Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 | illum 5 wara li żgurajnihom li nneħħu kull sinjal li nwaħħlu!" "Se tkun diffiċli ħafna għaċ- ċiklisti" kompliet Vanessa "hekk kif dawn ikunu jeħtieġu xi tip ta' distrazzjoni li taljenahom waqt li jkunu qed jaqdfu u li se jkunu bla mużika se tkompli twebbes din l-isfida." L-itwal ġurnata se tkun ta' 273 kilometru, ir-rekord ta' LifeCycle, madwar 14-il siegħa fuq ir-rota. "Immaġina tagħmel dan tħares lejn dahar iċ-ċiklist ta' quddiemek biss." L-isfida tal-LifeCycle qed tiġi sponsorjata mill-kumpanija tal-farmaċewtika Actavis. Din l-isfida hija klassifikata bħala waħda mill-itqal sfidi fid-dinja. Ir-rotta hija waħda ħarxa fejn iċ-ċiklisti jaqdfu medja ta' 200 kilometru kuljum fuq artijiet li joffru ostaklu kbir għaċ-ċiklisti. Kull parteċipant irid jiġbor ammont ta' flus qabel ma jitħalla jipparteċipa. Dawn il-flus jiġbruhom permezz ta' attivitajiet u billi jsibu sponsors għalihom ukoll. Jiġifieri dawn iċ-ċiklisti, minbarra l-ħajja personali tagħhom, ix-xogħol u t-taħriġ għall-isfida, jkollhom jiddedikaw ħin li fih jiġbru finanzi għal din il-kawża ġusta. Qabel ma waslet din il-ġurnata mistennija, iċ-ċiklisti kienu qed jagħmlu taħriġ ta' tmien sigħat kuljum bi tħejjija għal 200 kilometru li se jaqdfu ta' kuljum fil-Ġappun. L-Università ta' Malta bdiet programm ta' riċerka mifrux fuq sentejn mis-€70,000 mogħtija mill-fondazzjoni tal-LifeCycle. Din ir-riċerka se tiffoka fuq il-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament tal- mard tal-kliewi sabiex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja. Ir-riċerka se ssir f 'kollaborazzjoni mal-isptar Mater Dei u se tinkludi erba' riċerkaturi. Fil-poster li hawn f 'dan il-feature wieħed jista' jsib in- numri fejn għandu jċempel jew jibgħat id-donazzjoni tiegħu. 1999/2000 4 magni tal-kliewi (Lm10,000 kull magna) 3 magni Automated Peritoneal Dialysis (APD) (Lm5,000 kull magna) 2000/2001 Sistema ta' arja kkundizzjonata għar-Renal Unit (Lm8,000) Donazzjoni ta' flus fuq xiri ta' Haemodialysis Reverse Osmosis Plant 2002/2003 6 magni tal-kliewi (Lm10,000 kull waħda) 3 APD Machines (Lm5,000 kull waħda) 2003/2004 1 magna tal-kliewi (Lm10,000) 1 Dialysis Couch Irranġar u tkabbir tar-Renal Unit (Lm15,000) 9 APD Machines (Lm5,000 kull waħda) 2004/2005 14 APD Machines (Lm5,000 kull waħda) Magna tal-kliewi (Lm10,000) Aloka Ultrasound Machine Portable Site Rite Vascular Ultrasound Machine 2005/2006 4 magni tal-kliewi (Lm10,000 kull waħda) 1 Cycling exercise machine 2 Couches 1 Hoist 2006/2007 4 magni tal-kliewi 1 Patient Hoist b'miżien bil-monitor 2 couches bil-miżien 1 cycling machine 2007/2008 5 home choice machines Wheelchair scale Dialysis cycling machine 2 crit-line monitors Multi-parameter water analysis photometer Non-invasive haemoglobin reader 2008/2009 7 LCD għar-Renal Unit Pellegrinaġġ għal Lourdes għal pazjenti tar-Renal Unit Ħruġ għal pazjenti tal-unit 2009/2010 5 home choice machines Pellegrinaġġ għal Lourdes għal pazjenti tar-Renal Unit Appoġġ għat-Transplant Support Group Ħruġ għal pazjenti tar-Renal Unit 2010/2011 Pellegrinaġġ għal Lourdes għal pazjenti tar-Renal Unit Roti ta' ġewwi għal-LifeCycle club Inħatar dietista konsulent biex jikkonsulenta l-pazjenti Ħruġ għal pazjenti Tħejjija għal fond ta' riċerka Magna tad-dialysis li taħdem 24 siegħa kuljum għal pazjenti 2011/2012 Għajnuna lid-dietista bħala konsulent għal pazjenti tar-Renal Unit. Il-frott tal-LifeCycle Challenge mill-1999 'l hawn "Se tkun diffiċli ħafna għaċ-ċiklisti" Uħud mill-parteċipanti jiltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Ġappun titlaq illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014