Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144
8 illum | Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 Qtil ta' Concetta Carabott f 'Raħal Serqa li falliet LI ħallelin jidħlu biex jisirqu persuna anzjana diġà huwa reat gravi, iżda li s-serqa li jkunu ppjanaw tfalli u minflok ir-reat jintemm bi qtil, huwa ferm aktar gravi anke jekk l-intenzjoni tal-qtil ma tkunx fil-pjan tal-kriminali. Hekk ġara nhar il-Ħamis, 7 ta' Ottubru 1982 meta Concetta Carabott ta' 75 sena minn Raħal Ġdid kienet għall-kwiet fid- dar tagħha f 'Raħal Ġdid stess faċċata tal-kunvent tas-sorijiet. Hija mietet fgata meta mill- inqas żewġt irġiel daħlu fuqha biex jisirquha. Sal-lum, ftit inqas minn 32 sena wara, dan il-qtil għadu mhux solvut. L-aħħar passi tal-vittma Minn stħarriġ li għamilt sibt x'kienu l-aħħar ftit sigħat fil- ħajja ta' Concetta. Bħalma kienet tagħmel ta' kuljum, qatt ma naqset li filgħodu tmur tisma' quddiesa ħlief meta kienet tkun ma tiflaħx. Dakinhar li nqatlet l-anzjana bħas-soltu ħarġet kmieni filgħodu mid-dar tagħha fi Triq Mater Boni Consilii, f 'Raħal Ġdid u marret tisma' quddiesa fil-Knisja ta' Kristu Re li tinsab fil-Pjazza ta' Raħal Ġdid. Mill- knisja Concetta rritornat dritt fir-residenza tagħha. Kienu diversi l-ġirien li f 'dik il-ġurnata partikolari raw lil Concetta tirritorna d-dar mill-Knisja. Kienet rutina tagħha u għaldaqstant kull min kien jafha kien familjari ma' dak li kienet tagħmel l-anzjana. Jidher li kif waslet id-dar il-mara biddlet il-ħwejjeġ għal dawk ta' ġewwa u bdiet tagħmel xi faċendi li minkejja l-età tagħha kienet għadha attiva. Skont persuni li tkellmu miegħi, qaluli li aktar tard filgħodu stess kienet marret waħda min-neputijiet ta' Concetta u għamlet ftit ħin titkellem magħha u wara li għenet lil zijitha ssajjar xi ħaġa, telqet. Bejn il-11.30am u nofsinhar Concetta kienet se tlesti biex tiekol. Dan jirriżulta mill-platt tal-ikel lest biex jittiekel li sabu l-Pulizija fuq il-mejda. Taħbita mal-bieb Kif l-anzjana kienet għadha se tibda tiekol, xi ħadd ħabbat il-bieb u meta Concetta marret biex tiftaħ sabet żewġt irġiel. Qabel leħqet staqsiethom x'kellhom bżonn, wieħed minnhom imbuttaha 'l ġewwa u kif daħlu għalqu l-bieb warajhom. L-anzjana ma kellhiex ħin tgħajjat għall-ajjut kemm minħabba li kienet maħsuda kif ukoll li x'aktarx wieħed mill-kriminali poġġa jdejh ma' ħalqha. Jidher li Concetta pprovat tirreżisti, iżda kemm minħabba x-xokk li kellha fuqha kif ukoll minħabba li sabet lill-aggressuri tagħha ferm aktar b'saħħithom minnha, ma kienx possibbli li tkompli tirreżisti u ssejjaħ għall-ajjut. Il-qattiela ma kinux sawtu lill-anzjana peress li ma kinux instabu marki ta' vjolenza fuq il-kadavru tagħha. Iżda l-kriminali kienu poġġewlha ċarruta f 'ħalqha u rabtulha jdejha b'ħabel biex ma tkomplix tirreżisti. Biex ma tkunx tista' tiċċaqlaq, il-qattiela kienu neħħewlha l-papoċċ kif ukoll il-kalzetti suwed li kienet liebsa u rabtulha saqajha bl-istess kalzetti mal- Soċju tal-MUSEUM u t-tifel ta' 10 snin Prostituta trattata bħala 'skjava sesswali' Irid joqtol lis-suwed kollha Mill-Qorti SOĊJU tal-MUSEUM, li