Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804
Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 | illum 31 SPORTSillum ta' dan l-isport tant sabiħ. Ftit ftit il-badminton jidher li qiegħed jerġa' jieħu l-ħajja. X'hemm jistenniek fil-futur sportiv tiegħek? L-istaġun li jmiss se jkun kemxejn differenti għalija għaliex wara ħafna snin iddeċidejt li nieqaf nilgħab ma' Birkirkara Badminton Club. Din kienet deċiżjoni iebsa ħafna għalija, għaliex kont ili nilgħab ma' Birkirkara minn tfuliti, u kien hemm membri li tista' tgħid trabbejna flimkien. Iżda nemmen li, biex dan l-isport ikompli jikber, hemm bżonn ta' iktar klabbs f 'pajjiżna biex tiżdied il-kompetizzjoni u b'hekk il-livell ikompli jogħla. Flimkien ma' grupp ta' plejers oħra, iddeċidejna li niffurmaw klabb tal-badminton ġdid. Għalhekk ingħaqadna ma' Luxol Sports Club li mill-ewwel offrewlna l-għajnuna tagħhom biex dan il-ħsieb jitwettaq. Nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil Joe Tanti u Paul Falzon tal-għajnuna li qed jagħtuna. Is-sena d-dieħla se nieħu l-irwol ta' plejer-kowċ ta' Luxol Badminton Club. Ovvjament, xorta se nibqa' nikkompeti u nagħmel ħilti biex nikseb iktar suċċessi, iżda ħa nkun qed nagħmel l-almu tiegħi biex nipprova ngħaddi dak li tgħallimt lill-plejers tal-klabb il-ġdid tiegħi. Tixtieq tagħmel xi ringrazzjament lil xi ħadd partikolari? Nixtieq nieħu din l-opportunità biex l-ewwel nett nirringrazzja lil Alla għat-talent li tani, kif ukoll lil diversi nies li għenuni nasal fejn qiegħed illum. L-ewwel u qabel kollox lill-ġenituri tiegħi li dejjem sibt għajnuna u inkoraġġiment mingħandhom mindu kont żgħir. Nirringrazzja wkoll lill-mara tiegħi li tieħu paċenzja kbira bija minħabba fil-passjoni li għandi għal dan l-isport. Ringrazzjament speċjali jmur għall-kowċis kollha li kelli tul il-karriera kif ukoll għal Badminton Malta, il-Kunsill Malti għall-iSport, u l-Kumitat Olimpiku Malti għax-xogħol siewi tagħhom fil-qasam sportiv. Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lill-plejers kollha li xi darba kelli x-xorti nilgħab magħhom – kull wieħed u waħda minnhom għenuni b'xi mod jew ieħor insir il-plejer li jien illum. Twieled s-7 ta' Diċembru 1981 f'Tal-Pietà Rebaħ it-titlu ta' Men's Singles għal seba' darbiet, tal-Men's Doubles għal għaxar darbiet, il-Mixed Doubles għal seba' darbiet, u t-triple crown erba' darbiet Fl-aħħar sena kien il-Media Ocer ta' Badminton Malta Wara diversi snin jilgħab ma' Birkirkara Badminton Club, matul l-istaġun li jmiss se jieħu l-irwol ta' plejer-kowċ mal-klabb ġdid, Luxol Badminton Club Stefan Salomone "Flimkien ma' grupp ta' plejers oħra, iddeċidejna li niffurmaw klabb tal- badminton ġdid" enormi fil-badminton Ritratt: Ray Attard