Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 illum | Ħadd 07 ta' Settembru 2014 Kummercjali Vidjo animat u umoristiku dwar is-sigurtà abbord l-Air Malta KAVALLIER animat huwa l-protagonista tal-vidjo ġdid tal-Air Malta dwar is-sigurtà waqt it-titjiriet. Dan il-vidjo ġie mniedi riċentament abbord il-flotot tal-ajruplani Airbus A320 u A319 tal-linja tal-ajru. B'konformità ma' linji tal- ajru internazzjonali oħrajn, l-Air Malta bidlet il-vidjo dwar is-sigurtà abbord li tuża s-soltu sabiex minfloku bdiet turi filmat aktar kreattiv sabiex tgħarraf lill-passiġġieri dwar is-sigurtà abbord l-ajruplani tagħha. "Is-sigurtà hija l-prijorità ewlenija tagħna. Din is-sena ddeċidejna li nagħtu dehra ġdida lill-vidjo tas-sigurtà tagħna sabiex nagħmluh aktar attraenti u divertenti għall-udjenza, billi tajnieh ton aktar pjaċevoli. Bl-użu ta' karattru kariżmatiku fir-rwol ta' Kavallier ta' San Ġwann, aħna stajna nkomplu nsegwu l-enfasi tal-Air Malta li ssir il-linja tal-ajru tad-destinazzjoni, kif ukoll ambaxxatriċi u gwida għal dak li għandhom x'joffru l-gżejjer Maltin, filwaqt li nkomplu nenfasizzaw element ieħor tal-patrimonju Malti," qal il-Kap Uffiċjal tal- CargoSystems u tal-Ekwipaġġ, Manuel Agius. Il-vidjo huwa mmirat biex jgħarraf lill-passiġġieri abbord it-titjiriet tal-Air Malta dwar il-karatteristiċi tas-sigurtà tal- ajruplani. Il-kavallier, imlibbes b'armatura kulur il-fidda, jgħaddi mill-proċeduri kollha li jiżguraw is-sigurtà abbord. Il-kavallier l-ewwel juri proċeduri ta' sigurtà bażiċi li jispjegaw fejn u kif għandhom jitqiegħdu l-bagalji u kif il-passiġġieri għandhom jaqflu ċ-ċinturini tas-sigurtà. Il-vidjo mbagħad ikompli b'aktar informazzjoni dwar x'għandhom jagħmlu l-passiġġieri f 'każ ta' emerġenza, indikazzjoni tal-postijiet għall-ħruġ f 'każ ta' emerġenza u kif għandhom jintużaw il-ġkieket tas-salvataġġ u l-maskri tal- ossiġnu. Il-vidjo jinkludi wkoll ir- regolamenti li ġew approvati riċentament mill-Air Malta li jippermettu lill-passiġġieri jħallu t-telefons ċellulari u t-tablets tagħhom mixgħulin fuq flight mode matul il-ħin kollu tat-titjira. Il-vidjo dwar is-sigurtà waqt it-titjira abbord l-ajruplan Airbus A319 jista' jiġi segwit hawnhekk: https://www.youtube.com/ watch?v=PjjfdOCA3_Q Il-vidjo għandu Kavallier bħala protagonist u omm u iben li jkunu bilqiegħda maġenbu fuq l-ajruplan Middlesea torganizza logħba ta' strateġija għall-Aġenti u Brokers Jingħataw leave biex jagħmlu l-karità MIDDLESEA Insurance plc f 'kollaborazzjoni ma' Fundación MAPFRE organizzat logħba ta' strateġija tan-negozju maħluqa minn MAPFRE bl-isem ta' Business Game MAPFRE (bugaMAP). L-attività ġiet immexxija minn Felipe Navarro minn MAPFRE Vida, li hu wkoll membru tal-Bord tad- Diretturi tal-Middlesea Insurance. BugaMAP hi logħba kompjuterizzata li timita l-amministrazzjoni ta' kumpanija tal-assigurazzjoni, hekk kif tħalli lill-parteċipanti jieħdu deċiżjonijiet dwar aspetti kemm tekniċi kif ukoll finanzjarji. Din l-inizzjattiva kienet possibbli permezz tas- sinerġiji u l-esperjenza miksuba minn Middlesea wara li saret tifforma parti mill-grupp globali MAPFRE f 'Lulju 2011. Il-Middlesea Insurance p.l.c. hi awtorizzata mill-Awtorità ta' Malta għal Servizzi Finanzjarji biex tmexxi Negozju kemm għat-Tul u kemm Ġenerali taħt l-Att tal-1998 dwar Negozju ta' Assigurazzjoni. BIEX tfakkar l-10 anniversarju minn meta saret kumpanija, l-impjegati ta' Atlas Group ingħataw jumejn żejda leave, biex jintużaw waqt xogħol volontarju ma' organizzazzjoni tal- karità tal-għażla tagħhom. Din tħabbret waqt it-tieni edizzjoni ta' Atlas Day, ġurnata sħiħa ddedikata għat-taħriġ u żvilupp tal- impjegati. Din l-attività ġiet segwita mill-BBQ annwali tal-Atlas Group, fejn lill-ħaddiema ngħataw l-opportunità li jgawdu l-kumplament tal-ġurnata f 'atmosfera rilassanti. "Parti mill-viżjoni tal- kumpanija tagħna hi li naħdmu wkoll għal skopijiet lil hinn mill-profitt. Għalhekk inħossu li din l-inizjattiva qed timxi f 'din id-direzzjoni, billi nagħtu xi ħaġa lura lill-komunità u ngħinu lil dawk li għandhom bżonn l-appoġġ tagħna," qal Michael Gatt, is-CEO ta' Atlas Group. Avolja Atlas ilha kumpanija għaxar snin, l-istorja tmur lura ħafna iktar. Huwa mifhum li l-kumpaniji preċedenti li llum jifformaw Atlas Group, kienu diġà qed joperaw bejn l-aħħar tas- seklu tmintax u l-bidu tas- seklu li għadda. Iżda l-ewwel evidenza dokumentata tmur lura għal bidu tas- seklu dsatax, meta t-tliet kumpaniji oriġinali ngħataw l-aġenziji ta' kumpaniji tal- assigurazzjoni Ingliżi f 'Malta. Matul is-snin, dawn il- kumpaniji ngħaqdu u ġiet stabbilita Atlas Group, b'Atlas Insurance PCC Ltd bħala l-kumpanija prinċipali, kif ukoll Atlas Healthcare Agency Ltd, Ark Insurance Brokers, Ark Insurance Management PCC Ltd u Jesmond Mizzi Financial Advisors Ltd. Felipe Navarro minn MAPFRE Vida Biex ifakkru l-10 snin anniversarju l-ħaddiema ngħataw jumejn żejda leave

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014