Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144
Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 | illum 29 SPORTSillum Suċċessi għal erba' atleti żgħażagħ -Olimpjadi ċ-Ċina ERBA' atleti żgħażagħ irrappreżentaw lil Malta fit-Tieni Edizzjoni tal- Olimpjadi taż-Żgħażagħ li saru f 'Nanjing iċ-Ċina bejn is-16 u t 28 ta' Awwissu. L-atleti huma ż-żewġ għawwiema, Julian Harding u Raoul Stafrace, it-tnejn ta' 18-il sena, li jagħmlu parti mill-iskwadra nazzjonali tal- għawm tal-ASA - il-judoka Francesco Aufieri - li għadu ġej minn kamp ta' taħriġ fl-Isvizzera u l-weightlifter Nicole Gatt. L-erba' atleti fix-xhur li għaddew wettqu programm ta' preparazzjoni ffinanzjat mill-Kumitat Olimpiku Malti b'kollaborazzjoni mal-għaqdiet nazzjonali rispettivi. Il-ftuħ uffiċjali tal- Olimpjadi taż-Żgħażagħ f 'Nanjing sar nhar is-Sibt 16 ta Awwissu u l-għada daħal fl-azzjoni l-għawwiem Julian Harding meta ħa sehem fil-100 metru breast stroke filwaqt li t-Tnejn 18 ta' Awwissu daħlu fl-azzjoni l-judoka Francesco Aufieri u l-weightlifter Nicole Gatt u t-Tlieta 19 ta' Awwissu tellaq l-għawwiem Raoul Stafrace. Il-kontinġent Malti ta' erba' atleti mmexxi mix-chef de Mission, Mario Micallef beda l-impenji tiegħu permezz tal-għawwiem Julian Harding li fil-Heat numru 1 tal-100 metru breaststroke spiċċa fit-tielet post b'minuta 06.38 sekondi wara Andrey Pravivtsev tal- Uzbekistan b'minuta 03.99 sekondi u Jacob Nordman tal-Fillandja b'minuta 04 86 sekondi. Għawwiema minn Hong Kong u l-Kambodja spiċċaw wara Harding li fil- klassifika ġenerali temm fit- 32 post fost 37 għawwiem. L-għawwiem Malti Raoul Stafrace ħa sehem fil-100 metru freestyle u spiċċa t-tielet fil-heat numru wieħed. Huwa għamel id- distanza fi 53.45 sekondi . Fil-frazzjoni tal-50 metru huwa kien għam f 'ħin ta' 24.59 sekondi. Din il-heat intrebħet minn Patrick Canton tal-Istati Uniti qabel Collum Bain tal-Irlanda. Aktar qabel fit-tielet ġurnata ta' kompetizzjoni fl- għawm fil-50 metru freestyle kien ukoll fl-azzjoni Raoul Stafrace li f 'heat numru 4 spiċċa fir-raba' post f '24.02 sekondi f 'heat mirbuħa minn Javier Acevedo tal- Kanada . Il-kontinġent Malti kien immexxi mid-Direttur tal- Isport tal-Kumitat Olimpiku Malti Mario Micallef li kien ukoll Chef de Mission tal- kontinġent . Ritratt: Malta Weightlifting Association L-erba' atleti żgħażagħ Maltin li ħadu sehem -Olimpjadi taż-Żgħażagħ imkien ma' uċjali oħra f 'Nanjing ċ-Ċina Kalanċ Team u Mr Whippy fl-ewwel postijiet tal-European Drag Racing Championship ŻEWĠ sewwieqa Maltin jinsabu bħalissa fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika tat-Top Methanol Dragster fil-kampjonat tal-FIA European Drag Racing. Dawn huma Kalanċ Team, b'karozza dragster misjuqa minn Chris Polidano u Mr Whippy, b'karozza misjuqa minn Monty Bugeja. Wara tlett itlielaq, waħda fil- Gran Brittanja, waħda fil-Finlandja u l-oħra fil- Ġermanja, Chris Polidano u Kalanċ Team għandhom 197 punt, filwaqt li Monty Bugeja u Mr Whippy għandhom 162 punt. It- tim ta' Mr Whippy rebaħ it-tellieqa fil-Finlandja, filwaqt li Kalanċ Team spiċċaw fit-tieni post fil-Finlandja u rebħu dik tal-Ġermanja. Fl-istess kategorija jikkompetu wkoll sewwieqa mill-Ġermanja, l-Isvezja u l-Gran Brittanja. Il-fatt li l-bandiera Maltija tinsab tperper fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika huwa ta' unur kbir għall- pajjiżna. