Illum previous editions

illum 31 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 illum Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 SPORTSillum SPORTSillum Manchester City xxukkjati minn Stoke City -Etihad Stadium MANCHSETER City ġew ixxukkjati minn Stoke City fl-Etihad Stadium meta tilfu bl-iscore minimu ta' 1-0 bil-gowl għal Stoke City jasal minn Mame Biram Diouf fit- 58 minuta wara indeċiżjoni tal-goalkeeper Joe Hart hekk kif il-ballun għadda propju minn taħt saqajn il-goalkeeper internazzjonali Ingliż. Tajjeb ngħidu li din kienet l-ewwel rebħa għal Stoke City barra minn darhom kontra Manchester City sa mill-1980 u t-tieni telfa li qatt ġarrab il-kowċ ta' Manchester City Manuel Pellegrini sa minn meta dan ħa l-kontroll tat-tim. F'logħba li offriet spettaklu kbir u xita ta' gowls, Chelsea barra minn darhom f 'Goodison Park għelbu lil Everton bl-iskor ta' 6-3 bil-gowls għalihom jaslu minn Diego Costa u Ivanovic kmieni fl-ewwel taqsima, fl- ewwel tliet minuti tal-logħba, waqt li t-tielet gowl għalihom wasal minn awto-gowl, tal- plejer ta' Everton Seamus Coleman fis-67 minuta. Huma skorjaw ir-raba' gowl fil-logħba biex issiġillaw ir- rebħa fl-74 minuta permez ta' Nemanja Matic li kien qed jiskorja l-ewwel gowl fil- karriera tiegħu għall-Blues. Everton naqsu l-marġni tal- iskor eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima fil-45 minuta permezz ta' daqqa ta' ras b'saħħitha ta' Kevin Mirallas kif ukoll fid-69 minuta permezz ta' Kevin Naismith. Barra minn hekk Samuel Eto'o skorja l-ewwel gowl tiegħu ma' Everton propju kontra l-eks tim tiegħu Chelsea fis-76 minuta. Iżda l-istorja kienet għadha ma ntemmetx hawn, hekk kif Chelsea għamlu l-iskor 5-3 favurihom permezz ta' Oscar Ramires fis-77 minuta. Kien fadal gowl ieħor għat-tim immexxi minn Mourinho fid-90 minuta permezz ta' Diego Costa biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. Manchester United reġgħu ddiżappuntaw bil-kbir meta barra minn darhom għal darb'oħra naqsu milli jiksbu t-tliet punti meta sfaw miżmuma f 'parità ta' mingħajr gowls mit-tim ferm inferjuri u li għadu tiela' miċ-Championship, Burnley. B'hekk issa huma għandhom biss żewġ punti minn tliet logħbiet. Fil-konfront bejn Newcastle United u Crystal Palace li ntlagħab f 'St James Park rajna xejn inqas minn sitt gowls hekk kif dan il- konfront intemm f 'parità ta' 3-3. Il-gowls għall-Magpies waslu minn Janmmat, Aarons u Williamson waqt li t-tliet gowls għal Crystal Palace waslu minn Gayle, Puncheon u Zaha. Swansea City ġewwa darhom għelbu lil West Bromwich Albion bl-iskor ta' 3-0 bil- gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Dyer u gowl uniku ta' Routledge. West Ham United ġewwa darhom tilfu bl-iskor ta' 3-1 kontra Southampton bil-gowls għal Southampton jaslu minn doppjetta ta' Schneiderlin u gowl uniku ta' Graziano Pelle. Min-naħa l-oħra kienu propju West Ham United li fetħu l-iskor permezz ta' Mark Noble fis-27 minuta. Queens Park Rangers ġewwa darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor mimu ta' 1-0 bil-gowl uniku għalihom fil-logħba jasal minn Charlie Austin fil-45 minuta. Intant hekk kif ilbieraħ beda l-Kampjonat tas-Serie A fl-Italja, Juventus barra minn darhom għelbu lil Chievo Verona bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn awto- gowl tal-plejer ta' Chievo Verona Francesco Bardi li xellef għal ġewwa daqqa ta' ras tal-plejer Urugwajan ta' Juventus Caceres wara biss sitt minuti logħob. Tajjeb ngħidu li Juventus kellhom bosta okkażjonijiet oħra li jkabbru l-marġni tal-iskor iżda naqsu milli jagħmlu dan minħabba li kienu sfortunati hekk kif numru ta' tentattivi tagħhom speċjalment fl-ewwel taqsima stampaw mal-lasta kemm dik wieqfa kif ukoll il-mimduda. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 30 ta' Awwissu Burnley vs Manchester U. 0-0 Manchester C. vs Stoke C. 0-0 Newcastle U. vs Crystal P. 1-1 QPR vs Sunderland 1-0 Swansea C. vs WBA 3-0 West Ham U. vs Southampton 1-3 Everton vs Chelsea 3-6 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 14:30 Aston V. vs Hull C. 14:30 Tottenham H. vs Liverpool 17:00 Leicester C. vs Arsenal Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 30 ta' Awwissu Chievo V. vs Juventus 0-1 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 18:00 AC Milan vs Lazio 18:00 Atalanta vs Hellas Verona 20:45 Cesena vs Parma 20:45 Genoa vs Napoli 20:45 Palermo vs Sampdoria 20:45 Sassuolo vs Cagliari 20:45 Torino vs Inter 20:45 Udinese vs Empoli YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Mame Biram Diouf jiċċelebra ma' sħabu wara li skorja l-gowl uniku r-rebħa storika ta' 1-0 ta' Stoke City fuq Manchester City ilbieraħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 August 2014