Illum previous editions

illum 31 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 | illum 5 L-għaxar edizzjoni tal-Qormi Wine Festival GĦAŻLA wiesgħa ta' nbejjed ħomor, bojod u rosé magħmula minn varjetajiet ta' għeneb lokali, kunċerti kbar minn kantanti u bands rinomati, ikel tipiku Malti magħmul dak il-ħin stess, wirjiet u kompetizzjonijiet, spettaklu ta' dwal u chill-out area, huma l-attrazzjonijiet ewlenin tal-festival tal- inbid li se jerġa' jsir f 'Ħal Qormi għall-għaxar sena konsekuttiva u li bħas-snin preċedenti mistenni jiġbed folol kbar lejn il-Belt Pinto. Il-Qormi Wine Festival 2014 se jsir nhar il-Ġimgħa 5 u s-Sibt 6 ta' Settembru mis- 7.30pm sa nofsillejl, fejn għal din l-okkażjoni ċ-ċentru tar- raħal se jkun qed ixidd libsa festiva partikolari. Dan il-festival issa sar attività mistennija ferm fl- ewwel ġimgħa ta' Settembru, u għalhekk l-organizzaturi ħasbu biex jippreżentaw żewġ serati mill-aqwa li jolqtu l-gosti tal-familja kollha. U din is-sena b'attrazzjonijiet akbar biex jitfakkar l-10 anniversarju ta' dan l-avveniment kulturali. Triq il-Kbira f 'Ħal Qormi se tkun armata b'diversi stalls tal-inbid u ikel tradizzjonali Malti, f 'atmosfera tipika ta' festa lokali bil-knisja parrokkjali ta' San Ġorġ fl- isfond. Dawk preżenti jistgħu jakkwistaw tazza tal-inbid bil- logo tal-Qormi Wine Festival għall-prezz ta' €12. Biha jkunu jistgħu jduqu l-inbejjed kollha offruti. It-tazza tista' mbagħad tinżamm bħala tifkira. L-ikel kollu - majjal, għaġin bil-meat balls, tonn, tiġieġ bil- patata l-forn u l-platt Malti – jista' jinxtara għall-prezz ta' €7. Se jkun hemm ukoll mejda bl-imqaret. Id-dħul għal dan il-festival tal-inbid hu b'xejn. L-inbid jibqa' jisserva sal-11.30pm. Tajjeb wieħed ifakkar li Ħal Qormi għandu tradizzjoni antika marbuta mal-inbid li tmur lura diversi sekli, għaliex minbarra għall- ħobż, il-belt ta' Pinto hi wkoll magħrufa għall-għasir tal-għeneb. Permezz ta' dan il-festival, ir-raħal qiegħed joħloq attrazzjoni oħra għat- turisti barranin u għall-poplu Malti filwaqt li jerġa' jqajjem tradizzjonijiet antiki marbuta mal-lokal. Biex wieħed jilqa' għal dan l-influss ta' nies, inħawi fil-qrib tal-qalba tar-raħal se jinżammu apposta għall- parkeġġ, b'sinjali direzzjonali biex dawk li jattendu jkunu jistgħu jsibu fejn jipparkjaw il-vettura tagħhom mingħajr diffikultajiet. Fi Triq il-Wied ftit lil hinn mill-Knisja ta' San Ġorġ (fejn issa tlesta l-maġġorparti tax-xogħol li kien qed isir) wieħed jista' jipparkja bil-kumdità kollha. Fit-toroq prinċipali se jittellgħu wkoll sinjali tat- traffiku li juru d-direzzjoni tal-inħawi tal-festival għal min ikun sejjer Ħal Qormi mill-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ, Santa Venera, il-Ħamrun u minn Birkirkara. Dwar dan il-festival, is- Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes waqt konferenza stampa faħħar l-inbid Malti u ħeġġeġ lin-nies biex jattendu bi ħġarhom għal din l-attività. Tkellimna wkoll mas-sindku tal-lokal, Rosianne Cutajar li qalet li dan il-festival din is- sena għandu sinifikat speċjali għax jixhed għaxar snin ta' suċċess. "Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-kumitat festi esterni, tim dinamiku kompost ukoll minn ħafna żgħażagħ li jaħdmu qatigħ biex il-Wine Festival ikun suċċess sena wara l-oħra." Qalet is-sindku li fl-istess waqt irringrazzjat ukoll lill- kumpanija Marsovin. Is-serata tat-tnedija tal-festival, b'Roderick Galdes u maġenbu Rosianne Cutajar fost il-kelliema Immigranti irregolari fl-eks Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar GRUPP ta' madwar mitt immigrant irregolari minn fost il-257 li waslu Malta nhar il-Ħamis li għadda tpoġġew fl-eks Ċentru tal- Fieri fin-Naxxar bħala parti mill-politika