jaħdem bħala Assistent Kap ta' skola, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li nhar il-Ħadd li għadda kkorrompa tifel ta' għaxar snin waqt li kienu qed jgħumu fil-baħar taħt Splash & Fun f 'Baħar iċ-Ċagħaq. Dan is-soċju ġie mixli wkoll li ġab ruħu b'mod li ta fastidju lit-tifel u li offenda l-morali b'għemil li sar f 'post pubbliku. Huwa ċaħad l-akkużi kollha. Il-Qorti ppreseduta mill- Maġistrat Giovanni Grixti, semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda waqt attività tal- MUSEUM, l-akkużat refa' lit-tifel mill-baħar u f 'ħin minnhom, dan tal-aħħar, ħaseb li kien se jmisslu l-parti ġenitali tiegħu. It-tifel qal ukoll li f 'ħin minnhom, Callus żammu b'saqajh u ħakk il-parti tiegħu mal-warrani tat-tifel. Min-naħa tagħha d-difiża, irrappreżentata mill-Avukat Arthur Azzopardi tenniet li huwa vera li Callus qabad it-tifel fil-baħar, però insistiet li dan għamlu biss biex jgħin lit-tifel. "Iż-żewġ partijiet qed jaqblu fuq x'ġara fil-baħar: it-tifel kien qed jgħum f 'baħar fond, u l-klijent tiegħi qabdu minn qaddu u refgħu mill-baħar. Id- differenza hi li t-tifel interpreta din bħala azzjoni li setgħet twassal għall-abbuż," qalet id- difiża. Intant, il-prosekuzzjoni, mmexxija mill-Ispettur Josric Mifsud, spjega kif il-ġenituri tat-tifel għamlu rapport lill-Pulizija wara li binhom qalilhom li Callus beda jerfgħu fl-ilma. Fis-sottomissjonijiet għall- ħelsien mill-arrest, id-difiża qalet li m'hemmx biża' ta' intralċ ta' provi peress li l-allegat vittma jgħix mal-ġenituri tiegħu. Id- difiża spjegat ukoll li minħabba dawn l-allegazzjonijiet miġjuba kontra Callus, huwa se jkollu jirriżenja mill-karigi tiegħu fil- MUSEUM u l-iskola. Il-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat tal- Għassa Giovanni Grixti ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest u żammet lil Anthony Callus taħt arrest preventiv. "KONT niprostitwixxi ruħi, niekol, u norqod fl-istess kamra. Kelli nistaqsi wkoll jekk nistax immur sat-toilet, kont skjava tas-sess." Dan qalitu Marie Louise Magro – prostituta mill-Gżira – li nhar il-Ħamis xehdet kontra mara ta' 60 sena u r-raġel tagħha ta' 25 sena. L-imputati, Theresa Cutajar u Elmleti Mohamed Saad, qed jiġu mixlija li mexxew burdell fi Triq Testaferrata, Ta' Xbiex, li għexu mill-qliegħ tal- prostituzzjoni u li tlajjaw għal skop ta' prostituzzjoni. Il-koppja miżżewġa qed tiċħad l-akkużi kollha miġjuba kontrieha u qed tinżamm taħt arrest preventiv. Fix-xhieda tagħha, Magro rrakkuntat li wara li spiċċat mingħajr flus, talbet lil Theresa Cutajar sabiex taħdem bħala prostituta fil-propjetà tagħha, u din tal-aħħar aċċettat. "Għall-bidu kollox kien sew, saħansitra Theresa kienet titmani u tħallini norqod hemm, però malli beda jgħaddi ż-żmien, bdiet tgħajjarni u r-raġel tagħha kien jheddidni." Magro qalet li meta Theresa ma kinitx id-dar, ir-raġel tagħha, Saad, kien joqgħod għassa biex jara min hu dieħel u ħiereġ f 'kamritha. Mistoqsija mill-Ispettur tal- Prosekuzzjoni Jason Sultana kemm tagħmel flus f 'ġurnata, Magro spjegat kif tvarja, xi drabi kienet tagħmel biss €30, fi ġranet