Illum previous editions

illum 31 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 | illum 21 ma' Glen Vella GLEN VELLA - kantant u għalliem li tarah fejn tarah dejjem se ssibu b'xi tbissima fuq wiċċu. Il- karattru ferrieħi tiegħu kien iċ-ċavetta li daħħlitu qlub il-Maltin u l-Għawdxin kollha. FREDERICK AT TARD fattard@mediatoday.com.mt Meta twelidt u x'tiftakar minn tfulitek? Jien twelidt fl-14 ta' Mejju 1983 u niftakar tfulija sabiħa ħafna u nqis ruħi fortunat li kelli u għad għandi ġenituri li jħobbuni u jappoġġjawni daqslikieku għadni dak it- tfajjel ċkejken. Il-kulur favorit tiegħek? L-aħmar minn dejjem kien il-kulur favorit tiegħi. Int taħdem bħala Learning Support Assistant… Iva, naħdem dan ix-xogħol għax jogħġobni s-settur edukattiv u l-inklużjoni sħiħa tal-istudenti fl-iskejjel, xi ħaġa li jien nemmen fiha ħafna. X'sodisfazzjon tieħu minn dan ix-xogħol? Apparti l-fatt li nieħu gost ħafna nara l-istudenti jimxu 'l quddiem, il-fatt li nqatta' ħin maż-żgħażagħ, jgħini li nibqa' żagħżugħ jiena wkoll u b'hekk ikolli l-enerġija meħtieġa biex dak li naf jien u li dejjem nitgħallem, inkun nista' ngħaddih lil żgħażagħ oħra li llum jew għada kapaċi jkunu l-mexxejja ta' pajjiżna. Il-karriera tiegħek issa ilha għaddejja, x'kienet l-ewwel diska li qatt kantajt fuq palk? L-ewwel kanzunetta li kantajt kien propju fuq televixin Malta f 'karaoke ma' John Bundy, fejn kont interpretajt silta mill-kanzunetta 'Shiny Happy People' ta' R.E.M., esperjenza li għadha friska f 'moħħi. Liema hi dik id-diska cover version li tħobb tkanta l-aktar? Id-diska 'Smile', miktuba minn Charles Chaplin. L-għanja tal-poplu u d-diska 'It-tfal ta' Llum'… Memorji sbieħ ħafna u pass kbir fil-karriera tiegħi għaliex minn dak il-festival ġejt avviċinat minn kompożituri Maltin sabiex stajt dejjem nikber u nipperfezzjona fil-qasam mużikali. Kienet diska sabiħa ħafna li jien kantajt bħala dwett ma' Eleonor Cassar. Maltasong for Europe u One Life… Wieħed mill-akbar passi li dejjem ridt u ħdimt sabiex nesperjenzaha. Esperjenza li għallmitni ħafna u li sirt inħobbha aktar minn qatt qabel. Esperjenza indimentikabbli. U l-Animae Gospel Choir? Kor li jqanqalli emozzjoni sabiħa f 'qalbi f 'ħafna mid- drabi li nkanta miegħu. Kor li nista' ngħid kiber malajr imma dejjem żamm livell tajjeb ħafna ta' mużika u li kapaċi jqanqal emozzjoni pożittiva lil kull min jisimgħu. Qed taħdem fuq xi ħaġa partikolari bħalissa? Apparti li naħdem bis-sħiħ ma' kantanti żgħażagħ fuq proġetti mużikali, erġajt dħalt lura fl-istudjos biex jekk Alla jrid tisimgħu l-kanzunetta l-ġdida tiegħi fiż-żmien qarib. Tippreferi s-sajf jew xitwa u għaliex? Bla dubju, is-sajf! Għax huwa żmien fejn ingawdi aktar lil dawk qrib tiegħi u fejn nista' nieħu nifs ġdid wara perjodu twil ta' ħidma intensiva. Qatt ikkunsidrajt tmur tagħmel xi xogħol volontarjat barra minn xtutna? Il-ħsieb dejjem hemm qiegħed biss il-pass għadni qatt ma ħadtu. X'inhu dak li jgħamlek kuntent fil-ħajja? Ir-rispett u l-imħabba umli ta' dawk vera qrib tiegħi u l-istess ħaġa jien lejhom. Il-ħolma li għad triq twettaq? Mistoqsija diffiċli ħafna għalija! Bniedem li noħlom ħafna… il-ħin biss iżommni! Ħames Minuti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 August 2014