Illum previous editions

illum 28 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 SEJĦA GĦAL APPLIKAZZJONIJIET 'SENIOR CLERK' GĦALL-PROĠETT TAL-FSE 3.113 SUPPORTED & SHELTERED EMPLOYMENT TRAINING FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING REGISTERED DISABLED PERSONS FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING REGISTERED DISABLED PERSONS Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) qed tfittex persuna motivata li hi lesta biex taħdem ma' nies żvantaġġati, inkluż ma' persuni b'diżabbilta`. Il-persuna li se tintagħżel se tkun impjegata bħala 'senior clerk' biex tgħin fl-amministrazzjoni tal-proġett finanzjat mill-FSE 3.113, fuq bażi ta' kuntratt definit sal-aħħar ta' Gunju 2015. L-applikanti għandom ikollhom minn tal-inqas żewġ 'A' Levels (minn grad A sa E), ħames 'O' Levels inkluż il-Malti, l-Ingliż u l-Matematika (minn gradi A sa C, jew minn 1 sa 5), l-ECDL kollu u tlett snin esperjenza ta' xogħol klerikali. L-ismijiet ta' żewġ persuni li jistgħu jitkellmu għall-applikanti għandhom ikunu sottomessi mal-ittra t'applikazzjoni. Persuni interessati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni, flimkien ma' CV dettaljata u kopja tal-kwalifiki tagħhom, bil-posta reġistrata jew bl-idejn lil: L-Aġent Kap tad-Dipartiment People Management Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ Uffiċċju Prinċipali Ħal Far BBG 3000 L-applikanti għandhom jikkwotaw il-kodiċi HR/08/14 fl-ittra t'applikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Korporazzjoni sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 8 ta' Ottubru 2014. L-applikazzjonijiet kollha se jiġu rikonoxxuti u se jkunu trattati bl-akbar kunfidenzjalita`. Is-CVs tal-applikanti se jinżammu mill-ETC għal referenza futura. Dawk l-individwi li ma jixtiequx li s-CV tagħhom tinżamm mill-ETC għandhom jibagħtu ittra fuq l-indirizz t'hawn fuq u jirċievu lura s-CV tagħhom wara l-proċess ta' reklutaġġ. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett ko-nanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Ko-nanzjament: 85% Fondi UE, 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek MPO Reference No: MPO98/2005/09 ETC Permit No: 87/2014 WAQT konferenza tal- aħbarijiet fil-ġnien privat tal-Palazz ta' San Anton, iż-żgħażagħ ikkordinati mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) varaw il-kampanja Solidaritree fejn għall-ewwel darba ż-żgħażagħ ħarġu bl-idea li jkollhom l-Istrina taż- żgħażagħ. Solidaritree, hija kampanja b'enerġija kkulurita kif jafu joħolqu ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin immirata li tkun il-kontribuzzjoni żagħżugħa għall-Istrina ta' din is-sena. Wara laqgħat li saru matul ix-xhur tas-sajf fil-Palazz ta' San Anton mal-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-KSU ħarġu bl-idea li ż-żgħażagħ kollha ta' Malta u Għawdex jagħmlu l-Istrina taż-żgħażagħ. Il-President qalet li tinsab onorata li tant żgħażagħ qed juru rieda li jagħmlu d-differenza f 'dan il- pajjiż, bl-enerġija u l-ideat tagħhom u qalet li kienu l-istess żgħażagħ li ressqu lejha b'ideat innovattivi biex jiġbru fondi għall-Istrina. Il-President qalet li din il- Presidenza trid li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikunu msieħba attivi għaliex ċerta li bl-enerġija u l-kreattività tagħhom se jagħtu ħajja ġdida lil tant proġetti li se jsarrfu tant ġid fil-komunità. Il-President tal-KSU, Gayle Lynn Callus qal li Solidaritree hija kampanja li se tixgħel il-fjamma fejn tant għaqdiet taż-żgħażagħ diġà aċċettaw li jissieħbu f 'din l-enerġija biex jinġabru l-fondi għall- Istrina ta' din is-sena. Spjega kif Solidaritree se tkun qed toħloq għadd ta' attivitajiet li permezz tagħhom se jinġabru l-fondi għall-Istrina. Waħda mill-ewwel attivitajiet hija brazzuletta tal-kampanja Solidaritree. Il-President qalet li Solidaritree mhijiex biss kampanja, iżda hija ċelebrazzjoni taż-żgħażagħ b'enerġija kbira. Għall-attività tkellmu wkoll Andrew Borg Wirth, u Kenneth Terribile, u għexieren ta' żgħażagħ minn diversi għaqdiet minn Malta u Għawdex li se jkunu attivi fil-kampanja Solidaritree. 120 uffiċjal pubbliku jingħata taħriġ dwar l-UE "120 uffiċjal pubbliku ġew approvati sabiex jipparteċipaw f 'korsijet barra minn xtutna ħalli jkomplu jtejbu l-għarfien tagħhom dwar kif taħdem l-UE." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall- Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej Ian Borg. Borg qal li s'issa kien hemm diġà 40 uffiċjal li temmew il-kors tagħhom b'suċċess. Il-korsijiet approvati jkopru diversi suġġetti relatati mal-ħidma tal-UE fosthom il-proċess ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet, ħiliet fin- negozjati, ħiliet diplomatiċi, liġijiet tax-xogħol u liġijiet ambjentali fost l-oħrajn. Is-sejħa ħarġet f 'Mejju u qed tkun iffinanzjata mill- Fond Soċjali Ewropew. L-għan tagħha huwa li jiġu identifikati uffiċjali li huma interessati li jagħmlu kors qasir fuq materji relatati mal-UE. Il-korsijiet qed jiġu offruti minn istituzzjonijiet magħrufa li għandhom l-esperjenza meħtieġa f 'dan is-settur biex b'hekk il- parteċipanti jiksbu l-ħiliet neċessarji sabiex ikunu jistgħu jiffaċjaw aħjar l-impenji relatati ma' affarijiet Ewropej. L-offerta ta' sponsor tkopri l-ispejjeż relatati mal-kors kif ukoll spejjeż relatati mal- ivjaġġar u akkomodazzjoni għal perjodu massimu ta' tliet ġimgħat. Ian Borg ħabbar li dan se jsir biex jipprovdi l-ħiliet neċessarji sabiex impjegati jkunu jistgħu jiffaċċjaw aħjar l-impenji relatati ma' affarjiet Ewropej WAQT konferenza tal- Għawdxin immirata li qed juru rieda li jagħmlu jsarrfu tant ġid fil-komunità. hija brazzuletta tal-kampanja Solidaritree – l-Istrina taż-żgħażagħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 September 2014