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius riċentament iltaqa' ma' rappreżentanti ta' Kalanċ Team u qabel ma' rappreżentanti tat-tim ta' Mr Whippy. Magħhom tkellem dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom f 'dan l-isport, u l-aspirazzjonijiet li għandhom iż-żewġ timijiet kemm għal dan l-istaġun kif ukoll għas-snin li ġejjin. Filwaqt li awguralhom, ħeġġeġ sabiex dan l-isport li qed jagħmel tant ġieħ lil Malta jieħu post aktar prominenti fil-mezzi tax- xandir Maltin, sabiex dawk li jinteressahom dan l-isport ikunu jistgħu jsegwu l-aħħar dettalji u fl-istess ħin nirrikonoxxu l-isforzi li dawn il-Maltin qed jagħmlu barra l-pajjiż. L-aħħar tellieqa għat- timijiet Maltin f 'dan il- kampjonat tinżamm fil-Gran Brittanja fl-4 ta' Settembru. Suċċess kbir għal Kalanċ Team u Mr Whippy Il-parteċipanti tal-Life Cycle jiltaqgħu ma' Chris Agius FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-grupp taċ-ċiklisti li din is-sena se jippruvaw l-isfida tal-Life Cycle iltaqgħu mas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius. Iż-żjara kienet waqfa qasira waqt it-taħriġ li bħalissa qed jintensifika ruħu, hekk kif ninsabu ftit ġimgħat 'il bogħod mill-avventura nnifisha. Fit-12-il ġurnata, 22 ċiklist se jsuqu 2,000km minn Fukuoka sa Tokjo l-Ġappun biex jiġbru flus għar-Renal Unit ta' Mater Dei li ta' kuljum taqdi lin-nies morda bil-kliewi. Iċ-ċiklisti ddeskrivew dak li jgħaddu minnu waqt din l-avventura għaliex din mhix l-ewwel darba li bosta minn dawn l-atleti għamlu l-LifeCycle. Is-Segretarju Parlamentari Agius sema' kif l-akbar sfidi jkunu l-għeja fiżika wara l-ammont ta' kilometri li jaqdfu kuljum u t-temp. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius ħa l-okkażjoni sabiex tkellem mal-atleti dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom iċ-ċiklisti fit-taħriġ. Kif jidher anke fit-toroq Maltin, l-isport taċ-ċikliżmu qiegħed kull ma jmur jiżdied. L-akbar problema tibqa' s-sewwieqa li jixorbu u jsuqu. Minbarra hekk uħud ilmentaw fuq l-istat tal-karreġġjati taċ- ċikliżmu li f 'ħafna postijiet huma ineżistenti u l-ispralli mċaqalqa li wieħed isib f 'xi lokalitajiet. Huwa awguralhom għal din l-isfida li deħlin għaliha, filwaqt li awgura sabiex aktar persuni jkunu daqshekk altruwisti li jagħmlu atti bħal dawn sabiex jgħinu lil ħaddieħor. Ħeġġeġ lil dawk kollha li jistgħu jgħinu sabiex jagħtu d-donazzjoni tagħhom filwaqt li faħħar il-ġest altruwist li jagħmlu d-donaturi tal-organi li jagħtu xi ħaġa minn tagħhom biex itejbu l-ħajja ta' ħaddieħor. L-Onorevoli Chris Agius imkien mal-parteċipanti li se jieħdu sehem l-Life Cycle

