Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144
Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 | illum 15 MITT sena ilu, sewwasew f 'Awwissu tal-1914, l-awtoritajiet kolonjali Ingliżi eżiljaw lil Manwel Dimech, difensur taż-żgħir u xewka f 'dahar dawk (inkluża l-Knisja, kompliċi tal-Ingliżi) li riduh jibqa' injorant u mkasbar. Dimech, li bis-saħħa ta' xi rwieħ twajba, ministri ekkleżjastiċi Maltin u, fuq kollox, Ministru tal-Knisja Protestanta, ir-Rev George Wisely, kien refa' lilu nnifsu mill-miżerja mentali u mill- kriminalità u ttrasforma lilu nnifsu fi bniedem tal-ħsieb, ta' intellettwali nazzjonali xellugi, jitkellem, jaqra, jikteb u saħansitra jitgħallem diversi lingwi. Kien weħel il-ħabs għaxar darbiet, darba minnhom fuq każ gravi ta' kompliċità fi qtil taħt il-mina tal-Bombi. Ħelisha mill-forka għax kien għadu taħt l-età. Dimech kiseb notorjetà kbira bħala għadu tal-Knisja, li kien jaraha bħala aġent tal-oppressjoni mentali fuq il-poplu, imgħaddas fil-faqar u fil-miżerja tal-ġisem u tal-moħħ. Il-kitbiet tiegħu fil-Bandiera tal-Maltin, ġurnal ta' nhar ta' Sibt, mibdi f 'Jannar tal-1898, kienu maħsubin biex iservu ta' "ħatar u ta' tarka" favur dawk li ma kellhomx lil min jaqbeż għalihom, li ma kellhom privileġġi ta' xejn. Aktar minn hekk, il-ġurnal ried jistimula għall-bidliet soċjali, għas-sindakaliżmu, għad-demokrazija popolari u għad-drittijiet tan-nisa. Fil- ħabs, Dimech kien studja bla heda, u bil-qari (u mbagħad bis-safar) iddakkar mill- movimenti illuministi Ewropej. Qara lil Voltaire u fl-Italja ġie wiċċ imb wiċċ mal-movimenti tar-reżistenza antiklerikali. F'editorjal ta' Dimech fl-ewwel ħarġa tal-bandiera appella biex is-sħab iswed jgħib għax iġib miegħu weraq niexef u għajjien li jeħtieġ jinżabar: "Ħalli titla' x-xemx biex idawwal żernieq ta' qawmien ġdid, fejn is-siġra tagħti l-frott tagħha hekk kif il- Malti mdawwal iżomm il-ktieb (tat-tagħlim) u bis-serp taħt saqajh." Dan il-ħsieb kien intuża biex ix-Xirka tal-Imdawlin ikollha l-logo tagħha. Ċertament, pożizzjoni bħal dik ma kinitx se tinżel ħelwa mal-awtoritajiet ekklesjastiċi u kolonjali, li dejjem riedu poplu mans u sottomess, kif riedu, wara kollox, kulfejn ħakmu. L-ewwel riċerkatur u storiku serju li wassal l-ideat ta' Dimech lill-poplu Malti wara l-Indipendenza tal-1964 kien Henry Frendo, illum direttur tal-Istitut għall-Istudji Maltin fl-Università (fejn, ironikament, teżi akkademika, minkejja l-protesti kollha ta' Frendo, ma titħalliex tinkiteb bil-Malti!). Fl-1971, Frendo kien ħareġ il-ktieb Lejn Tnissil ta' Nazzjon (edizzjoni tal-Klabb Kotba Maltin) u diġà kien hemm min beda jitqarras li akkademiku żagħżugħ bħalu kien se jirxoxta l-kult notorju ta' Manwel Dimech, persona non grata fi ċrieki "diċenti" sa minn mindu mietet fl-eżilju f 'Lixandra, fl-1921. Dak iż-żmien ukoll, Henry Frendo kien l-editur tal-ġurnal para-ekkleżjatiku Il-Ħajja u r-riċerka dwar Dimech mill- ewwel dehret perikoluża. L-impjieg tiegħu minn mal- ġurnal ma damx ma kien itterminat. Għall-kronaka ta' x'kien ġara eżatt, qed nikkwota minn ittra elettronika li l-Professur Frendo bagħatli fil-25 ta' Lulju ta' din is-sena stess. Nikkwota lil Frendo, fejn jagħmel referenza għall-ktieb dwar Dimech, Lejn Tnissil ta' Nazzjon: "L-impjieg ġie terminat mill-Kurja, illegalment skont il-Qorti tal-Maġistrati ('without just and sufficient cause'), iżda fl-appell l-Imħallef Fortunato Mizzi (li ma kellu x'jaqsam xejn mal-Pater Patriae) ġie b'biċċa karta fejn qal li mingħajr ma jidħol fil-mertu tal-każ, il-liġi dwar każ bħal dan kienet 'preskrittiva mhux imperattiva', ergo la kellhom għalfejn jerġgħu jimpjegawni u lanqas iħallsuni s-salarji dovuti! Kont qiegħed nistenniha għax meta mort għand l-Isqof il-palazz biex inġib lura l-manuskritti ta' Lejn Tnissil ta' Nazzjon, Gerada kien wissieni li bħala editur tal-gazzetta tal-Knisja ma stajtx nippubblika xogħol bħal dan. Jien l-MSS tal-ktieb ippjanat kont ħadthom lura u għidtlu li xorta waħda