oħra, kienet taqla' sa €300. Intant, prostituta oħra, Spiridiona Caruana, li aktar kmieni dan ix-xahar ammettiet li kienet qed tħaddem in-nisa għal skop ta' prostituzzjoni fil- Gżira, qalet lill-Qorti li għal kull klijent, hi wkoll kienet tħallas €5 lil Theresa. Hija spjegat ukoll li qatt ma kienet imġiegħla biex tipprostitwixxi ruħha, tant hu hekk li skont hi, kienet tagħżel il-klijenti hi u li ma kinitx "tħalli rġiel ta' karneġġjon iswed" jidħlu. Prostituta oħra Spiridiona Caruana kkonfermat dan, u żiedet ukoll li l-klijenti kienet tagħżilhomlha hi. Xhud oħra Lucienne Attard, qalet li kienet taħdem bħala prostituta fl-appartament ta' Theresa u kienet tħallas €20 kuljum kera. Intant, ir-raġel ta' sid il-kera tal-post f 'Ta' Xbiex. Michael Sciberras, xehed fil-Qorti li kull meta kien jgħaddi minn quddiem l-appartament, kien jara "bosta nisa differenti fiż-żewġt itwieqi tal-faċċata u minkejja li qatt ma kellimhom il-ġesti u għajnejhom kienu bħal donnhom qed jistednuh biex jidħol ġewwa." NICKLAS Roland Sturk, Svediż ta' 43 sena residenti Pembroke, ġie kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li nstab ħati li inċita jew ħeġġeġ mibgħeda razzjali wara li hedded li "joqtol lil persuni suwed kollha." Il-Qorti semgħet kif fit-13 ta' Ġunju li għadda fi Triq Mons. Mifsud f 'Pembroke għall-ħabta tat-8am, l-imputat instema' jinsulenta u jgħajjar ġar anzjan. Malli semgħu dawn, ġirien oħrajn, Peter u Christine Grima, ċemplu lill-Pulizija. Fix-xhieda tagħha, Christine Grima, qalet li sussegwentament, hi rat lill- Isvediż jinsulentaha u anke jaggredixxi persuna ta' ġilda skura, Youre Ali, li kien qed jiġbor l-iskart. "Kont qed ngħin lil Ali jġorr kaxxa sal-kantuniera tat-triq meta smajt lil Sturk jgħidli 'You fucking Maltese bitch helping negroes,' talli kont qed ngħin lil wieħed iswed. Beda jgħajjar lil Ali bħala negro u jien ma tajtx kasu." "Malli mxejt lura lejn dari, Sturk ġie fuqi jirrepeti l-istess kliem u f 'mument minnhom tant resaq viċin tiegħi li kelli nimbuttah," qalet Grima. Hija tenniet kif wara li rritornat f 'darha, irrealizzat li Ali kien imissu jiġbor iż- żibel ta' dar Sturk u qalet li minħabba f 'hekk ħarġet barra għax basret li ħa jiġri xi ħaġa oħra. Wara, qalet Grima, rat lil Sturk imur fuq Ali u wara li qabdu minn spalltu, imbuttah u waqqgħu mal-art. Meta Ali telaq, l-akkużat beda jgħajjar lilha u l-Maltin bħala stupidi "talli qed iħallu lill-immigranti jmexxu l-pajjiż." Xehdet ukoll, li wara kompla jirrepeti li se joqtol lis-suwed kollha. Intant, fid-difiża tiegħu, Sturk ma ċaħadx l-episodju u l-insulti kif xehdet Grima iżda qal li mbotta lil Ali għax ħasbu li kien wieħed minn dawk li ftit tal-ġimgħat qabel aggredewh u ferewh u anke serqulu l-laptop tiegħu. Il-Maġistrat Doreen Clarke qalet li l-Isvediż ipprova biss jiddefendi l-aġir tiegħu meta kien jaf li Ali ma kienx wieħed mill-aggressuri tiegħu. Il-Maġistrat Clarke sabet lill-imputat ħati li pprova jinċita mibgħeda razzjali u kkundannatu sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Pulizija jitkellem ma' waħda mill-ġirien waqt l-investigazzjonijiet

