Illum previous editions

illum 21 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 | illum 13 inimitabbli DALWAQT .com.mT ħolm ieħor wara li l-ħolma tiegħu saret realtà meta għex permezz tal-arti, "li nibqa' nipproduċi u li nkun parti mill-futur u mhux parti mill- passat għax l-arti tevolvi bħan-natura jekk tibqa' staġnat ma tagħmilx sens li tgħix" temm Vince. Iż-żagħżugħ Għajnselmiż xtaq ukoll jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu meta ngħata l-inkarigu li jagħmel id-disinn tat-tmien qniepen li saru fil-knisja t'Għajnsielem bi tmien bejatudnijiet. "Kienet esperjenza mill-isbaħ u li tkun taf li int se tkun parti minn wirt artistiku li jibqa' għal żmien twil warajk hi xi ħaġa li tagħtik sodisfazzjon enormi." Fil-fatt issa ngħata l-inkarigu wkoll li joħloq id-disinji ta' erba' arloġġi li jitwaħħlu mal- kampnar ta' Għajnsielem. Erba' arloġġi, b'kunċett tal-erba' evanġelisti, l-erba' staġuni u l-erba' elementi, Disinni fuq ħġieġ u rħam b'kuluri inimitabbli ta' Vince Caruana. Sadattant qabel tlaqt qalli li meta kien jistudja Firenze tgħallem li kull artist, ikun ġej minn liema pajjiż ġej iġorr il-bagalja kulturali tiegħu u b'hekk jintgħaraf minn xogħlu għax kull biċċa xogħol toħroġ mill-bagalja tiegħu. Min irid jara eżatt ix- xogħol inimitabbli ta' Vince Caruana jista' jidħol fis-sit elettroniku http://www. vincecaruana.com/ "Irrid nibqa' nipproduċi u nkun parti mill-futur u mhux parti mill- passat" Lou Bondi l-pinnur Kemm ħadt pjaċir nara lil Lou Bondi l-pinnur fuq PBS jitkellem fuq il-brief li tah il-Prim Ministru biex jorganizza l-festi tal-Indipendenza. Bħas-soltu, qisu għamel kollox hu. Kemm għandna memorja qasira hux, sena u nofs ilu dan l-istess ħaġa moħġaġa kien qed jivvomta fuq il-Partit Lejburista. Imma kif jgħidu eks ħbiebu stess is-Sur Bondi għandu prinċipji taż-żeta. Li għoġobni ħafna fid-djarju tal-bieraħ tal-Grand Harbour Spectacle ta' Lou żatat Bondi, kien il-ħin preċiż ta' kull avveniment. Pereżempju, 20:13 tasal il-President, 20:34 in-nar… ajma qisu Bondi f 'daqqa waħda nduna li għandu arloġġ Svizzeru. Jien kieku ndaħħal ħin ieħor fuq id-djarju, 23:01 fejn ilkoll naqtgħu idejna għas-Sur Bondi, il-pinnur tas-seklu! Ir-reġina Giovanna Għandi din l-impressjoni ta' Giovanna Debono taħdem il-bizzilla. Wara, ovvjament, li qalet li mhux se toħroġ għall- elezzjoni li ġejja. Mument silenzju wara t-telfa ta' 'persuna tant inutli'. Imma kieku nippreferi li nara li jkollha statwa kbira hekk kif tidħol l-Imġarr bid-dgħajsa. Taħt kieku jkun hemm miktub il-kliem li ġej bil-Latin: Illa ego, obsequeretur ad me. Li bil-Malti tfisser, 'Jiena r-reġina, agħtini ġieħ.' Ir-rabja ta' Mario Kemm ħa għalih Mario de Marco, iva hi b'dawk 'il-koko' tal-istamperija li għażlu li jagħtu l-ġenb l-inawgurazzjoni tal-istatwa ta' Gwido l-missier, mill-makakk Joseph Muscat. Mistħija li f 'In-Nazzjon lanqas kellhom id-diċenza jirrapportaw dan l-avveniment sew. Tgħid hemm min għandu għal Marju. Eħħ, tinsewx min jitwieled kwadru ma jmutx rettangulari. U tafux, l-istamperija darba kienet il- bejta tal-iktar nies malizzjuzi u ħodor. L-Aġent Kummissarju Iva prosit kbira lill-Aġent Kummissarju Ray Zammit, mistagħġeb kemm saru avvanzi fil-Pulizija wara li ngħata l-ġenb il-Pietru Pawl Zammit. Eħħ wara kollox forsi dak li għandhom bżonn il-Pulizija xi ħadd konservattiv u strett bħal Ray Zammit. Forsi ma jafx jitkellem bil-Latin bħal Pietru Pawl, imma tal-anqas jaf imexxi b'aktar għaqal. Il-vażun ta' Marie Min il-madoffi ħareġ bl-idea li jagħmel vażun taċ- ċeramika bil-wiċċ ta' Marie Louise Coleiro. U dan biex ituh rigal. Mur ara x'se jagħmel bih Prinċep William kieku jispiċċa b'xi vażun b'wiċċ il-President! Hemm ħafna suġġerimenti, tistgħu tagħżlu minn hawn taħt: (1) Iżommu fil-ġnien bħala ash tray enormi (2) Iżommu bħala reċipjent għas-sufra tal-fliexken tax- xampanja (3) Tintuża bħala target għal Prince Harry minflok ma jispara għal xi għasfur (4) Jingħata lit-Tate Museum bħala eżempju ta' arti medjokri! (5) Tużah bħala pixxatura Rumana Il-pinnur tas-seklu Giovanna Debono Mario de Marco Il-vażun b'wiċċ il-President Ray Zammit Jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq poodle@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 september 2014