Illum previous editions

illum 21 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 Qtil b'vendetta f 'Ħal Lija fl-1987 Il-qattiel seta' LEJN l-aħħar tas-sena 2012 sax-xahar li għadda kien hawn sensiela ta' qtil, li wkoll għadhom mhux solvuti, li jidhru li saru bħala vendetta fejn għal xi raġuni jew oħra l-vittmi kellhom konnessjoni bejniethom għalkemm il- Pulizija qatt ma kkonfermaw dan ħlief għal xi każ jew tnejn. Każ ieħor li seħħ aktar minn 27 sena ilu u li kellu wkoll kull element ta' vendetta, huwa dak tal-qtil ta' Charles Fenech li kellu 36 sena minn Ħ'Attard. Mhux eskluż li min qatel lil Fenech seta' spiċċa maqtul huwa wkoll f 'każ separat li seħħ madwar sitt snin wara. Jinstemgħu tiri ta' arma tan-nar L-inħawi fejn seħħ dan il-qtil minn dejjem kienu kwieti, fejn anke llum il-ġurnata l-kwiet għadu jirrenja b'mod speċjali filgħaxija. It-triq hija waħda dejqa u djar ftit kien hemm. Kien għall-ħabta tat-7.40pm tal-Ġimgħa, 30 ta' Jannar 1987, li mara li kienet toqgħod qrib il-Kappella tal-Mirakli, f 'Ħal Lija, semgħet tiri ta' senter ivenvnu fil-ħemda ta' lejla xitwija. Meta ħarġet mid-dar tagħha biex tara x'kien dak il-ħoss li semgħet, il-mara ħadet xokk hekk kif rat raġel mitluq fl-art u taħt rasu kien hemm għadira demm. Hija kienet pronta u ċemplet lill-Pulizija minkejja x-xokk qawwi li kellha fuqha. Il-vittma ġie indentifikat bħala Charles Fenech, bejjiegħ tal-laħam li nqatel barra garaxx li kellu ftit metri 'l bogħod mill-Kappella tal- Mirakli f 'Ħal Lija. Ftit tal-ħin wara wasal tabib li ċċertifika lil Fenech mejjet fejn anke bdew jaslu diversi Pulizija fosthom dawk tad-Distrett kif ukoll mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Fost l-uffiċjali li bdew jinvestigaw il-każ kien hemm is-Supretendent Joseph Psaila, l-Ispetturi Raymond Vella Gregory u Anthony Borg Caruana, li dak iż-żmien kienu mad-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali, u s-Supretendent Nicholas Cutajar u l-Ispettur Antoine Casha, illum Assistent Kummissarju, li kienu uffiċjali mid-Distrett ta' Birkirkara. Il-Pulizija għalqu kull aċċess fl-inħawi fejn seħħ il-qtil biex ix-xena tar-reat tkun priservata. Element ta' vendetta Mill-investigazzjonijiet li kienu għamlu l-Pulizija, irriżulta li Fenech kien għadu kif wasal fuq il-post bil-mutur tiegħu fejn kellu garaxx li fih kien iqatta' ftit ħin jirranġa l-karozzi. Il-qattiel x'aktarx li kien qed jistennih u ma kienx eskluż li Fenech kien jaf sew lill-qattiel u għalfejn kien mar hemm. "Dan il-qtil kellu l-elementi kollha ta' vendetta li instiga vjolenza fiżika. Min qatel lil Charles Fenech mhux biss ried jeħles minnu darba għal dejjem, imma wara li sparalu anke għafas il-kanna tas- senter ma' wiċċ Fenech. Din turi l-vjolenza li ried iwettaq il-qattiel fuq il-vittma tiegħu," qalli l-eks-Spettur John C. Ellul li għal snin twal mhux biss kien jagħmel parti mit- Taqsima Forensika tal-Pulizija imma wkoll irtira mill-Korp meta kien spettur fl-istess taqsima. Sorsi oħrajn qaluli li l-investigaturi jemmnu li l-qattiel stenna lil Fenech jidħol fil-garaxx biex ma jwettaqx dak li mar biex jagħmel barra fit-triq. Lanqas ried li joqtol lil Fenech, imma ried li