Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501
24 illum | Ħadd 28 ta' Settembru 2014 Oktoberfest ġewwa SmartCity Malta ILLAGUNA Walk fi SmartCity Malta kompliet tilqa' numru ta' avvenimenti fi ħdanha matul is-sajf, u biex ikompli jżid ma' dan is-suċċess, iċ-ċentru l-ġdid għall- avvenimenti fin-naħa t'isfel ta' Malta, flimkien ma' Catermax, se jkun qed jorganizza Oktoberfest fis-27 u t-28 ta' Settembru. L-Oktoberfest se tibda fis-7pm u tkompli sat-tard nhar is-Sibt, filwaqt li tkompli nhar il-Ħadd mill- 11am 'il quddiem. BMW Malta għażlet il- Laguna Walk biex tniedi l-BMW 2 Series Active Tourer waqt l-avveniment, nhar is-27 ta' Settembru. It-tnedija tal- BMW 2 Series Active Tourer tfisser li l-BMW qed twassal il-funzjonalità tal-ispazju u l-kumdità, mgħaqqda mad- dinamiċi, l-istil u l-eleganza li BMW hi magħrufa għalihom, lill-klassi kompatta primjum. L-Oktoberfest ġewwa l-Laguna Walk se ssegwi l-Oktoberfest tradizzjonali Ġermaniża li ssir fi Munich. L-avveniment huwa l-ikbar fiera ta' divertiment fid-dinja u tiġi ċċelebrata kull sena fil-Ġermanja u bliet oħra madwar id-dinja. Kulħadd hu mistieden jattendi l-festival li żgur li se jkun ċelebrazzjoni eċitanti fil-Laguna Walk. Id-dħul għall-festival huwa b'xejn u se jkun hemm ħafna postijiet għall-parking bla ħlas. Dawn huma wħud mill-ħafna karatteristiċi taċ-ċentru. Matul l-avveniment, se jkun hemm żona dedikata għall-BMW. Żoni mill- promenade tal-Laguna Walk se jiġu allokati wkoll għal ikliet rilassanti fejn individwi u kumpaniji jkollhom l-opportunità li filgħaxija jieklu ikla delizzjuża mal- familja, ħbieb, imsieħba u/jew impjegati. Peress li l-avveniment jibda fil- 11am nhar il-Ħadd, it-28 ta' Settembru, in-nies għandhom l-opportunità wkoll li jgawdu l-ikla ta' nofsinhar fuq il- promenade tal-Laguna Walk matul il-ġurnata. Il-Laguna Walk ġewwa SmartCity Malta hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha fil-gżejjer, hekk kif toffri post dinamiku għal bosta avvenimenti, bil- funtani jiżfnu spettakolari tagħha, promenade mill- isbaħ, grand steps u terrazzini rilassanti. Minbarra dan, l-amfiteatru fil-beraħ u t-taraġ fejn jistgħu jpoġġu n-nies, kollha jagħtu għal fuq il- laguna u l-baħar Mediterranju lil hinn. Il-Laguna Walk toffri wkoll varjetà kbira ta' restoranti b'postijiet fuq barra kif ukoll fuq ġewwa. Dawn jinkludu Wejla by Tartarun, Chocafé, Bistro Ten-O-One, Laguna Restaurant, u oħrajn li se jiftħu fi ftit żmien: The Londoner Pub, Da Vinci u Incredible Asia li joffru għażla ta' ikel differenti għall-gosti ta' kulħadd. Jekk tixtieq iżżomm ruħek aġġornat dwar l-avvenimenti kollha li se jiġu organizzati ġewwa l-Laguna Walk, jekk jogħġbok żur www. lagunawalk.com.mt u agħfas Like fuq il-paġna ta' Facebook: 'SmartCity News'. G4S u l-Guard & Warden Service House Ltd. huma l-isponsors ewlenin ta' avveniment sportiv għat-tfal li se jkun organizzat mid- Distrett Reġjonali Xlokk is-Sibt li ġej 27 ta' Settembru ġewwa l-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun. Ir-Regional SportsFest se jara s-sehem ta' 'l fuq minn 500 tifel u tifla li se jkunu qed jirrappreżentaw 14-il Kunsill Lokali li se jkunu qed jikkompetu f 'erba' dixxiplini sportivi differenti. L-avveniment qed ikun organizzat taħt il-patronċinju ta' Marie Louise Coleiro Preca, President ta' Malta. Id-dħul kollu minn dan l-avveniment se jmur b'risq il-Malta Community Chest Fund. Huwa u jitkellem dwar din l-attività, Jesmond Aquilina, President tad- Distrett Reġjonali Xlokk qal li dan l-iSportsFest se jkun opportunità sabiex il-Kumitat Reġjonali jippreżenta Defibrillator Unit lil kull wieħed mill-14-il Kunsill Lokali f 'dan id-distrett tax- Xlokk. Dawn is-Defibrillator Units se jkunu disponibbli sabiex jintużaw mill- istess Kunsilli Lokali waqt l-attivitajiet sportivi li jkunu organizzati fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. "Aħna kuntenti b'din l-opportunità li jkollna sehem attiv mis-suċċess ta' din it- tieni edizzjoni ta' SportsFest. Kburin li dan l-avveniment se jagħtina ċans inħaddmu lin- nies tagħna sabiex niżguraw ambjent ikkontrollat u b'sigurtà għat-tfal kollha li se jkunu preżenti," qal Eder Catania, Commercial Manager ta' G4S Malta. "Is-sigurtà tat-traffiku hija parti kbira mis-servizz tagħna u kburin li l-Guard & Warden Service House saret punt ta' riferiment għal dan is-settur tant importanti u ngawdu l-fiduċja fl-ogħla livell," żiedet tgħid Miriam Barbara, Operations Manager ta' Guard & Warden Service House. "L-impenn ewlieni tagħna se jkun li niżguraw is-sigurtà tat-tfal kollha li se jieħdu sehem f 'din l-attività sportiva u nittamaw li permezz tal- involviment tagħna, it-tfal se jkunu jistgħu japprezzaw aħjar l-importanza li jikkompetu, jieħdu gost u jgħixu b'mod attiv f 'ambjent sigur u ta' serħan il-moħħ." 14-il Kunsill Lokali se jingħataw Defibrillator Unit kull wieħed G4S u Guard & Warden Service House Ltd. jipprovdu s-sigurtà waqt avveniment sportiv reġjonali għat-tfal L-Oktoberfest illum jibda fil-11am Kummercjali