kont se nippubblikah għax kelli First Class fl-Honours bit-teżi tiegħi dwar 'Dimechianism'. Mid-dehra kien qabad u tahomlu mingħajr il-permess tiegħi, il-klijent, id-direttur tal-(istamperija) Empire Press, ċertu Dun Aronne. Meta l-ktieb baqa' ma ħariġx kont mort għalihom għandu, l-Istitut Kattoliku isfel, u bagħatni l-Palazz tal-Isqof għax kien hemm! Kienu nkwetati li stajt ħriġt il-ktieb qabel l-elezzjoni ta' Ġunju 1971." Il-Professur Frendo baqa' jinteressa ruħu, b'mod ferventi, f 'Manwel Dimech. L-għatx tiegħu biex ikompli jiskopri saffi ġodda tal-personalità kumplessa (u ikonika) ta' Dimech, il-ħabsi mibdul f 'intellettwali kontinentali, kompla juri ruħu meta xi ġimgħat ilu ħareġ il-ktieb bil- poeżiji li Dimech kiteb mill- ħabs ta' Kordin. Kien jonqsu tliet xhur biex jagħlaq it-tnejn u għoxrin sena. NOTA: Hu ġust li dwar Manwel Dimech tissemma riċerka oħra li għamlu dwar ir-ribell edukatur Geraldu Azzopardi, Francis Galea u Patri Mark Montebello. Importanti wkoll referenza għall-monument ta' Dimech (ispirat minn ikonografika Russa) li ħadem l-Iskultur Anton Agius (1933-2008) u li tqiegħed f 'Misraħ Kastilja. IL-POEŻIJA TAL-ĦABS MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Ittri Voltaire: il-filosofu li nebbaħ il-ħsieb ħieles u indipendenti f 'Dimech Iżjed tifkiriet Kemm ġie sabiħ San Ġorġ! EDWARD TORPIANO FLORIANA FLARTIKLU li jġib l-isem 'Fehmti' miktub minn Joe Micallef Stafrace (It-Torċa, 17 ta' Awwissu 2014) meta kien qed jitkellem dwar il-possibbiltà li, b'diktat bla ebda konsultazzjoni minn Kastilja, l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali kollha jkollhom isiru fl-2019, dan l-artikolist sostna: Bħalissa għaddejja diskussjoni dwar meta għandhom jinżammu l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali u dwar kemm għandu jkun twil il-perjodu bejn ħatra u oħra. It-tama tal- kotra hi li tkun diskussjoni serja, ta' ħsieb u li nieqfu milli nippolitiċizzaw kull ħaġa taħt il-kappa tax- xemx... billi nfakkar li l-istess artikolist li hu żgur mhux hekk għamel f 'serje ta' artikli minnu ffirmati, (liema serje ta' artikli ġġib l-isem, Mill-Ħażna tat- Tifkiriet), fil-ġurnal Leħen is-Sewwa. Dan, b'mod partikolari, dwar il-kwistjoni politiko- reliġjuża fejn qed jipprova jerġa' jikteb l-istorja mill- ġdid, iżda kif jaqbel lilu biss. Rajtha kif tkun il- propaganda soċjalista? Fejn irid jgħid li m'hemmx għalfejn nippolitiċizzaw u fejn irid erħilu jrewwaħ propaganda antiklerikali rħisa. KAV JOE M ATTARD VICTORIA GĦAWDEX DIN hija l-frażi li qed nisma' ta' kull darba li ngħaddi minn quddiem l-istatwa ta' San Ġorġ li ħaddiema Għawdxin fi ħdan il- Ministeru għal Għawdex, bl- inizjattiva ta' Wirt Għawdex għadhom kemm irrestawraw, u li tinsab imperrċa fuq ħajt quddiem il-Knisja tal-Madonna Ta' Pompej f 'Victoria. Din l-istatwa għal snin twal kienet tinsab fi stat ta' abbandun u kont tistħi tħares lejha imma issa ma tistax ma tiġbidlekx l-attenzjoni hekk kif tgħaddi minn taħt ir-riħ tagħha; u bir-raġun għax l-artisti tagħna għamlu biċċa xogħol ta' min ifaħħarha. Żgur li fost il-ħaddiema tagħna Għawdxin jeżistu artisti li kapaċi jmiddu jdejhom u jagħtu l-ħajja lill-opri tal-arti li jkunu marru lura. Dan huwa propju wieħed minn dawn l-eżempji. L-istess xorti qaluli li messet lill-istatwa tal-Madonna magħrufa bħala tar-Rummiena li tinsab mhux bogħod miċ- Ċimiterju tal-Barmil limiti tax-Xewkija, u li issa tista' titgawda ferm aħjar. L-istatwa ta' San Ġorġ jien niftakarha dejjem fejn hi llum u dejjem kelli x-xewqa li xi ħadd ma jħallihiex tiddeterjora iktar; fl-aħħar qed naqta' xewqti. Jalla tibqa' fl-istat splendendi li hi u jalla l-pjanta li tikber qrib tagħha ma titħalliex toħnoqha u taħbiha kif sar fl-imgħoddi. Mill-ġdid prosit u grazzi lil kull min kien responsabbli biex San Gorġ mill-ġdid qed isebbaħ din in-naħa tal-Belt Victoria. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt L-istatwa ta' San Ġorġ fuq ħajt quddiem il-Knisja tal-Madonna ta' Pompej

