Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501
12 illum | Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 Djoċesi li tat kontribut kbir lis-soċjetà NHAR it-Tlieta 16 ta' Settembru 2014, id-Djoċesi ta' Għawdex iċċelebrat il-150 sena mit-twaqqif tagħha. Kien il-Papa Piju IX li waqqaf lil Għawdex bħala djoċesi permezz tal-Bulla Singulari Amore, bid-data tas-16 ta' Settembru 1864. Matul dawn il-150 sena l-Knisja f 'Għawdex tat kontribut kbir lis-soċjetà. Hekk qal l-Isqof Mario Grech fl-omelija tiegħu waqt il-Quddiesa Pontifikali li ġiet iċċelebrata fil-Katidral ta' Għawdex biex tfakkar din il-ġrajja. Hija tat kontribut mhux biss fil-qasam reliġjuż imma wkoll fil-qasam politiku, soċjali u kulturali, fil-qasam tas-saħħa u tal- edukazzjoni, fil-qasam tal- karità u tal-familja. Element essenzjali li permezz tiegħu d-Djoċesi ta' Għawdex ikkontribwiet f 'dawn l-oqsma tal-ħajja kien bla dubju n-numru sabiħ ta' vokazzjonijiet li dejjem kellha, mhux biss fil-ħajja saċerdotali imma wkoll fil- ħajja kkonsagrata, reliġjuża u missjunarja. Tajjeb ngħidu li sentejn biss wara t-twaqqif tad- Djoċesi, fl-4 ta' Novembru 1866, infetaħ is-Seminarju Djoċesan, kif kien stipulat diġà fl-istess Bulla Singulari Amore ta' Piju IX. Matul dawn il-mija u ħamsin sena ħarġu minn dan is- Seminarju sitt mija u tlettax (613)-il saċerdot, jiġifieri medja ta' erba' saċerdoti jew aktar fis-sena. Ikkunsidrata l-popolazzjoni żgħira li Għawdex dejjem kellu, dan in-numru jissorprendi tabilħaqq meta mqabbel ma' djoċesijiet oħra ħafna akbar fid-dinja! Minn dawn is-saċerdoti ħafna taw jew għadhom jagħtu s-servizz tagħhom f 'artijiet oħra, fi djoċesijiet imxerrda mal-ħames kontinenti. Huwa kbir ukoll in-numru ta' missjunarji li qdew jew għadhom jaqdu l-missjoni tagħhom f 'artijiet tat-tielet dinja. Attwalment għandna missjunarji fil-Brażil, fil- Perù u fil-Gwatemala, kif ukoll fl-Albanija. Saċerdoti oħra msefrin li qed jaqdu l-missjoni tagħhom fi djoċesijiet oħra jinsabu fl-Italja, l-Istat tal-Vatikan, l-Awstralja, l-Istati Uniti tal- Amerika, il-Kanada, ir-Renju Unit u oħrajn. Ta' min jgħid ukoll li l-Isqof ta' Juticalpa fil- Honduras, Patri Joe Bonello OFM, huwa wkoll iben id- Djoċesi Għawdxija. Mill-1994, is-Seminarju ta' Għawdex huwa affiljat mal-Università Pontifiċja ta' San Tumas ta' Aquino (Angelicum) f 'Ruma. Is- seminaristi għalhekk itemmu l-istudji tagħhom qabel l-Ordinazzjoni bil-Baċellerat fit-Teoloġija minn din l-università. Ħafna minnhom, imbagħad, ikomplu l-istudji tagħhom anki wara l-Ordinazzjoni, fejn jiksbu l-Linċenzjat jew id- Dottorat minn universitajiet pontifiċji jew universitajiet kbar oħra, u hekk ikomplu jagħtu l-kontribut tagħhom fil-qasam tar-riċerka filosofika u teoloġika u oqsma oħra, bħalma huma x-xjenzi naturali. Ħafna saċerdoti taw u għadhom jagħtu l-kontribut tagħhom fit-tagħlim mhux biss fis-Seminarju Maġġuri ta' Għawdex imma wkoll fl-Università ta' Malta, f 'universitajiet pontifiċji f 'Ruma u f 'universitajiet oħra fid-dinja, fosthom l-Istati Uniti. Minbarra dawk imsefrin, attwalment fid-Djoċesi ta' Għawdex huma preżenti madwar 140 saċerdot djoċesan li qed jagħtu s-sehem tagħhom fid-diversi parroċċi, fl-iskejjel tal-Knisja u dawk statali, fl-isptarijiet, fid-djar tal-karità u f 'oqsma oħra li jolqtu l-familja u s-soċjetà. Barra minn dawn, huma preżenti wkoll fid- djoċesi sitt idjar ta' reliġjużi maskili u sitt idjar oħra ta' reliġjużi femminili, kif ukoll monasteru tal-klawsura. Dawk maskili jinkludu dawn l-Ordnijiet: il-Patrijiet Franġiskani Minuri, Konventwali u Kapuċċini, il-Patrijiet Agostinjani u Il-Quddiesa Pontifikali li ġiet iċċelebrata fil-Katidral ta' Għawdex biex tfakkar din il-ġrajja Is-Seminarju t'Għawdex Għawdex: Int djamant DUN DANIEL XERRI Rettur tas-Seminarju ta' Għawdex