Illum previous editions

illum 21 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 | illum 33 SPORTSillum ASMK f 'Għawdex b'risq il-Fondazzjoni Arka FI tmiem din il-ġimgħa, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) tinsab fis-Sannat Għawdex bil- Karozzi tal-Autocross. Din l-attività sponsorjata minn ASMK u Pasta Poiatti hija t-tieni waħda mill-programm ta' attivitajiet tas-sajf 2014 tal-ASMK. Dan il-programm qed jittella' prinċiparjament biex jinġabru fondi għall- 'Fondazzjoni Arka' li tagħmel ħafna xogħol mar-residenti tagħha f 'Għawdex u biex aktar nesponu dan il- motorsport tal-Autocross fost l-ispettaturi Għawdxin speċjalment dawk li jsibu diffikultà jinżlu f 'Ta Qali, Malta. Il-korsa temporanja qed tkun mibnija minn xi membri tal- ASMK fuq għalqa kbira qabel din tiġi ppreparata għall-wiċċ u prodott ġdid fl-istaġun li ġej. Din fiha spazju biżżejjed għal din l-attività bil-karozzi Autocross. Dan kollu huwa possibbli bil-koperazzjoni sħiħa ta' sid l-għalqa u l-ġirien tiegħu. Il-Ministru għal Għawdex qed jappoġġja din l-attività flimkien mal-Kunsilli Lokali tas-Sannat, tal-Victoria u tax-Xewkija. L-ASMK irringrazzjat ukoll lill-Korp tal-Pulizija f 'Għawdex, lill- familja ta' Joe Apap u ħafna kollaboraturi oħra Għawdxin li kollha qed jagħtu s-sehem tagħhom biex din l-attività tkun possibbli u tkun suċċess. Ilbieraħ kmieni waranofsinhar saru l-ewwel provi mis-sewwieqa Maltin u Għawdxin fuq il-korsa fi Triq is-Sannat waqt li t-tiġrijiet tal-lum bdew kmieni filgħodu u mistennija jibqgħu sejrin sa waranofsinhar. Il-kompetituri u spettaturi mistennija jagħtu donazzjoni li se tmur b'risq il-Fondazzjoni Arka. Il-premjazzjoni lir-rebbieħa ssir fuq il-post fi tmiem il-programm minn persuni distinti. Waqt li qed isir dan ix-xogħol l-ASMK qed tieħu ħsieb li tirranġa l-korsa tal-Motocross fil-limiti tan- Nadur. Intant, membri tal-ASMK nhar is-Sibt 6 ta' Settembru wettqu ġurnata xogħol volontarju fid-Dar tal- Providenza fis-Siġġiewi. Membri tal-Eżekuttiv, xi sewwieqa u uffiċjali oħra għamlu diversi xogħlijiet manwali u wkoll xogħol kbir bil-gaffa u dumper fost xogħol ieħor fil-ġonna u fid-Dar tal-Providenza. Saret ukoll manutenzjoni ferm meħtieġa f 'waħda mill-vaski li hemm fil-ġonna, tindif bil-gaffa ta' wesgħat kbar ta' art u ħafna xogħol ta' tikħil u tibjid ta' diversi sezzjonijiet fil-partijiet tar-residenti fid-dar. Intant, nagħtu ħarsa lejn l-aħħar attivitajiet minn membri tal-ASMK. F'dawn l-aħħar ġranet rajna lil Shawn Buttigieg u Luke Farrugia jikkompetu bil-muturi SuperStreet fil-kampjonat FIM-Europe li sar f 'diversi pajjiżi fl-Ewropa. Il-Malti Shawn Buttigieg spiċċa fit- tielet post fil-kampjonat fost madwar 30 kompetitur. Dan ir-riżultat rebħu minkejja li Shawn ikkompeta l-ewwel darba f 'kampjonat tant presiġjuż u l-ewwel darba li kkompeta barra minn xtutna. Shawn huwa parti mit-Team Malti Kalanċ Drag Racing li rebaħ l-ogħla unuri fil-klassi TMD flimkien mat-tim Malti ieħor ta' Mr Whippy. F'dawn il-ġranet li ġejjin 3 membri tal-Motocross tal- ASMK se jkomplu jikkompetu fil-Kampjonat Reġjonali FMI-Sicilia 2014. Din id-darba t-tiġrija Motocross se ssir fil-korsa 'Hi-Fly' – Lentini – fil-Provinċja ta' Siracusa. Barra l-ispejjeż li normali