Illum previous editions

illum 28 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 28˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir lokalment pjut- tost imsaħħab għall-ewwel. VIŻIBILITÀ: Good RIĦ: Lvant għall-Grigal forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir lokalment ħafif lejn it-Tramuntana tal-inħawi billejl Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 28˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Lvant għall-Grigal forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 għal xi ħin BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir ħafif għal moderat billejl. Lejn it- Tramuntana tal-inħawi: lokalment ħafif għall-ewwel. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 36 52 55 68 79 67 45 35 EMPIRE Pharmacy (Branch), 46, Triq Melita, Valletta TRINITY Pharmacy, 32, Triq il-Mar- sa, Marsa ST. Venera Pharmacy, 532, Triq il- Kbira San Guzepp, Santa Venera MARRIT Pharmacy, Triq l-1 ta' Mejju, Fleur De Lys REGAL Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida PENNY Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi WALES Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema ILMEĦRIEZ Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin SANTA Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Mosta MELLIEĦA Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Mellieħa MADDALENA Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija WHITE Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla ST Elias Pharmacy, St Elias Street, Xgħajra POMPEI Pharmacy, 28, Xatt is- Sajjieda, Marsaxlokk ST. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa PLAZA Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ NOVA Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat PALM Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria NADUR Pharmacy, Pjazza it-28 ta' April 1688, Nadur It-traffiku għada f 'Reporter HEKK kif għada tibda l-iskeda tal-ħarifa fuq TVM, Reporter ikompli b'dehra u kontenut iktar fid-dettall. Il-programm se jkun qed jixxandar live filgħaxija fl- 9.55pm fuq TVM. Minn din l-iskeda l-Avukat Ramona Frendo se tkun qed tingħaqad ma' Saviour Balzan bħala opinjonista residenti filwaqt li din il-ġimgħa l-mistiedna tal-programm se jkunu l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, id-deputat Nazzjonalista Anthony Bezzina, l-Eks Ministru Jesmond Mugliette u l-Professur Edward Mallia. Magħhom se jkun hemm numru ta' sindki u kunsilliera ġejjin minn żoni sinonimi mat-traffiku fit- toroq rispettivi tagħhom. Lokalitajiet li minn dejjem huma sinonimi mat-traffiku huma l-Furjana, il-Ħamrun, il-Marsa, il-Fgura, l-Imsida, il-Gżira u Tas-Sliema. Iżda dan l-aħħar saret ukoll uġigħ ta' ras jekk trid tipprova tgħaddi minn tal-Balal San Ġwann lejn in-Naxxar jew viċi versa fejn it-traffiku sar ħaġa tal-biża' għas-sewwieqa li jridu jgħaddu minn dawk in-naħat. Balzan jistaqsi lill- mistiedna tiegħu jekk hemmx bżonn li jsir studju serju dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku f 'pajjiżna u jistaqsi kif jista' jkun hemm maniġġjar aħjar tat-traffiku fit-toroq. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. Ramona Frendo opinjonista residenti minn għada f 'Reporter fl-21.55 Il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema Konfoffa bejn Gonzi, Engerer u Curmi ŻEWĠ ittri anonimi mibgħuta lill-Ispettur tal- Pulizija Angelo Gafa wasslu biex żewġ kunsilliera Slimiżi spiċċaw arrestati u akkużati b'miżapproprjazzjoni ta' kompjuters u tbagħbis tal- istess apparat. Il-Każ instema' din il- ġimgħa quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli fejn wara li semgħet ix-xhieda ppreżentati quddiemha, ħelset lill- akkużati fuq nuqqas ta' provi ppreżentati mill-prosekuzzjoni u anke fuq il-fatt li l-Kunsill kien approva x-xiri tal-istess apparat. Fatt kurjuż waqt is-smiegħ tal-każ kienu r-rekordings ippreżentati tal-laqgħat tal-Kunsill li milli jidher, ir-rekorders ma ntfewx fi tmiem il-laqgħat u baqgħu jirrekordjaw id-diskorsi li saru fi tmiem il-laqgħat, liema rekordings ġew aċċettati bħala awtentiċi mill-Qorti nnifisha. Dawn ir-rekordings jikxfu l-konfoffa li kien hemm għaddejja bejn is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Svetlana Curmi, il-Viċi Sindku Joanna Gonzi u l-Kunsillier Cyrus Engerer sa ma qabel seħħ dan il-każ. It-tlieta kienu qed jistennew li jitwarrab is-Sindku Nikki Dimech sabiex Joanna Gonzi tieħu postu filwaqt li Engerer jieħu post Gonzi bħala Viċi Sindku. Wara r-riżenja ta' Nikki Dimech u l-ħatra ta' Joanna Gonzi bħala Sindku, it-tieni tir ta' Gonzi kien li ttajjar lill- Kunsilliera Martin Debono u Yves Bobby Cali. Fil-fatt, fir- rekording ta' seduta minnhom, Gonzi tinstema' tisħaq li riedet lit-tnejn li huma mejta u li onestament riedet toqtolhom. Ftit wara, Debono u Cali kienu spiċċaw arrestati mill-pulizija u akkużati b'miżappropjazzjoni ta' flus u tbagħbis fl-apparat tal- kompjuters wara li żewġ ittri anonimi kienu ntbagħtu direttament lill-Ispettur Angelo Gafa. Mhuwiex magħruf kif se jaġixxi Cyrus Engerer wara din ir-rivelazzjoni, l-iktar l-iktar wara li dan is-sajf il-Qorti tal-appell sabitu ħati f 'każ kriminali. Engerer li kien Nazzjonalist akkanit illum huwa fdat mill-Gvern ta' Muscat. Tkompli minn paġna 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 September 2014