Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 illum Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 SPORTSillum Sena mill-aqwa għal Danica WARA kważi sentejn ta' preparazzjoni, waslu l-Logħob tal- 'Commonwealth'. Fost atleti oħra Danica Bonello Spiteri kellha l-unur li tirrappreżenta lil Malta ġo dawn il-logħob ta' livell għoli, ġewwa Glasgow, l-Iskozja. It-triathlon tan-nisa kienet l-ewwel avveniment fil-programm fejn l-atleti kellhom jgħumu 1.5km, jaqdfu 40km bir- rota u jiġru 10km. Ir-rotta tar-rota u l-ġirja kienu ferm iebsin peress li kien hemm it-tidwir u t-tlajja'. Madwar 30 atleta bdew it-tellieqa bl-għawma li bdiet b'pass mgħaġġel ħafna. Kienet diffiċli biex Danica żżomm mal- grupp ta' quddiem. Bdiet ir-rota waħedha, waqt li kien hemm atleti oħrajn li kienu ġo grupp quddiemha. Dan ifisser li hi ma setgħetx tibbenifika minn 'drafting', fejn l-atleti jaħdmu flimkien fuq ir-rota biex ikollhom pass iktar mgħaġġel, allura l-atleti ta' quddiemha fetħu distakk ikbar fuq ir-rota. Fit-tieni nofs tar-rota irnexxielha taħdem ftit m'atleta tal-Mauritius, li kienet anki ħadet sehem fl-Olimpjadi ta' Londra fl-2012. Kien hemm diversi atleti li ġew imwaqqfa mill-ġurija waqt ir-rota, peress li dawn ikunu 'lapped' (meta l-ewwel atleta tkun laħqet l-aħħar atleta f 'waħda mill-ħames dawriet tar-rotta fuq ir-rota). Danica bdiet il-ġirja mal-atleta tal-Mauritius u saqajha kienu diġà għajjenin, iżda tant kemm kien hemm appoġġ, li xorta għamlet ħilitha biex tiġri tajjeb. Irnexxielha tispiċċa t-tellieqa fil-15-il post. Saret taf li 16-il atleta biss setgħu jispiċċaw it-tellieqa, għal diversi raġunijiet. Minn dawk is-16, Danica kienet l-unika atleta li ma titħarriġx fuq bażi professjonali. L-atleti professjonali jitħarrġu fit-triathlon 'full time', fejn saħansitra jagħmlu 35 siegħa ta' taħriġ intensiv u jiddependu fuq 'sponsors' u 'funding' mill-pajjiż tagħhom. Danica, mill-banda l-oħra taħdem full time, bħala tabiba tal-isport u l-eżerċizzju, u ma tibbenifikax minn sponsorships. Danica tipprova titħarreġ qabel u wara x-xogħol. Dan ifisser li ma tantx ikollha ħin liberu għaliha, iżda tieħu gost tagħmel dak li tagħmel. Wara l-avventura tal-logħob tal- 'Commonwealth' ġewwa Glasgow, kienet taf li kien se jkun hemm perjodu fejn il-motivazzjoni li tkompli titħarreġ kienet se tbatti, allura kellha tfittex kompetizzjoni oħra biex tgħinha tegħleb din l-emozzjoni. L-ewwel tellieqa kienet li tikkompeti fil- kampjonat nazzjonali tal-Ingilterra, fil-kategorija Elite. Dan fisser li Bonello Spiteri ma setgħetx taqbad u tapplika biex ittellaq, iżda riedet tibgħat profil tagħha bħala atleta, imbagħad jekk jaraw li għandha livell tajjeb, jaċċetawha f 'din it-tellieqa, peress li hemm 40 atleta biss li jistgħu jtellqu. It-tellieqa saret f 'Liverpool f 'kundizzjonijiet mill-agħar. Kien hemm il-bard, xita u saħansitra riħ qawwi, li intant, it-tellieqa tal-irġiel li kellha sseħħ wara tan-nisa ġiet ikkanċellata minħabba l-urugan Bertha li laqat ix-xtut ta' Liverpool. It-tellieqa tan-nisa bdiet b'għawma ġo Alberta Docks, b'ritmu mgħaġġel ħafna, iżda għamlet sforz li tibqa' ġo grupp. Kif ħarġet mill-ilma u ħarġet fuq ir-rota, rnexxielha tidħol ġo grupp tajjeb ħafna ta' tfajliet li s-soltu jgħadduha b'ċertu distakk fl-għawma. Dan taha ħafna kuraġġ biex taqdef u tibqa' fil-grupp, avolja kien hemm ħafna qilla tar-riħ li kien qed jiżdied bis-sekondi. Ħassitha tajba ħafna, iżda kellha tirtira mit-tellieqa minħabba li kellha puncture fir-rota ta' quddiem. Iddispjaċiha ħafna, għax kieku kompliet kienet tidħol f 'xi l-għaxar post. Iżda f 'dan l-isport, hemm affarijiet li mhumiex fil-kontroll tal-atleta. Din kienet l-ewwel triathlon li qatt kellha tirtira minnha, fi kważi 20 sena ta' kompetizzjonijiet. F'nofs Awwissu Danica kellha xewqa oħra li rnexxielha twettaq. Mis-sena l-oħra hija kienet ilha taqra fuq il-'cross triathlon'. Dan huwa sport differenti ħafna mit-triathlon normali, li jinvolvi għawma, rota fuq il-mountain bike, u ġirja. Id-differenza kbira hi li din it-tellieqa sseħħ fuq terran off-road u tinkludi ħafna ostakli, kemm fuq ir-rota kif ukoll fil-ġirja, allura anki r-rota, żraben tar-rota u tal-ġiri huma differenti. Hemm ħafna teknika fiha ta' kif titla' tlajja' bir-rota fuq il-ġebel, kif tiġri bir-rota fejn it-terran ma jippermettix li taqdifha minħabba d-diffikultà ta' ostakli jew jekk it- telgħa tkun wieqfa żżejjed. Il-ġirja tinkludi terran fit-tajn, ilma, ħaxix, ċagħaq u ramel. Din it-tip ta' tellieqa jisimha 'Xterra' u hija popolari ħafna, speċjalment fl-Amerka. "Ivvjaġġajt sal-Ġermanja, f 'post ċkejken jismu Zittau, biex nieħu sehem fl-ewwel tellieqa tiegħi tal-'cross triathlon', li kienet ukoll Kampjonat Mondjali, kif ukoll tellieqa tal-Xterra. Meta mort fil-post u bdejt nara partijiet mir-rotta ħassejtni qisni qatt m'għamilt tellieqa f 'ħajti meta ndunajt "Ħadet it-titlu ta' Kampjonessa Mondjali"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014