jidħlu fihom dawn is-sewwieqa Maltin biex jikkompetu fil-Kampjonati barra minn xtutna, dawn jeħtieġu wkoll taħriġ u preparazzjoni kemm fiżika, personali u wkoll tal-vetturi tat-tiġrija. Aktar attivitajiet tal-ASMK f 'Malta u barra minn xtutna mistennija jkomplu fix-xhur li ġejjin. Shaun Buttigieg li spiċċa t-tielet post l-kampjonat FIM Super Street Ħames midalji għal żgħażagħ Maltin fir-Repubblika Ċeka GĦAL sena oħra l-Assoċjazzoni Maltija tal-Atletika (MAAA) ħadet sehem b'kontinġent ta' erbatax-il żgħażugħ u żagħżugħa fil- kompetizzjoni Ewropea tal-Atletika għal atleti taħt il-ħmistax-il sena, ġewwa Brno fir-Repubblika Ċeka, fejn ipparteċipaw sittax-il pajjiż Ewropew. L-ewwel midalja f 'din il-kompetizzjoni ntrebħet minn Edward Bezzina fix-shot put fejn b'tefgħa ta' 14.18m mhux biss kiseb it-tielet post u rebaħ il- midalja tal-bronż, iżda wkoll kiser ir-rekord nazzjonali fil-kategorija Youths, liema rekord kien stabbilit minnu stess aktar kmieni din is-sena. Edward kellu kompetizzjoni ħarxa f 'din id-dixxiplina fejn kien hemm numru ta' atleti mil- Lvant tal-Ewropa li huma ferm magħrufin għal din id-dixxiplina. L-atleta Liam Mckay kien ukoll protagonist f 'din il-kompetizzjoni fejn ġie l-ewwel post fil- b'qabża ta' 1.63m fil-'high jump'. Din il-midalja kienet l-ewwel waħda li Malta rebħet f 'din id-dixxiplina f 'din il- kompetizzjoni. B'din il-qabża Liam kiser ukoll ir-rekord nazzjonali fil-kategorija kadetti quddiem kompetituri li kienu ferm itwal minnu. It-tielet midalja għal Malta ntrebħet mill-atleta Matthew Portelli li b'ġirjiet konsistenti fil-heats għadda għall-final tal-150m fil-kategorjia kadetti fejn ġie t-tieni post b'midalja tal-fidda b'ħin ta' 18.61 sekonda. It-tim tal-kadetti tas- subien magħmul minn Omar Elaida Chaffey, Liam Mckay, Matthew Portelli u Jacob Elaida Chaffey kien iffukat u dixxiplinat sabiex rebaħ ir-raba' midalja għal Malta meta fil-final tal-4x60m relay spiċċa fit-tieni post b'midalja oħra tal-fidda b'ħin tajjeb ta' 31.29 sekonda. L-aħħar suċċess għall- kontinġent Malti wasal mit-tim tar-relay tal-Youth tas-Subien it-tim magħmul minn Luke Scicluna, Stefano Pace Parascandalo, Michak Pavia u Miguel Grixti daħlu fit-tieni post fid-dixxiplina tar-relay 4x 60m. B'dan ir-riżultat mhux biss rebħu l-ħames midalja għal Malta iżda wkoll kisru r-rekord nazzjonali f 'din id-dixxiplina għall-kategorija tagħhom permezz ta' teknika u dixxiplina tal-ogħla livell f 'ħin ta' 28.55 sekonda. Apparti dawn is-suċċessi wieħed irid jinnota wkoll fost l-oħrajn il- prestazzjonijiet tajbin ħafna tal-atleti promettenti Cathriona Cuschieri li ġiet ir-raba' fil-finali tax-shot put tat-tfajliet Youth; Nicole Attard Glivau li għaddiet għall-finali Youth kemm fil- 150 metru u s-60 metru u ta' Haley Buttigieg li għaddiet għall-finali tal-150 metru. Żewġ atleti oħra li taw prestazzjoni tajba kienu Ian Pace fl-1,500m Youth Boys u Miriam Gauci fl-1,500 Youth Girls. Il-Kontinġent Malti kien immexxi minn Mauro Pace Parascandalo, Viċi President MAAA, u minn Anthony Fava, Segretarju Internazzjonali MAAA. L-atleti żgħażagħ Maltin li kisbu suċċess kbir f 'Brno r-Repubblika Ċeka ftit tal-jiem ilu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 september 2014