Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804
Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 | illum 13 ħafna taxxa li minnha l-Gvern qed juża għas-saħħa. Mela min jiflaħ iħallas qed iħallas għas-saħħa. Dan il-gvern bidel il-Ministru tas-Saħħa. Iżda apparti l-bidla tal-ministru bidel iżjed mill- amministrazzjoni ta' qabel? Godfrey Farrugia ħallas il-prezz tal-wegħdiet li ma setax iżomm, bħal-listi ta' stennija u pilloli out of stock. Ħallas ta' road map li ma kienx hemm. Ħallas għal kollezzjoni ta' wegħdiet populisti. Godfrey kien ġenwin. Kien hemm problema ta' tmexxija. Il-wegħda tal- meritokrazija nbidlet li tpoġġew nies inkompetenti u mingħajr esperjenzi u din saret across the board fis-settur tas-saħħa. Iva tpoġġew nies li kienu lesti jagħtu qalbhom iżda ma kinux kompetenti u fis-saħħa ma tistax tieħu dan ir-riskju. Staqsejtni x'inbidel u nwieġbek mingħajr tlaqliq. Inbidel il-mod kif jikkomunikaw mal-mezzi tax- xandir. Listi ta' stennija, ħin ta' stennija fl-emerġenza, pilloli out of stock u l-mod kif qed jitmexxa l-isptar Monte Carmeli għadhom ma nbidlux. Ma narax bidliet li ssarrfu f 'riżultati. Iżda fil-preżent qed isiru operazzjonijiet f 'ħinijiet li qabel ma kinux isiru u anke l-Ħdud u dan naqqas il-lista ta' stennija? Veru dan? Dan il-gvern seta' jagħmel dan grazzi tal-qbil kollettiv li lħaqna aħna mat-tobba qabel l-elezzjoni. B'dak il-qbil fejn it-tobba ħadu anke żidiet il-gvern seta' jestendi l-ħinijiet tagħhom. Min-naħa tagħna ġie ffirmat tard u dan il-gvern sabu lest. Għamel sew il-gvern li uża l-għodda li ħallejnielu. Iżda xorta ma nemminx li qed jgħaġġel biżżejjed. Infakkar li l-gvern dejjem għandu l-arloġġ jaħdem kontrieh. Li kellek tkun ministru bħalissa timxi fuq ir-rapport ta' Dalli? Dalli kien Ministru tas-Saħħa għal sentejn. Ir-riforma primarja ġiet varata taħtu. Għandu perspettiva ekonomika li ma tistax tiġi injorata. Meta ħareġ ir-rapport il-Gvern Laburista ppolitiċizzah. Użah biex jattakka lill-amministrazzjoni ta' qabel u wara li ħareġ ir-rapport il-gvern qal li dak kien ir-rapport ta' Dalli u mhux tiegħu. Sal-lum il- Gvern għadu ma qalx jaqbilx miegħu jew le nkella fejn jaqbel u ma jaqbilx. L-unika entità li ppubblika stqarrija dwar ir-rapport ta' Dalli hu l-PN fejn jien ktibt madwar sitt faċċati fejn elenkajt seba' punti li aħna naqblu magħhom u elenkajna d-diverġenzi tagħna. Bħalissa l-Partit Nazzjonalista qed isemma leħnu favur il-volontarjat. Għaliex il-gvern għandu jibbaża fuq il-karità fejn tidħol saħħa? Teżisti differenza bejn karità u volontarjat. Karità meta persuna jkollu bżonn xi tip ta' kura li ma jaffordjax u jmur għall-għajnuna għand xi organizzazzjoni. Volontarjat hu differenti. Il- volontarjat hemm bżonnu bħal SOS Malta, Knights of St John eċċ. Wasal iż-żmien li nirrikonoxxu lil dawn il-volontarjati li mingħajrhom il- pajjiż ikollu xi ħaġa nieqsa. Hemm bżonn qafas leġislattiv biex dawn jingħataw għodda u flus biex jistgħu jagħmlu x-xogħol siewi tagħhom u biex isostnu lilhom infushom. Jekk ix-xogħol li jagħmlu dawn ma jsirx ikollu jagħmlu l-istat u li jiswielu ħafna iżjed. Irridu nieħdu bis-serjetà wkoll il-kura informali. Dawk in-nies li jieħdu ħsieb lil ġenituri tagħhom fid-djar tagħhom u jikkuraw lil dawn in-nies u jnaqqsu mill-piż tal-istat li jrid iżommhom f 'home. Dawn jagħtu ħinhom biex jagħmlu dan u rridu niffaċilitawlhom ħajjithom biex ikomplu jagħmlu dan. Hawn diversi infermiera u carers ma' kuntratturi privati. Ma taħsibx li jkun aħjar kieku kollha jkunu impjegati mill-gvern? Li jinkwetani mhux għax jaħdmu ma' kuntratturi għax m'hemm xejn ħażin billi jkun hemm taħlita li jaħdmu mal-privat u mal-gvern. Li jinkwetani hu l-fatt li