l-vittma jkun jaf x'kien se jiffaċċja. Ftit tal-ħin wara li Fenech kien fil-garaxx bil-bieb magħluq, sema' taħbita fuq Immultat €5,000 wara li qatel ċikonja Ħeba l-eroina f 'bajda tal-Kinder Probation għat-tifla li gidbet Mill-Qorti KAĊĊATUR ta' 26 sena minn San Ġiljan kien ikkundannat tliet xhur ħabs sospiżi għal sena, kif ukoll immultat €5,000 wara li ammetta li t-Tlieta spara u qatel ċikonja bajda, li hi għasfur protett. Ġiljan Tanti, li xogħlu hu li jpoġġi l-madum, ammetta wkoll li kien qed iġorr arma kkargata fi nħawi fejn il-kaċċa mhix permessibbli u li fejn spara jinsab f 'żona ta' 200 metru minn post fl-abitat, li uża apparat illegali biex isejjaħ lill-għasafar li mbagħad ikunu jistgħu jinqabdu. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30pm, meta mill-anqas 10 ċikonji bojod kienu qed jistrieħu fuq is-saqaf ta' San Vinċenz de Paule. L-akkużat, Ġiljan Tanti, ammetta li waqt li kien qiegħed moħbi f 'għalqa fil-Marsa qrib il-fabbrika Edible Oil Refinery, huwa spara u qatel waħda minn dawn iċ-ċikonji. Tliet uffiċjali tal-Pulizija li nzertaw li kienu viċin semgħu t-tiri u raw wieħed mill-għasafar protetti nieżla. Wieħed mill-pulizija lemħu lill-akkużat, li malli nduna li rawh telaq jiġri. Madankollu, l-akkużat malajr inqabad u uffiċjali mill-Adminsitrative Enforcement Unit arrestawh u ħaduh l-għassa. L-arma tan-nar u l-għasfur ġew ikkonfiskati mill-pulizija. Il-Qorti ppreseduta mill- Maġistrat Doreen Clarke qieset l-ammissjoni bikrija ta' Grima, li kkopera mal-Pulizija u li skuża ruħu għall-azzjonijiet tiegħu. Kien meqjus ukoll il-fatt li l-kaċċatur kellu kondotta nadifa. Minbarra, is-sentenza sospiża u multa ta' €5,000, huwa ġie pprojbit li ma jsegwix il- kaċċa għal għomru, kif ukoll li ma jistax iġorr arma għal ħames snin u li jrid iħallas il-multa fi żmien sena. Intant, ftit sigħat wara d-deċiżjoni tal-Qorti, l-pulizija qalet li se tappella s-sentenza u li se tisħaq għal terminu ta' ħabs effettiv u mhux sentenza sospiża. L-Avukat Gianella de Marco dehret għall-kaċċatur, filwaqt li l-Ispetturi Jurgen Vella u Mario Tonna mexxew il- prosekuzzjoni. RAĠEL ta' 51 sena minn Ħaż- Żebbuġ, ġie kkundannat tliet snin ħabs u mmultat €2,500 wara li nstab ħati li fl-1999 u fl-2002 kien jitraffika d-droga eroina. Anthony Borg, instab ħati wkoll li kien jitraffika d-droga eroina, u li kien fil-pussess tagħha f 'ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu. Fl-ewwel okkażjoni, l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras semgħet kif kienu nstabu 27 qartas ta' eroina, b'uħud minnhom jinstabu fil-bajda tal-Kinder. Il-pulizija, permezz tal-Assistent Kummissarju Norbert Ciappara, li dak iż- żmien kien spettur, qal li fis-16 ta' April 1999, l-iskwadra ta' kontra d-droga għamlu tfittxija fir-residenza ta' Borg f 'Ħaż- Żebbuġ. Hemmhekk il-pulizija sabu d-drogi u kif ukoll iltaqgħu ma' persuni li marru fil-post biex jixtru d-droga. Il-pulizija - li l-Qorti semgħet li kienu għamlu t-tfittxija wara li rċevew xi informazzjoni - sabu lill-akkużat flimkien ma' sħabu Mario Borg u Josmar Borg. Minkejja li ma nstab xejn fuq il-bejt tal-imputat, il-pulizija għamlet tfittxija fuq il-bejt tal-bini