din il- vettura hija l-istess waħda li ntużat kemm fil-qtil ta' Pace kif ukoll f 'dak ta' Ġużi Galea ta' 58 sena mill-Marsa. Galea, magħruf bħala "il-Ġilda" nqatel fl-4 ta' Frar fi Triq ix-Xemxija fil-Marsa, faċċata tad-dar tiegħu. Mhux eskluż li l-qattiela użaw l-istess arma biex wettqu ż-żewġ delitti, x'aktarx b'xi sub- machine gun. Il-karozza li nstabet maħruqa ttieħdet mill-Pulizija fejn bdew isiru eżamijiet forensiċi. Minkejja li l-vettura nħarqet mill-qattiela biex jaħbu kull evidenza, il-Pulizija xorta waħda qegħdin jiflu kull traċċa u qed jittamaw li x-xjenza forensika tgħinhom biex ikollhom xi ħaġa fuq xiex jaħdmu. Min-naħa l-oħra kollox qed jindika li dawk li wettqu d-delitti huma professjonali u ġeneralment ma jħallu l-ebda traċċa warajhom. Għalkemm din il-karozza kienet irrapportata misruqa minn sidha, il-Pulizija qatt ma rawha fit-triq. Fil-fatt jidher li l-kriminali għamlu użu minnha darbtejn biex wettqu dawn iż-żewġ omiċidji u bejn l-4 ta' Frar, meta nqatel Galea u l-21 ta' Awwissu meta nqatel Pace, din tħalliet moħbija. Din il-gazzetta bagħtet diversi mistoqsijiet lill-Pulizija dwar is-sejba tal-karozza, imma għat-tmin mistoqsijiet li bgħatna, ngħatajna risposta waħda - "B'referenza għad- domandi tiegħek għandi ninfurmak li l-każ għadu suġġett għall-Inkjesta Maġisterjali għalhekk mhuwiex prudenti li nikkummentaw f 'dan l-istadju." Għalkemm Jonathan Pace huwa minn Ħal Għaxaq, meta ngħata l-ħelsien mill-arrest fit-8 ta' Awwissu fuq l-attentat ta' qtil ta' Vince Muscat magħruf bħala "Il-Koħħu", huwa mar joqgħod il-Fgura fi Triq Mahatma Ghandi. Nhar il-Ħamis, 21 ta' Awwissu għall-ħabta tad- 9.20pm, Pace ħareġ fil-gallarija u ftit wara waqfet karozza SUV quddiem ir-residenza u xi ħadd mill-istess karozza spara diversi tiri. Huwa ntlaqat f 'sidru, riġlejh u partijiet oħra ta' ġismu. Pace iddaħħal l-Isptar Mater Dei, iżda ftit tal- ħin wara miet kawża tal-ġrieħi gravi li sofra. Jonathan Pace kien ukoll suspettat bl-involviment tiegħu fil-qtil ta' Ronald Galea ta' 65 sena minn Birkirkara li seħħ nhar it-Tnejn, 18 ta' Frar 2013 f 'Ħal Far. Dakinhar Pace qal li kien imsiefer meta seħħ id-delitt. Peress li l-Pulizija kien irriżultalhom li Pace kellu ammont sostanzjali ta' dejn miegħu, il-Pulizija marru biex ikellmuh it-Tnejn filgħaxija stess, iżda mart is-suspettat qalet lill-Pulizija li żewġha jinsab Sqallija. Iżda l-investigaturi ma kinux konvinti li l-persuna li riedu jkellmu fil-fatt kien imsiefer. Pace kellu diversi kontijiet pendenti fejn anke kien tressaq il-Qorti flimkien ma' martu dwar reklami mhux imħallsin. Jonathan Pace u martu kienu tressqu l-Qorti f 'Jannar tas- sena l-oħra peress li tellgħu kont ta' aktar minn €54,000 ma' Ronald Galea. Minkejja dan, il-Pulizija qatt ma kellhom dik il-prova konkreta biex iressqu lil Pace b'konnessjoni mal-omiċidju ta' Galea. Il-qtil ta' Pace qed ikun meqjus bħal diversi każi li kellna f 'dawn l-aħħar sentejn li saru bi tpattija, jew aħjar gang murders fejn uħud minnhom huma relatati. Il-Pulizija teżamina karozza li allegatament intużat fir-reat Uffiċjali tal-pulizija waqt il-konferenza stampa dwar il-każ Il-qtil ta' sid it-Tyson Butcher Justyne Caruana għada f 'Reporter NEW British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Valletta VIVIEN Pharmacy, Triq Patri Magri, Marsa ANICI Pharmacy, Triq Anici, Qormi ST. Helen Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara MAYER Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida PEMBROKE Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke VICTOR'S Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard TATTARĠA Pharmacy, Plot No. 2, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba DE Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Paola MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il-Kotton- era, Birgu FGURA Pharmacy, Triq Il-Koppla, Fgura JOHN J. Borg Pharmacy, 1, Triq il-Ko- stituzzjioni, Żejtun KRISTIANNE Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq TALGRAZZJA Pharmacy, Triq Frangisk Farrugia, Żebbuġ SANTA Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Dingli FONTANA Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana GĦAJNSIELEM Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 August 2014