Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501
Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 | illum 33 SPORTSillum L-ASMK tiġbor €717 għall-Fondazzjoni Arka MATUL tmiem il-ġimgħa li għaddiet bejn is-Sibt 20 u l-Ħadd 21 ta' Settembru, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat b'suċċess attività bil-karozzi Autocross fis-Sannat Għawdex. Kollox beda f 'Mejju li għadda meta l-Ministru għal Għawdex offra l-appoġġ tiegħu għal żewġt attivitajiet li għamlet l-ASMK tagħna dik bil- muturi Enduro li saret f 'Mejju li għadda u din tal- karozzi li saret nhar il-Ħadd. Ix-xogħol fuq il-korsa tal- karozzi dam sejjer ġimgħa b'diversi xogħlijiet saru mill-ħaddiema tal-Gvern u l-uffiċjali tal-ASMK. Waqt li kien għaddej ix-xogħol fuq il-korsa tal-karozzi, l-Għaqda ddeċidiet ukoll li tagħmel ftit xogħol fil-korsa tal-muturi fin-Nadur, Għawdex stess. Dan sar bi tħaddim tajjeb ta' riżorsi li kellha l-ASMK f 'idejha matul din il-ġimgħa li ġew minn diversi benefatturi kif ukoll bl-għajnuna tal-Ministeru t'Għawdex. L-Assoċjazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-familji Cassar u Curmi li ppermettew l-użu tal-art fis-Sannat biex tinbidel f 'korsa tal-karozzi temporanja għal ftit jiem kif ukoll diversi għajnuniet li kellha mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija, tar-Rabat u s-Sannat, mill-Korp tal-Pulizija, mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet f 'Għawdex, il- Gozo Sports Board u fl-aħħar u mhux l-inqas grazzi speċjali lill-familja Apap mir-Rabat li assistew lill-uffiċjali tal-ASMK f 'kull problema li ltaqgħu magħha matul din il-ġimgħa. Din l-attività saret biex jinġabru fondi għall- Fondazzjoni Arka u grazzi għall-ġenerożità tal-ispettaturi li ġew jaraw u jikkontribwixxu d-donazzjoni tagħhom b'risq il-fondazzjoni fejn inġabret is-somma ta' €717. Waqt il- preżentatzzjoni lir-rebbieħa Dun Micheal Galea mill- Fondazzjoni Arka rringrazzja lill-Għaqda għal din id- donazzjoni li nġabret fi ftit sigħat il-Ħadd waranofsinhar. Huwa kien impressjonat bil- fatt ta' kemm hawn dilettanti Maltin u Għawdxin f 'dan l-isport u awgura lil kulħadd għal iktar suċċessi. Waqt il-preżentazzjoni kien hemm ukoll is-Sindku tas- Sannat Philip Vella li wkoll għamel kelmtejn tal-okkażjoni u rringrazzja lil kulħadd speċjalment lill-uffiċjali li rnexxielhom fi ftit jiem jibdlu żona f 'kumpless sportiv ta' dan it-tip. Frans Deguara President tal- ASMK irringrazzja lil kulħadd u qal li jekk l-għajnuna tkun provduta l-Assoċjazzjoni tibqa' żżomm appuntament ta' kull sena għall-avvenimenti bħal dawn kemm bil-karozzi kif ukoll bil-muturi f 'Għawdex. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-ġurnata li minkejja s-sħana qawwija li kienet, rajna s-sehem ta' 23 kompetitur li nqasmu f 'żewġ klassijiet, dik tas-sewwieqa Maltin u oħra għas-sewwieqa Għawdxin. Fis- Sezzjoni Autocross tal-Maltin rajna lil Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo jiddomina l-heats kollha tal-ġurnata segwit minn Duncan Delia u Andreas Zammit - it-tnejn fuq Ford Fiesta. Minħabba li l-korsa kellha l-limitazzjonijiet tagħha ġie deċiż li l-finali tal-ġurnata tkun b'ħames kompetituri l-waħda fejn ma' Galea, Delia u Zammit ikkwalifikaw ukoll Philip Vella fuq Opel Nova u Philip Grima fuq Ford Escort. Mat-tluq ta' din il-finali ta' Klassi A rajna ħruġ tajjeb minn Vella segwit minn Delia u Zammit. L-attenzjoni mill-ewwel marret fuq Galea li mill-aħħar post beda jissupera wieħed wieħed sakemm ftit qabel tmiem it- tiġrija ħa l-ewwel pożizzjoni u ġie ddikjarat rebbieħ tal-finali A segwit minn Delia u Vella rispettivament. Fil-Finali ta' Klassi B ikkwalifikaw Carlos Mifsud u Christian Apap it-tnejn fuq Ford Fiesta, Lucas Pace fuq Honda Civic, Melo Zammit fuq Opel Corsa u Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Apap jagħmel