Illum previous editions

illum 28 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 | illum 9 vendetta fl-1993 l-gazzetti f 'ħalqu u ħarquh Pietru Cilia bin-numri tar- reġistrazzjoni D7375 li kienet kważi maħruqa. Kif ittawlu fil-vann raw katavru maħruq u mill-ewwel marru fl-Għassa tal-Pulizija tan-Naxxar fejn b'xokk kbir fuqu, Francis qal lill-Pulizija b'dak li kienu sabu. Viċin fejn instab il-katavru kienet toqgħod oħt l-istess vittma. Ħatfuh, qatluh u ħarquh Kif il-Pulizija kienu infurmati bis-sejba makabra qrib il- Magħtab, fuq il-post marru George Grech, li dak iż-żmien kien il-Kummissarju tal- Pulizija, is-Supretendent Joseph Cachia, illum il-Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija, flimkien mal-Ispetturi Leli Cassar, Bertu Mula u Pawlu Sammut, it-tlieta rtiraw mill- Korp u l-Ispettur Raymond D'Anastas illum Supretendent. Mill-ewwel stħarriġ li sar, l-investigaturi sabu li min qatel lil Cilia ried jeħles minn kull traċċa billi jaħraq mhux biss il-vann imma wkoll il-katavru. Fil-fatt madwar il-kadavru, il-Pulizija sabu 16-il tyre li ngħataw in-nar. Mill-istess investigazzjonijiet irriżulta wkoll li Cilia kien inħataf minn mill-inqas żewġ persuni u li x'aktarx li huwa ma nqatilx fuq il-post imma ttieħed bil-vann fejn instab meta kien diġà mejjet. Sorsi li tkellmu miegħi qaluli li t-teżi li ħadmu fuqha l-investigaturi kienet li Cilia kien jaf lil wieħed mill-qattiela jekk mhux ukoll it-tnejn li huma. Ħaġa ċerta hija li l-qattiela kienu jafu sew il- movimenti tal-vittma. L-istess sorsi qalu l-probabbiltà li wieħed minnhom kien fil-vann ma' Cilia filwaqt li l-kompliċi kien mistoħbi fi sqaq. Kif Cilia saq fl-isqaq, ħareġ il-kompliċi u wieħed minnhom spara tir u laqat lil Cilia. Jidher li Pietru prova jkompli jsuq, iżda ntilef minn sensih u ħabat mill-inqas darbtejn ma' ħajt tas-sejjiegħ. Dan irriżulta minn brix blu fuq xi ġebel li kien l-istess kulur tal- Austin Cambridge ta' Cilia. Huwa tpoġġa fuq is-seat tal-passiġġier u minn hemm il-qattiela saqu l-vann għal wara dura, distanza ta' madwar 500 metru minn fejn inqatel. Biex jeqirdu l-evidenza kollha, il-qattiela poġġew karti tal- gazzetti f 'ħalq Cilia, poġġew 16-il tyre madwaru u wara li xarrbu l-katavru u t-tyres b'likwidu li jaqbad, tawhom in-nar. Il-Pulizija jikkalkulaw li dan kollu sar għall-ħabta tal-10am għax id-dura fejn ħbew il-vann bil-katavru qabel ma ttieħed fejn ingħata n-nar, kienet mikrija mingħand Pietru Cilia stess lil raġel li kien imur inaddaf il-mansab u mal-10am jkun diġà telaq. Meta staqsejt kif ħadd ma rrapporta d-duħħan iswed li tela' meta ngħata n-nar, is-sorsi qaluli li peress li fl-għelieqi spiss xi ħadd kien iqabbad in-nar biex jeqred l-iskart u l-fatt li l-post huwa qrib ħafna tal-miżbla, għal ħafna nies id- duħħan kien xi ħaġa normali. Peress li meta nstab il-kadavru kien diġà dalam, il-Pulizija flimkien mal-esperti forensiċi komplew jiflu l-inħawi l-għada filgħodu. Fost traċċi li nstabu kienu tiċpis tad-demm fuq xi ġebel. L-esperti jemmnu li wieħed mill-qattiela, x'aktarx dak li kien riekeb miegħu u li saq il-vann wara l-qtil, iċċappas bid-demm tal-vittma u kif ħareġ mill-vann mesaħ idejh mal-ġebel. Dawn ġew elevati mill-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat għal aktar stħarriġ. Il-Pulizija tkellem diversi qraba Mill-bidu nett tal- investigazzjonijiet tagħha, il-Pulizija bdiet titratta dan il-każ bħala qtil ta' vendetta, jew tpattija. Kienu diversi l-persuni li ġew mitkellma mill-investigaturi, fosthom anke qraba tal-istess Pietru Cilia. Cilia stess kien fost is- suspettati tal-qtil li rajna l-Ħadd li għadda fejn inqatel Charles Fenech ta' 36 wkoll minn Ħ'Attard. Fenech inqatel nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Jannar 1987 b'tiri sparati mill-qrib meta kien fil-garaxx li kellu qrib il- Kappella tal-Mirakli f 'Ħal Lija. Dak iż-żmien il-Pulizija kienu ġabru lil Cilia iżda ma kellhom ebda prova li setgħet b'xi mod tpoġġih fuq ix-xena tar-reat. Cilia kien ukoll wieħed mis- suspettati fil-qtil ta' ħu l-mara tiegħu, Victor Gauci ta' 34 sena mill-Mosta li nqatel b'tir ta' senter ħdejn id-dar tiegħu fi Triq l-Antinni fil-Mosta nhar l-Erbgħa, 15 ta' Jannar 1992. Wara li l-qtil ta' Gauci l-Pulizija kienu marru f 'Wied Inċita fejn dak il-ħin Cilia kien għadu xogħol u ħaduh għall- interrogazzjoni. Dakinhar il-Pulizija kienu elevaw il-vann Austin Cambridge, l-istess vettura li nstab fiha maqtul Cilia, kif ukoll kienu elevaw żewġ snieter li kellu Pietru Cilia fir-residenza tiegħu. Huwa kien qal lill-Pulizija li dakinhar li nqatel ħatnu kien mar f 'xi ħin filgħodu jispara fl-għelieqi fis-Salini. Minkejja dawn is-suspetti, il-Pulizija qatt ma kellha prova soda biex tressaq lil Pietru Cilia l-Qorti u takkużah biż-żewġ delitti jew b'wieħed minnhom. Il-familja tiegħu dejjem ċaħdet li Pietru kellu xi jgħid ma' xi ħadd jew li b'xi mod seta' kien involut f 'xi qtil. Il-familja, b'mod speċjali martu Lina, baqgħet tiċħad ukoll li l-qtil ta' żewġha kellu konnessjoni mal-qtil ta' ħuha Victor Gauci fil-Mosta. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Pulizija u esperti tal-Qorti fuq ix-xena tad-delitt, jidher ukoll parti mill-vann tal-vittma Peter Cilia, il-vittma li kien jaħdem bħala għassies Ritratti: Arkivji Nazzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 September 2014