Illum previous editions

illum 28 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 Kif tħajjart biex tidħol fil-Korp tal- Pulizija? Minn dejjem kont inħobb is-servizz u kif spiċċajt mill-iskola l-għażla kienet ovvja, jew mal-Armata jew fil-Pulizija. Bdejt billi dħalt fil-Korp tal-Pijunieri fejn minn hemm kont għamilt l-eżami u dħalt fil-Korp tal-Pulizija. Fejn bdejt bħala kuntistabbli? Fl-1975 bdejt bħala kuntistabbli fl- Għassa taż-Żejtun. Dak iż-żmien kien hemm ħames distretti, mhux bħal-lum fejn għandek 12-il distrett u ż-Żejtun kien jagħmel parti mid-Distrett ta' Raħal Ġdid li kien Distrett numru 4 li kien ikopri n-naħa t'isfel ta' Malta kollha. Kien hemm is-Supretendent Paul Mamo, mill-Għassa ta' Raħal Ġdid, fizzjal u ġentlom li tgħallimt ħafna minnu, u kif sar jaf bija kien ħadni miegħu fl-uffiċċju fl-Għassa ta' Raħal Ġdid. Sal-lum għadni ngħożż noti li kien għaddieli s-Sur Mamo. Sentejn wara tħajjart biex napplika għar-rank ta' spettur u sirt spettur fis-7 ta' Diċembru 1977. Minn kuntistabbli għal Spettur bla ma kont surġent? Dak iż-żmien mhux bħal-lum. Dak iż-żmien is-sistema kienet aħjar għax trid taħdem għall-pożizzjoni u mhux interview biss. Kont trid tagħmel eżami li kien jirrikjedi li tieħu lezzjonijiet fil- privat. Biex nistudja l-liġi kont immur għand Dr Joe Buttigieg li kien ħa paċenzja kbira bija. Peress li kont naħdem fl-uffiċċju, wara x-xogħol kont immur għall-privat. Però min kien jaħdem fl-uffiċini, dak iż-żmien meta kien ikun hemm il-Parlament, kien ikun stand-by fil-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana. Allura mhux l-ewwel darba li kien itini l-lezzjonijiet fis-6am qabel hu jmur il-Qorti u qabel nibda x-xogħol. Allura meta tgħaddi mill-eżamijiet u tilħaq, tgħid jien din ħdimt għaliha. Ara llum biex issir spettur tagħmel interview u wara sena l-Università. Meta sirt spettur, fejn kont stazzjonat? Kif sirt spettur erġajt spiċċajt fl-Għassa taż-Żejtun. Kien tana l-appuntament l-Kummissarju John Cachia u ġejt stazzjonat iż-Żejtun. Kont trid taqdef għal rasek. Imma kont sibt għajnuna kbira mingħand uffiċjali, anzjani li kienu stazzjonati Raħal Ġdid u ż-Żurrieq. Konna naħdmu ħafna flimkien. Sal-lum il-ġurnata hawn min jgħidlek li mid-Distrett titgħallem ħafna. X'inhi l-opinjoni tiegħek? Ix-xogħol tal-Pulizija fid-Distrett għandu s-sabiħ tiegħu. L-ewwel nett qed tilbes l-uniformi. Jien minn dejjem kont inħobbha l-uniformi. Wara ż-Żejtun kont għamilt xi żmien Bormla u fl-1980 kont stazzjonat fl- Ajruport mas-Security Branch. Fl-ajruport kien xogħol verament interessanti. Kienet xi ħaġa ġdida, anke għall-Pulizija. Kienu għadhom kif telqu l-Ingliżi minn Malta u s-sigurtà tal- ajruport kienet għall-ewwel darba fdata f 'idejn il-Pulizija Maltija. Barra s-sigurtà xorta kien hemm ix-xogħol normali ta' Pulizija fosthom rapporti li kienu jagħmlu xi turisti, serq mis-sezzjoni tal-merkanzija u problemi oħrajn li bħala pulizija konna rridu nieħdu rapporti u ninvestigaw. Barra minn hekk il-Pulizija kienu wkoll responsabbli mill-mitjar. Niftakar "Karriera b'vokazzjoni Intervista ma' Joseph Cachia li hu l-Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija. Cachia jitkellem fuq jekk tħares lejn karriera l-Pulizija bħala vokazzjoni, allura se jkollok sodisfazzjon f'dak li qed tagħmel John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 September 2014