ħruġ tajjeb ħafna tant li ħa mill-ewwel it-tmun tat-tiġrija segwit minn Pace u Mifsud. It-taqtigħa kompliet tkun interessanti bejn Apap u Pace tant li baqgħu flimkien tul din il-finali kollha b'Apap jibqa' jiddefendi postu sal- aħħar biex ġie ddikjarat rebbieħ segwit minn Pace u Mifsud rispettivament. Fiż-żewġ finali li kellna mis- sezzjoni Autocross Gozo kellna dawn ir-riżultati. Fl-Autocross Gozo Klassi A spiċċa rebbieħ Dominic Zammit fuq Alfa Sud segwit minn Marvin Grima fuq Opel Corsa u fit-tielet post spiċċa Joseph Gauci fuq Alfa Sud. Fil-Finali Autocross Gozo Klassi B rebaħ Chris Sultana u fit-tieni post spiċċa Derrick Vella. It-tnejn ikkompetew fuq Honda Civic. Intant, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ħabbret tibdil żgħir fil-kalendarju tal-istaġun 2014/2015 fejn dan l-istagun se jkun qed jibda bis-sezzjoni Enduro bl-ewwel attività ssir nhar il-Ħadd 12 ta' Ottubru fil-Fawwara filwaqt li l-karozzi Autocross u l-Muturi Trials se jibdew l-istaġun fid-19 ta' Ottubru. Is-Sezzjoni Trials se tagħmel l-ewwel attività fin-Naxxar. Il-bidu tal-istaġun Motocross mistenni jkun imħabbar fil-jiem li ġejjin. Għal iktar informazzjoni żur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt LATLETA tal- Commonwealth u Champion ta' Malta tat-triathlon u Duathlon Keith Galea sar l-ewwel champion nazzjonali tal-aquathlon fl-istorja tat- triathlon Maltija. Fil-fatt nhar is-17 ta' Settembru l-Malta Triathlon Federation organizzat l-ewwel kampjonati Nazzjonali tal-Aquathlon ġewwa Marsaxlokk. It-tellieqa kienet tikkonsisti f 'ġirja ta 2.5km, 1km għawma u wara tispicca b'2.5km ġirja oħra. Galea mar fuq quddiem mill-bidu biex jipprova jibni vantaġġ fuq ir-rivali tiegħu. Galea għamel żewġ attakki fit-tlajja peress li huwa b'saħħtu ħafna fihom u rnexxielu jiftaħ vantaġġ. Kien biss David Agius Lia ta' Birkirkara St Joseph li rnexxielu jżomm il-pass maċ- champion ta' Malta. Iż-żewġ atleti li huma tal-istess klabb, ħatfu l-opportunità u bdew jgħafsu l-pass flimkien biex il-vantaġġ tagħhom ikompli jikber. Galea rreġistra l-aqwa ħin fl-ewwel ġirja f ' ħin ta' 8.09 minuti. It-tnejn bdew l-għawma ta' kilometru flimkien imma Galea beda mal-ewwel bil-pass tas-soltu tiegħu b'saħħtu ħafna, li ħadd ma kien kapaċi jżomm. Allavolja l-baħar kien daqsxejn imqalleb, iċ-champion Malti beda jiftaħ il-vantaġġ tiegħu ma' kull qadfa fl-għawma. Huwa għamel l-għawma ta' kilometru f 'ħin ta' 16.15-il minuta li kien l-aqwa ħin tal- ġurnata. Fit-tieni ġirja ta' 2.5km, Galea kellu vantaġġ ta' iktar minn 1.30. Huwa kompla jiddomina dawn il-kampjonati fejn irreġistra l-aqwa ħin fit- tieni ġirja wkoll f 'ħin ta' 9.13 u rebaħ l ewwel Kampjonti Nazzjonali tal-Aquathlon f 'ħin ta' 34.40. David Agius Lia spiċċa fit-tieni post żewġ minuti wara Galea. Graham Borg spiċċa fit-tielet post b'żewġ sekondi biss wara Agius Lia biex ikkompleta l-podju kollu iswed u isfar – il-kuluri tal-klabb ta' Birkirkara St Joseph. Ikkuntattjat minn dan il- ġurnal, Keith Galea qal li huwa kuntent u jinsab onorat li sar l-ewwel champion Malti tal- aquathlon fl-istorja. Hija ħolma li saret realtà. Wara xahrejn ta' taħriġ intensiv, huwa jinsab kuntent bil-prestazzjoni tiegħu. Huwa qed iħares għat-tlielaq li fadallu b'mod pożittiv għax jaf li jista' jagħmel aħjar. It-tliet darbiet champion ta' Malta, Keith Galea li huwa taħt l-iskema Tl – KMS Elite 20/20 scheme jixtieq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Jaycee Malta, Challenge Malta Marathon, u Starbene Shop tal-Mosta, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation u lill- Kumitat Olimpiku Malta tal- appoġġ kontinwu li jagħtuh. Duncan Delia fuq Ford Fiesta -azzjoni segwit minn Philip Vella fuq Opel Nova Keith Galea -azzjoni Keith Galea l-ewwel champion nazzjonali tal-Aquathlon Ritratt: Jason Muscat (Capture Me Photography)