Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 illum Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 SPORTSillum ĦADD ma kellu dubju mill-potenzjal ta' Dobre u Raducu fix-xena tal-futsal iżda ftit tal-jiem ilu t-tliet Rumeni l-oħra Tony Safar, Andrea Dan u Adrian Panzaru spiċċaw biex kienu l-protagonisti fir-rebħa taċ-Champions Maltin tal-Futsal, Balzan, kontra Kobenhavn, tad-Danimarka. L-iktar Tony Safar u Adrian Panzaru li bl-esperjenza tagħhom għenu bil-kbir f 'din ir-rebħa li ġiet immaturata gradwalment wara bidu perfett b'sistema li pprepara Dobre. Safar skorja żewġ gowls iżda ma ġiex innutat biss għall- gowls li skorja għaliex kien determinanti fil-kostruzzjoni ta' kull azzjoni meta kien fil-court. Panzaru min-naħa tiegħu kien sod u dejjem ta assists perfetti u meta kellu ċ-ċans qabeż lill-avversarji. L-avversarji Champions Daniżi mhumiex fil-livell ta' Alumnus iżda xejn ma jnaqqas mill-mertu ta' din ir-rebħa li tat garanzija lil Balzan li jispiċċaw it-tieni fi Grupp F ta' din il-fażi preliminari. Emil Raducu fetaħ l-iscore wara erba' minuti wara li rċieva mingħand Dobre għal 1-0 u wara gowl mill- isbaħ ta' Tony Safar wara set piece minn korner ta' Raducu. Balzan kellhom żewġ okkażjonijiet oħra fejn setgħu kabbru l-iskor iżda Marev u Dan fallew rispettivament meta laqa' l-goalkeeper Grauland. It-3-0 wasal minn xutt potenti ta' Dobre b'kunfidenza liema bħala. Ma' dan il-vantaġġ daħlu jilagħbu Glenn Bonello, Carlos Scicluna, Boycho Marev (li kien daħal ftit qabel) u Andre Dan, fejn dawn kellhom ħinijiet twal fil-court jilagħbu tajjeb. Wara ftit ħin mill-ftuħ tat- tieni taqsima Dobre daħħal jilgħab lil Farrugia flok il-goalkeeper Xerxen bil- goalkeeper ta' Gudja FC ma jfallix ballun u kien perfett kull meta ddaħħal jilgħab bis- sieq matul il-logħba. Farrugia wettaq żewġ saves tajbin ukoll meta d-Daniżi tefgħu kollox fuq l-attakk. Fi-tieni taqsima Balzan għalqu l-logħba permezz ta' goal ta' Safar minn kontrattakk u dan wara għamilhom 5-0 meta l-avversarji bdew jilagħbu bil-flying keeper u nqabdu fuq sieq waħda. Bil-moral għoli u daqsxejn rilassament id-Daniżi skorjaw tliet darbiet permezz ta' Clifford darbtejn u Caridad kollha meta huma bdew jilagħbu bil-flying keeper. Tmiem il-partita ġab ferħ u sodisfazzjon mill-kontingent ta' Balzan u mill-partitarji li telgħu f 'Zagreb għal din il- kompetizzjoni. Formazzjonijiet: Balzan FC: N. Farrugia, M. Xerxen, G. Dobre, G. Sammut, B. Marev, M. Zammit, A. Dan, A. Panzaru, C. Scicluna, E. Raducu, T.Safar, Z.Anicic, N.Del Re, G.Bonello Kobenhavn: E. Graulund (GK), B. Benarb, N. Christensen, I. Al-Faour, N. Cobus Ullvius, M. Ajanne, C.Cliford, N. Kongsbrig, J.Bothman, J. Sanz Caridad, L. Jensen, C Haberrecht (GK), J. Berlin, M. Findlen L-Inter Club Malta jiċċelebra s-36 anniversarju tiegħu Balzan FC Futsal jagħmlu isem għal pajjiżna l-Kroazja Balzan FC Futsal jiksbu suċċess l-Kroazja DAN l-aħħar l-Inter Club Malta ċċelebra s-36 sena mit-twaqqif tiegħu. Fil- fatt l-Inter Club Malta kien twaqqaf nhar it-18 t'Awwissu 1978 miż-żewġ fundaturi Joe Bugelli u Lawrence Cutajar. Wara 36 sena, il-klabb kiber għal wieħed mill-aqwa klabbs tal-Inter fid-dinja fejn mhux biss għandu numru mdaqqas ta' membri iżda wkoll għandu post bi tlett iswali fejn wieħed jista' jiltaqa' biex jara l-logħob tal-Inter. Bħalma jagħmel kull sena waqt il-festin ta' din l-okkażjoni, il-kumitat jippremja lil dak il-membru li jkun iddistingwa ruħu iktar mill-membri l-oħra. Għal din is-sena l-għażla waqgħet fuq Alex Cutajar mill-Mellieħa. Alex ta' kull sena jlaqqa' għandu fl-istabbiliment tiegħu, Square Bar, il-membri li jiġu minn naħa ta' fuq ta' Malta biex jinkitbu membri mal-Inter Club Malta u jieħu wkoll l-inkarigu li jqassmilhom il-materjal li jingħata lil kull membru mħallas. F'din l-okkażjoni jiġu wkoll ippremjati nies distinti li jgħinu b'xi mod lill-istess klabb fejn fuq quddiem ikun hemm dejjem l-attur u l-producer John Suda. L-Inter Club Malta jixtieq ifakkar li wieħed jista' jinkiteb membru billi jżur il-klabb ġewwa Triq Salvinu Spiteri, Santa Venera jew iniżżel il-formola tas-sħubija mis-sit www.interclubmalta.com Il-President John Zammit jidher imkien ma' sħabu tal-kumitat, jaqsmu l-kejk tal-okkażjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014