Illum previous editions

illum 21 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 SPORTSillum LATLETA ewlenija Maltija tat-triple jump u mhux biss, Rebecca Sare' tinsab ferm determinata li tkompli tikseb suċċess wara l-ieħor fi ftuħ ta' staġun ieħor tal-atletika. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Sare' nnifisha fejn talabha l-kummenti tagħha rigward kif qed tħares lejn dan l-istaġun il-ġdid. "L-aħħar staġun kien l-aqwa staġun li kelli s'issa fl-atletika. L-għan mill-bidu nett kien li ntejjeb ir-rekord nazzjonali tat-triple jump. Flimkien mal- kowċ tiegħi ħdimna iktar fuq il-veloċità matul dan l-aħħar staġun, biex b'hekk inkun nista' ntejjeb l-kwalità tal-qabża tiegħi. Nista' ngħid li din it-tattika fetħitli bosta bibien ġodda, dan għaliex irnexxieli ntejjeb il-ħin tiegħi kemm fis-60 metru – fejn irreġistrajt l-aħjar ħin lokali tal- istaġun flimkien ma' Rachel Fitz (7.85 sekondi), kif ukoll tejjibt il-ħin personali tal-100 metru (12.35 sekondi). B'din tal-aħħar irnexxieli nassigura posti fit-tim tar-relay tan-nisa fil-Logħob tal- Commonwealth li saru ġewwa Glasgow. L-esperjenza fil-Logħob tal-Commonwealth kienet esperjenza li qabel kont naraha biss fil-ħolm, però saret realtà. Il-fatt li tqatta' ġimagħtejn tgħix u torqod fl-istess villaġġ, u tiekol ħdejn l-aqwa atleti tad-dinja tagħmilha diġà esperjenza unika fiha nnifisha. Fil-kompetizzjoni tat-triple jump ċerti wċuħ tal- kompetituri kienu diġà familjari għax kont iltqajt magħhom fil-Logħob tal-Universitajiet f 'Kazan fl-2013. Oħrajn kienu familjari għax kienu diġà xi champion tad-dinja f 'xi kampjonati tal-atletika, jiġifieri huwa diġà sodisfazzjon kbir li rnexxieli nkun parti minn dil-kompetizzjoni flimkien ma' atleti ferm stabbiliti. Il-kompetizzjoni tal- Commonwealth, temmet l-istaġun tiegħi tal-2014. Sodisfatta ħafna li rnexxieli nagħlqu b'rekord nazzjonali tat-triple jump, kif ukoll bl-iktar ġirja importanti f 'ħajti waqt il-heats tal-4x100m flimkien ma' Rebecca, Diane, u Rachel. Bla dubju ta' xejn, esperjenza bħal din tatni iktar sens ta' motivazzjoni u determinazzjoni biex naħdem iktar għall-istaġun li ġej. Is-sajf tiegħi nista' ngħid kien daqsxejn qasir, għax wara erba' ġimgħat ta' mistrieħ għal darb'oħra bdejt bit-taħriġ. Settembru huwa x-xahar li nibdew bil-mod, bħala preparazzjoni għat-taħriġ iebes tal-pre-season. Sa Ottubru nkunu lesti biex inżidu l-'load' tagħna fit-taħriġ kif ukoll jibdew s-sezzjonijiet doppji. Dan ifisser li l-ġurnata tiegħi tibda bl-ewwel sessjoni ta' taħriġ fis-6am qabel nibda l-ġurnata tax-xogħol tiegħi, u wara x-xogħol nerġa' lura t-trakka għat-tieni sessjoni ta' taħriġ. L-istaġun tal- kompetizzjonijiet jibda fi Frar, fejn sa April nimmira li nilħaq l-MQS għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar biex b'hekk ikun baqagħli madwar sitt ġimgħat għall-aħħar preparamenti għall- kompetizzjonijiet prinċipali tal-istaġun. Minn meta kont iżgħar l-għan tiegħi minn dejjem kien wieħed – dak li dejjem intejjeb x'inkun għamilt l-istaġun ta' qabel. B'dan t-tir f 'moħħi, żgur li sa fl-aħħar nasal fejn nixtieq nasal. Bla dubju għal dan l-istaġun 2015 l-għan jibqa' l-istess. Dan ifisser li ntejjeb id-distanza nazzjonali tat-triple jump u nirreġistra ħin aktar veloċi fil-100 metru. Però l-għanijiet ewlenin tal-istaġun li ġej huma l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru ġewwa l-Iżlanda, fejn qed naspira għall-midalja oħra għal Malta, u l-Logħob Ewropew fl-Azerbaijan li se jsiru għall- ewwel darba. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-MAAA u l-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) tal- għajnuna kollha tagħhom matul dan l-aħħar staġun." Savio AC jorganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali Rebecca Sare' waqt il-Logħob tal-Commonwealth Glasgow, l-Iskozja, ftit tal-ġimgħat ilu Rebecca Sare' determinata li tkompli tikseb suċċess MINKEJJA li fl-istess żmien u li fl-istess post, l-ambitu tal-Laqgħa Ġenerali Annwali 2014 tal-klabb tal-atletika ta' Savio AC, huwa totalment differenti mill-ewwel wieħed li kien sar minn wara r-riorganizzazjoni tal-klabb propju s-sena l-oħra. F'temp ta' sena, il-grupp ta' eks studenti ta' Savio AC li bdew it-triq biex jerġgħu jqajmu l-klabb irnexxielhom iqajmu l-interess fil-klabb. Saru passi kbar 'il quddiem, kemm f 'dak li huwa użu tal-faċilitajiet fil-Kulleġġ Savio, kif ukoll biex tiġi ffurmata komunità ta' nies li tgħaqqad flimkien il- komunitajiet kollha Salesjani, filwaqt li ġġeddidhom b'membri ġodda, permezz tal- isport. Matul id-diskors tiegħu, Matthew Croker, il-president ikkonfermat ta' Savio AC, spjega kif il-klabb qiegħed jikkontribwixxi lejn it-trawwim ta' interess mill-ġdid lejn l-atletika, b'mod partikolari lejn ir-Road Running, permezz ta' attivitajiet organizzati mill-istess klabb bħalma huma r-Round Malta Relay u t-tiġrija tal-10km f 'Ħad-Dingli. Xi ħaġa ġdida għax-xena atletika Maltija hi s-sħubija bejn La Salle AC, Athletix Gozo u Savio AC li ġiet imħabbra f 'din il-laqgħa. Din is-sħubija tikkonsisti fit- tqassim ta' riżorsi bejn dawn l-istess klabbs sabiex jgħinu lil xulxin jikbru. Ġew mogħtija premjijiet lill-atleti li matul dan l-istaġun iddistingwew ruħhom, mill-President tal-MAAA (Malta Amateur Athletics Association) Edwin Attard. Wara t-tħabbir tas-sistema ġdida tat-tmexxija tal-klabb, il-President spiċċa billi rringrazzja lil dawk kollha li kkontribwixxew matul l-istaġun ta' qabel, b'mod speċjali lil Fr Eric Cachia, kap tal-Kulleġġ Savio. Huwa mill- ġdid awgura lil dawk kollha preżenti li lkoll kienu hemm għax ġew ispirati minn xi ħadd u kellhom ix-xewqa li jirnexxu u jgħinu lil oħrajn jirnexxu, kif ukoll għax għamlu l-għażla li wasslithom jagħżlu lil Savio AC u mhux lil xi klabb ieħor. Fr Eric Cachia jippreżenta tifkira lil Matthew Croker

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 september 2014