dawn l-infermiera jew carers jaħdmu fl- istess sala, jagħmlu l-istess xogħol u jitħallsu differenti. Tal-privat jitħallsu inqas u dan jinkwetani u din trid titranġa. Illum is-saħħa f 'Għawdex taqa' taħt il-Ministeru tas-Saħħa u mhux taħt il-Ministeru ta' Għawdex. Jekk il-PN ikun fil-gvern jerġa' jpoġġi dan il-qasam fid-dekasteru ta' Għawdex? Amministrazzjoni Għawdxija għandha l-polz tan-nies f 'Għawdex. Għalhekk ma tistax taqta' l-kappa tas-saħħa minn taħt il-ministeru. L-operat tal-isptar għandu jkun immexxi mill-ministeru ta' Għawdex filwaqt li s-servizzi u l-infrastruttura għandha taqa' taħt il-Ministeru tas-Saħħa. Ma naqbilx ma' amministrazzjoni post kolonjali li politikament nindirizzaw ministeru għalih u ieħor le. L-aħbar dwar il-materjal ħażin li ntuża biex inbniet l-istruttura tal- binja tal-emerġenza ta' Mater Dei x'tikkummenta fuqha? Aħna nemmnu li kull dikjarazzjoni jew allegazzjoni b'rabta ma' din il- materja għandha tiġi diskussa f 'livell parlamentari, anke minħabba l-fatt li fil-binja, ta' kuljum, ikun hemm mijiet jew mhux eluf ta' pazjenti, qraba tagħhom, kif ukoll infermieri, tobba u mpjegati oħra. Is-saħħa u s-sigurtà ta' dawn il-persuni għandha tingħata prijorità assoluta. Int tagħti l-paga tiegħek parlamentari għal fondazzjoni li tmexxi int? Ma taħsibx li qed tagħti impressjoni hemm barra li bħala membru parlamentari għandek ħafna xi troxx? M'għandix minn xiex nistħi ngħid kemm naqla' flus. Jien niddikjara l-qliegħ tiegħi pubblikament u dak li naqla' naħdem għalih. Li nagħti l-paga tiegħi netta (jiġifieri madwar €1,100 fix-xahar) lil fondazzjoni 'Save a Life' mhix gimmick tal-flus. Din hi fondazzjoni li tgħin lil dawk tal-ewwel distrett bi problemi soċjali kbar. Din hi fondazzjoni biex tgħin tfal u żgħażagħ minn dan id-distrett billi nedukawhom u nbegħduhom kemm nifilħu mill-problemi soċjali li l-ewwel distrett hu l-aktar distrett li għandu każi soċjali u assenteiżmu mill-iskejjel. Hu obbligu tiegħi bħala politiku li nitla' minn dan id-distrett li ngħin kif nista' u kemm nista' lil dawn in-nies li wrew fiduċja fija. Int wieħed mill-uċuħ ġodda tal-partit. Ħafna qed juru fiduċja fik. Tikkunsidra li forsi tkun parti mit-tmexxija wara l-elezzjoni li ġejja? U taħseb li l-partit irid jibdel l-atteġġjament tiegħu biex jerġa' jirbaħ il-fiduċja tal-poplu? Kuntent bir-rwol li għandi u nħossni privileġġjat li nirrappreżenta lil kostitwenti tiegħi fejn qed nitgħallem il-verità tal-ħajja. Se naħdem bis-sħiħ biex nibdel il- mentalità ta' dawk li qed jaċċettaw li l-elezzjoni li jmiss se nitilfuha żgur. Irrid inkun f 'partit li nisfidaw l-elezzjoni li jmiss biex nirbħuha. Biex nirbħu lin-nies lura, l-ewwel irridu naċċettaw ir-riżultat tat- telfa għax qed nagħtu impressjoni li m'aċċettajnihiex. Ma rridux neħduha b'offiża li n-nies dakinhar għażlu li jneħħuna mill-poter. Hu żball kbir li nantagonizzaw lil min ma vvutalniex għax ngħidu li ma fehmniex. Dawk bagħtulna messaġġ. Bħala oppożizzjoni rridu nkunu waħda effettiva leali lejn il-pajjiż u mhux distruttiva bħalma kienet l-oppożizzjoni Laburista li ħalliehom 25 sena 'l bogħod mill-gvern. Bħala prijorità rridu nattakkaw il- politika u mhux lil persuna u rridu nirrispettaw lill-parti l-oħra. Jgħidu li hemm frazzjonijiet b'ideali differenti fil-PN. Għaliex le? Dak hu s-sabiħ fil-partit Nazzjonalista li hemm diversità ta' perspettivi. Irridu nibnu fuq it-tajjeb li għandna u għandna ħafna tajjeb u l-PN għamel ħafna ġid. Żbalji għamilna wkoll. Imma llum kollox perfett? l-elezzjoni li jmiss" "Jien niddikjara l-qliegħ tiegħi pubblikament u dak li naqla' naħdem għalih" "Irrid inkun f 'partit li nisfidaw l-elezzjoni li jmiss biex nirbħuha" - Claudio Grech