Illum previous editions

illum 28 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Balzan jiksbu rebħa drammatika fuq Tarxien Balzan ................. 3 Tarxien ................ 2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BALZAN kisbu rebħa drammatika ta' 3-2 fuq Tarxien Rainbows meta skorjaw it-tielet gowl tagħhom propju fl-94 minuta permezz ta' penalty mogħti mit- Taljan, Gianmarco Piccioni. Tarxien Rainbows għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari fil-logħba, u fl-ewwel minuta tal-logħba, Jorge Santos Silva ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal- wieqfa, bid-difiża ta' Balzan tneħħi l-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Fir-raba' minuta, Balzan marru fil-vantaġġ meta Elkin Serrano Valero għadda lejn Gianmarco Piccioni li permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' ġewwa. Fid-69 minuta r-Rainbows irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta minn cross ta' Alexander Cini, Carlos Hevia Menendez tefa' fix- xibka permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin. U fil-75 minuta Tarxien Rainbows irduppjaw l-iskor u marru fil-vantaġġ meta Alvaro Rodrigues Silva ra x-xutt dijagonali fil- baxx tiegħu jispiċċa wara l-goalkeeper Għawdxi, Steve Sultana. U fid-79 minuta, Balzan ġabu l-iskor indaqs meta Edison Bilboa Zarate qabbeż il-ballun fuq il-goalkeeper Cini, u l-istess skorer prolifiku tefa' l-ballun f 'lasta vojta permezz ta' daqqa ta' ras. Fil-ħin miżjud Balzan rebħu penalty meta Jean Pierre Mifsud Triganza twaqqa' fil-kaxxa u mill- 11-il metru nkariga ruħu t-Taljan Gianmarco Piccioni li ma żbaljax biex skorja doppjetta personali u ta rebħa drammatika lil Balzan. Fil-95 minuta tkeċċa l-plejer ta' Tarxien Rainbows, Carlos Hevia Menendez. Balzan - Sultana, Grioli, Bezzina, Valero, Zarate, Guobadia, Brincat, Micallef, Guerrero, Sciberras, Piccioni Tarxien - Cini, Farrugia, Caruana, Bugeja, Caruana, Aboulezz, Lima Silva, Hevia Menendez, Cini, Lopes Pereira, Santos Silva Referi - Fyodor Zammit GIANMARCO PICCIONI Twieled fit-18 ta' Lulju 1991 fl-Italja Ingħaqad ma' Balzan mingħand Mosta matul dan l-istaġun Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Sambenedettese, Vicenza u L'Aquila qabel ingħaqad ma' Mosta Kellu logħba mill-aqwa fejn skorja doppjetta personali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 September 2014