maġenb il-blokka tal-appartamenti fejn kien joqgħod hu. Hemmhekk instabet kapsula tal-plastik b'numru ta' qratas tal-karti bi trab kannella u biċċa foil li kien fiha biċċa tal-plastik żgħira trasparenti, li wkoll kien fiha trab kannella, b'piż ta' 1.98 gramma. Waqt it-tfittxija, l-pulizija kienet arrestat ukoll lil ċertu Anthony Abela, li kellu f 'idu Lm5 biex jgħaddihom lil Anthony Borg. Dan u l-persuni preżenti ġew arrestati. Fix- xhieda tiegħu, Mario Borg, qal li dakinhar, l-akkużat kien tah madwar tliet pakketti droga ta' xi xogħol li għamillu fil-gallinar. Sussegwentement Borg tressaq il-Qorti mixli li fid-dar imsemmija u fix-xhur ta' qabel kien qed jitraffika d-droga. Huwa kien ġie akkużat ukoll b'akkużi simili, dik li fis-17 ta' Frar, 2002 ittraffika d-droga eroina. Fiż-żewġ okkażjonijiet l-akkuża kienet tgħid li huwa wettaq ir-reat flimkien ma' persuni oħrajn. Maġistrat Natasha Galea Sciberras sabet lil Borg ħati tal-akkużi u kkundannatu tliet snin ħabs u multa ta' €2,500. Il-Qorti ordnat li d-droga tiġi meqruda. Mara ta' 20 sena li ammettiet fil-Qorti li gidbet fuq missierha meta qalet li dan kien abbużah sesswalment, ingħatat probation għal tliet snin u ġiet ordnata tagħmel 100 siegħa servizz fil-komunità. Il-każ imur lura fl-2004, meta l-akkużata, Leanne Camilleri, kien għad kella tmien snin. Dak iż-żmien hija kienet qalet lill-Qorti li missierha kien abbużaha sesswalment. L-allegazzjonijiet baqgħu għaddejjin u f 'Mejju 2012, missier l-akkużata, Emanuel Camilleri, intbagħat sentejn ħabs wara li nstab ħati li kien abbuża lil bintu. Madankollu, ftit wara s-sentenza, Leanne Camilleri qalet li l-allegazzjonijiet tagħha ma kinux vera, u li fil-fatt kienet gidbet fix-xhieda tagħha. Hija qalet li ommha kienet sfurzata tigdeb kontra missierha, xi ħaġa li qatt ma xtaqet tagħmel u li għamlitha sforz il-biża', filwaqt li eżamijiet mediċi żvelaw li t-tifla kienet għadha verġni. Intant, 400 jum wara li ntbagħat il- ħabs, Emanuel Camilleri nħeles wara li l-Qorti Kostituzzjonali aċċettat it-talba tad-difiża. Sussegwentament, il-każ ra lit- tifla tiġi akkużata bi spergur u li kienet gidbet li missierha kien abbużaha sesswalment u f 'Lulju ta' din is-sena, Leanne Camilleri ammettiet l-akkużi miġjuba kontrieha. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, qagħdet fuq dak li kienet irrakkomandat l-Uffiċjal tal-Probation, jiġifieri li Leanne tingħata sentenza ta' tliet snin probation u tagħmel 100 siegħa f 'servizz komunitarju, filwaqt li tibqa' tingħata għajnuna psikoloġika sakemm jintemmu l-perjodu ta' probation. Intant, omm l-akkużata, Lisa May Camilleri, bħalissa għaddejja proċeduri kontrieha fejn hija kienet tpoġġiet taħt att ta' akkuża wara li hi ċaħdet li għamlet ġurament falz u li instigat lil bintha biex tigdeb kontra missierha. Għal Leanne Camilleri dehret l-Avukat Maxeline Pace, filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill- Ispettur Sandro Micallef. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt "L-aggressur spara tir f 'sider Fenech u ieħor f 'wiċċu. B'dan it-tir nofs wiċċ il-vittma nfetaħ ktieb"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 september 2014