li qed jaddotta l-Gvern li permezz tagħha t-tfal ma jitpoġġewx f 'ċentri ta' detenzjoni. Jirriżulta li mal- wasla tagħhom f 'Malta l-immigranti kellhom problema mal-awtoritajiet fejn irrifjutaw li jsirulhom testijiet mediċi kif inhi l-prassi f 'każijiet simili. Intant matul il-jum tal- bieraħ, dawn l-immigranti wettqu protesta, li matulha nfexxew jgħajtu 'Freedom Freedom' u anke 'Thank you Malta'. Matul il-protesta marru fuq il-post l-ogħla uffiċjali tal-korp tal-Pulizija inkluż l-Aġent Kummissarju Ray Zammit kif ukoll uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit. Kien hemm ukoll żewġ ambulanzi li ħadu wħud mill- immigranti l-isptar kif ukoll numru oħra kienu assistiti minn tobba u assistenti mediċi. Kelliema għall-Ministeru tal-Intern qalet lill-ġurnalisti li dawn l-immigranti tpoġġew f 'dan il-post minħabba li fosthom hemm it-tfal. Jidher li l-awtoritajiet offrew ukoll lill-immigranti biex jitpoġġew f 'Lister Centre iżda dawn irrifjutaw. Din kienet l-ewwel darba li l-immigranti tpoġġew fin-Naxxar u l-kelliem tal- Ministeru għall-Intern la ċaħdet u lanqas ikkonfermat jekk dan il-post hux se jibda jintuża għal dan l-iskop. Kelliema tal-Ministeru għall-Intern ma qalitx jekk dan il-post hux se jibda jintuża għal dan l-iskop "Il-Libja jaf issir Iraq ieħor wara biebna" – George Vella ILMINISTRU għall- Affarijiet Barranin George Vella, għadu kemm temm jumejn ta' laqgħat f 'Milan. Hu kien qiegħed jattendi flimkien mal-Ministri għall- Affarijiet Barranin l-oħra tal- Unjoni Ewropea għal-laqgħa informali taħt il-Presidenza Taljana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Kif kien mistenni s-suġġetti diskussi kienu dawk li bħalissa qegħdin jolqtu u jinkwetaw l-aktar lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-kriżi fl-Ukrajna, is-Sirja, l-Iraq, il-Libja u l-proċess għall-Paċi fil-Lvant Nofsani. Fl-interventi li għamel il-Ministru Vella saħaq li jekk ma konniex se nagħtu l-attenzjoni meħtieġa b'mod urġenti kien hemm il-periklu li l-Libja ssir Iraq ieħor wara biebna. Huwa spjega fid-dettal il-kumplessità tas-sitwazzjoni, it-tibdil kontinwu li għaddej, u l-iżvolti li tista' tieħu sitwazzjoni daqshekk delikata. Vella wissa kontra ndħil militari, u saħaq li xogħolna huwa li ngħinu lil-Libja ssolvi l-problemi. Il-Ministru Vella qal li rridu nisimgħu lil kulħadd u ma nagħlqu l-bieb f 'wiċċ ħadd. Huwa rrakkomanda li nagħtu l-għajnuna teknika, umanitarja u politika kollha possibbli, inżommu djalogu miftuħ ma' kull fazzjoni li hemm fil-Libja, ngħinu biex jiġi kkontrollat it- tixrid tal-armi u l-munizzjon, kif ukoll idealment naħdmu biex titwaqqaf Kummissjoni Internazzjonali għal Rikonċiljazzjoni Nazzjonali. Il-Ministru qal li bħalissa aħna nikkunsidraw il-Gvern ta' Tobruk bħala dak leġittimu imma lesti li nitkellmu ma' kulħadd. Żied jgħid ukoll li pajjiżna qiegħed jieħu sehem fil-laqgħa tal-mibgħuta speċjali li qegħdin jiġu kkordinati mar-rappreżentant speċjali tal-Ġnus Magħquda Bernardino Leon. Meta tkellem dwar Lvant Nofsani l-Ministru Vella faħħar il-waqfien mill-ġlied li kien innegozjat mill-Eġittu u esprima t-tama li jekk dan il-waqfien iżomm għal xahar, jibdew diskussjonijiet sostanzjali dwar il-proċess, li jwassal għall-paċi. Il-Ministru qal li jemmen li s-sitwazzjoni umanitarja f 'Gaza hija tal-biża' u li Iżrael filwaqt li kellu d-dritt kollu jiddefendi ruħu seta' laħaq l-għanijiet tiegħu b'anqas forza, ħerba u mwiet. Punt importanti li għamel il-Ministru huwa li matul il-waqfien mill-ġlied irid ikun hemm sorvelja serja ta' dak li jkun dieħel u ħiereġ, u esprima x-xewqa li jitnaqqas l-istat ta' assedju li n-nies ta' Gaza ilhom isofru għal snin twal.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 August 2014