Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804
12 illum | Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 Għal diversi snin ħdimt viċin l-eks Ministru Austin Gatt, anzi hawn min anke jsejjaħlek bħala l-iben prodiġju tiegħu. Austin Gatt hu ttimbrat bħala ta' karattru arroganti filwaqt li int magħruf għal karattru miftuħ u komdu li bih kapaċi tiddiskuti. Forsi l-karattru ta' Austin Gatt ma writtux, iżda xi ħaġa mingħandu writt? Għamilt 14-il sena sħaħ naħdem mill-viċin ma' politiku bla kantunieri li minnu rbaħt esperjenzi kbar. Austin Gatt kien minn ta' quddiem fejn tidħol l-IT f 'pajjiżna u kien il-persuna li għamel riformi kbar fil-pajjiż. Mingħand Austin tgħallimt li l-ministru qiegħed hemm biex iwettaq u mhux biex iparla u żgur li Austin kien evidenti f 'dan. Il- ministru qiegħed hemm għal żmien pjuttost qasir u jrid jagħmel l-aktar ħidma bl-inqas spiża possibbli u fl-inqas żmien possibbli. Hemm ċertu bidliet li jaffettwaw il-kultura tal-pajjiż u dawn iridu jieħdu l-kors tagħhom sa ma jindraw. Austin kien persuna li jiddeċiedi u dawk li ma jgħoġbuhomx id-deċiżjonijiet tiegħu jqisuh arroganti. Il-fatt hu li qatt ma għadda lil ħadd biż-żmien. Il-professjoni tiegħek hi l-IT. Kif ħadtha meta l-kap Nazzjonalista għarrfek li se tieħu ħsieb is-saħħa? Kont preparat għal dan il-qasam? Kien madwar sena ilu meta l-kap qalli dan. Nammetti li kont sorpriż iżda fhimtu mill-ewwel. Għax aħna għandna kwalità ta' kura ta' klassi mondjali. Għandna tobba u infermiera tal-aqwa kwalità. Iżda hemm bżonn li s-servizz ikun aktar aċċessibbli għal pazjent. Irridu nħarsu mill-perspettiva tal- pazjent. Għalhekk hemm bżonn ta' maniġment tajjeb biex is-saħħa tkun indaqs għal kulħadd u sostenibbli. Disgħin fil-mija tal-pajjiżi Ewropej il-ministri u eks shadow ministers dwar is-saħħa mhux ġejjin mis-settur tas-saħħa. Taħseb li l-gvern Laburista kkopja lil Partit Nazzjonalista u fehem li biex tamministra l-qasam tas-saħħa m'għandekx bżonn tabib? Direttament fil-qasam tas-saħħa jmexxi Chris Fearne. Hawn għandna perspettiva taqbel għax il-politiku jrid imexxi l-qasam finanzjarju. Wieħed irid iżomm f 'moħħu li l-Gvern jonfoq 440 miljun ewro fis-sena għas-servizz tas-saħħa u l-poplu minn butu jonfoq 200 miljun ewro oħra fis-sena, f 'pilloli, operazzjonijiet privati, tobba privati u assigurazzjonijiet. Il-politiku jrid jara kif ngħollu l-livell tas-servizz u nonfquhom bl-aħjar mod. Ma jfissirx li tabib ma jistax ikollu maniġment tajjeb lanqas imma f 'dan il-każ il- ministru ġej mis-settur bħali. Meta qed tinvesti fis-saħħa tal-poplu qed tinvesti fl-ekonomija tal-pajjiż, għax bniedem b'saħħtu jagħtik ix- xogħol u mhux ikun piż fuq il-pajjiż. Għalhekk nemmen li għandna nżidu l-ispiża għas-saħħa. F'Malta dawk li ma jifilħux iħallsu ma jħallsu xejn. U dawk li jifilħu jħallsu wkoll ma jħallsu xejn. Dan taqbel miegħu int? Min m'għandux biex iħallas ma jħallasx taxxa allura mhux qed jitfa' xejn lanqas fil-kaxxa għas-settur tas- saħħa. Min jiflaħ iħallas qed iħallas "Il-PN ma tilifx l-elezzjoni Claudio Grech għandu 40 sena. Miżżewweġ lil Charmaine u missier Matteo Paolo ta' sitt snin u nofs u Francesca ta' 4 snin. Għandu kumpanija ta' Management Consultancy u membru Parlamentari Nazzjonalista. Kelliem għal partit dwar is- saħħa. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt