Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361
30 illum Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 SPORTSillum West Ham United jixxukkjaw lil Liverpool WEST Ham United ixxukkjaw lil Liverpol meta ġewwa darhom għelbuhom bl-iskor ta' 3-1 biex komplew ikabbru l-problemi għal Liverpool li sa issa kellhom ftuħ ta' staġun mill-iktar diżappuntanti, għalkemm akkwistaw lil Mario Balotelli. Il-gowls għall-Hammers waslu minn doppjetta ta' Winstoin Reid u gowl ta' Morgan Amalfitano waqt li l-uniku gowl għar- Reds wasal minn Raheem Sterling. Arsenal barra minn darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta' 3-0 bil- gowls għalihom jaslu minn Mesut Ozil, Danny Wellbeck u awtogowl tal- plejer ta' Aston Villa, Aly Cissokho. Fil-konfront bejn Newcastle United u Hull City rajna xejn inqas minn erba' gowls hekk kif dan il-konfront intemm f 'parità ta' 2-2 bil-gowls għall-Magpies jaslu minn doppjetta ta' Cisse waqt li l-gowls għal Hull Cuty waslu mill-plejer Kroat, Nikica Jelavic u minn Mohamed Diame. Bl-istess skor intemmet il-logħba bejn Queens Park Rangers u Stoke City bil- gowls għal QPR jaslu minn Caulker u Kranjcar waqt li ż-żewġ gowls għal Stoke City waslu minn Diouf u Peter Crouch. Southampton kisbu tliet punti prezzjużi meta barra minn darhom għelbu lil Swansea City bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Victor Wanyama fit-80 minuta. Tajjeb ngħidu li Swansea City spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fid-39 minuta meta tkeċċa għalihom il-plejer Wilfried Bony wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Intant, il-konfront bejn Burnley u Sunderland intemm f 'parità ta' mingħajr gowls. Fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Cesena u Empoli temmew il-konfront tagħhom f 'parità ta' 2-2 bil-gowls għal Cesena jaslu minn Marilungo u Defrel waqt li ż-żewġ gowls ta' Empoli waslu minn penalty ta' Francesco Tavano u Daniele Rugani. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 20 ta' Settembru QPR vs Stoke C. 2-2 Aston V. vs Arsenal 0-3 Burnley vs Sunderland 0-0 Newcastle U. vs Hull C. 2-2 Swansea C. vs Southampton 0-1 West Ham U. vs Liverpool 3-1 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 21 ta' Settembru 14:30 Leicester C. vs Manchester U. 14:30 Tottenham H. vs WBA 17:00 Everton vs Crystal P. 17:00 Manchester C. vs Chelsea Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 20 ta' Settembru Cesena vs Empoli 2-2 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 21 ta' Settembru 12:30 Chievo V. vs Parma 15:00 Genoa vs Lazio 15:00 Roma vs Cagliari 15:00 Sassuolo vs Sampdoria 18:00 Atalanta vs Fiorentina 18:00 Udinese vs Napoli 20:45 Palermo vs Inter 20:45 Torino vs Hellas Verona