Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501
Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 | illum 25 Kummercjali L-Air Malta tappunta lil Philip Micallef bħala Kap Eżekuttiv LAIR Malta ħabbret lil Philip Micallef bħala Kap Eżekuttiv ġdid tal- kumpanija. Fil-kummenti tagħha fuq din il-ħatra, ċ-Chairperson tal-Air Malta, Maria Micallef stqarret, "Philip għandu l-kwalitajiet u l-esperjenza meħtieġa biex jimbotta 'l quddiem din il-kumpanija u se jibda jokkupa l-kariga uffiċjalment fit-13 ta' Ottubru 2014. Il-bord qiegħed jaħdem bi ħġaru biex jaħtar il-kumplament tat-tim tal-maniġment fil- ġimgħat li ġejjin." Micallef, li għandu minjiera ta' esperjenza fi tmexxija t'organizzazzjonijiet kumplessi, riċentament kien jokkupa l-pożizzjoni ta' Kap Eżekuttiv tal- Awtorità Regolatorja tal-Komunikazzjoni ta' Bermuda. Fl-aħħar 30 sena, Philip Micallef okkupa diversi pożizzjonijiet f 'karigi ta' tmexxija fi ħdan ħafna organizzazzjonijiet Maltin u barranin kemm fis-settur privat u kif ukoll f 'dak pubbliku. Philip Micallef qal, "Konxju tal-isfidi li hemm quddiemna iżda nħossni onorat u privileġġjat li ġejt inkarigat f 'dan ir- rwol importanti fi ħdan kumpanija li tfisser tant għalija u għall-pajjiżi. Jinkuraġġuni ħafna l-lealtà u l-kuraġġ li wrew l-impjegati tal-Air Malta fis-snin riċenti." Huwa ħadem ma' kumpaniji u organizzazzjonijiet fosthom Olivetti fl-Italja, l-Isvizzera u Spanja, National Cash Register (NCR) fil-Libja, France Telecom Equant u Société Internationale de Télécommunications Aéronautiques (SITA) fi Franza, il-Management Systems Unit, l-Malta Enterprise, il-Melita Cable u l-Awtorità Komunikazzjoni ta' Malta, u dan l-aħħar fit-twaqqif tal-Awtorità Regolatorja fil-Bermuda. Middlesea tippremja impjegati bi vjaġġ għall-MotoGP MIDDLESEA Insurance riċentament premjat membri tas-sales network tagħha bi prestazzjoni tajba bi vjaġġ għall- MotoGP ġewwa Mugello l-Italja. Dawn kellhom l-opportunità li jaraw uħud mill-ikbar stilel ta' dan l-isport mill-viċin, fosthom iċ-champion tad-dinja attwali, Marc Marquez, kif ukoll is-sewwieq leġġendarju Valentino Rossi li għalih din kienet immarkata t-300 tellieqa tiegħu. Għal dawn l-aħħar tmin snin il-grupp MAPFRE, li tifforma parti minnu l-kumpanija lokali Middlesea kien wieħed mill-isponsors ta' wieħed mill-ikbar tims, Aspar. Dan bħala parti mill-impenn tal- grupp li jipprovdi appoġġ għall-valuri li fuqhom huwa bbażat l-isport. "Id-distributuri tagħna huma parti vitali tas- suċċess tagħna u nħossu l-bżonn li nirrikonoxxu l-ħidma tagħhom permezz ta' inizzjattivi bħal dawn," sostna Fernando Docampo, Assistant General Manager ta' Middlesea Insurance." Il-Middlesea Insurance p.l.c. hi awtorizzata mill- Awtorità ta' Malta għal Servizzi Finanzjarji biex tmexxi negozju kemm għat- tul u kemm ġenerali taħt l-Att tal-1998 dwar negozju ta' assigurazzjoni. - Provision of Red Hat Storage Server and High Availability Support Subscriptions – T051/14 Data ta' ħruġ: 17 ta' Settembru 2014 / Data ta' għeluq: 8 ta' Ottubru 2014 - Supply of Safes with Burglary and Fire Protection – T006/14 Data ta' ħruġ: 23 ta' Settembru 2014 / Data ta' għeluq: 22 ta' Ottubru 2014 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, Il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Philip Micallef, il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta Il-Middlesea tippremja l-aħjar ħaddiema li urew prestazzjoni tajba f 'xogħolhom