Illum previous editions

illum 5 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Ħadd 05 ta' Ottubru 2014 Wirja tal-Inkwiżizzjoni Rumana f 'Malta ILWIRJA titratta l-importanza storika tal- Inkwiżitur bħala mħallef suprem tal-Inkwiżizzjoni u Delegat Appostoliku li jirrappreżenta l-Papa. Din il-wirja toffri opportunità unika sabiex wieħed isir jaf aktar dwar l-istejjer tas- sħaħar, riti maġiċi, serq u profanizzazzjoni ta' dak li hu sagru kif ukoll diversi episodji kurjużi mill-passat. Fost l-oġġetti li qed ikunu esibiti wieħed isib proċeduri awtentiċi u karti maġiċi mill- Arkivji tal-Katidral, għotjiet imprezzabli mill-inkwiżituri għal Malta u numru ta' kotba li kienu jiffurmaw parti mill-kollezzjoni privata tal-Inkwiżitur.Għall-ewwel darba f 'Malta qiegħdin jintwerew pjanti tal-Palazz mill-Arkivji tal-Vatikan. Il-wirja qiegħda tittella' fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, li wara programm intensiv ta' restawr għadu kemm fetaħ is-sular ta' fuq biex issa l-ispazji miftuħa għal pubbliku rduppjaw. Din l-inizjattiva qiegħda tiġi parzjalment finanzjata mill-APS Bank, u qed tigi organizzata bil- kollaborazzjoni tal-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina, tal-Università ta' Malta, tal- Arkivju tal-Congregazione per la Dottrina della Fede tal-Vatikan u tal-Malta Study Centre ta' Minnesota. Marbutin ma' din il- wirja se jkun hemm bosta inizjattivi mtella' minn Heritage Malta. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku uffiċjali ta' Heritage Malta www.heritagemalta.org, il-paġni tal-Palazz tal- Inkwiżitur u ta' Heritage Malta fuq Facebook jew iċempel fuq 21663731. HEKK kif qed joħroġ minn perjodu ta' staġnar minħabba l-kriżi finanzjarja globali, il- kummerċ dinji mistenni jerġa' jibda jespandi fl-2016, waqt li jippreżenta opportunitajiet ġodda għan-negozji li poġġew lilhom infushom f 'pożizzjoni li jibbenefikaw minn dan. Dan sar magħruf fi studju li għamel l-HSBC Commercial Banking. Dettalji dwar l-aħħar HSBC Trade Forecast ingħataw waqt attività għan-negozji f 'Malta li kienet indirizzata minn Steve Box, Kap tat-Trade and Receivables Finance għall- Ewropa tal-HSBC Bank plc, Michel Cordina, Kap tal- Commercial Banking tal- HSBC Malta, James Woodeson, Kap tal- Global Banking and Markets tal-HSBC Malta. Dr Chris Cardona, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar tkellem ukoll waqt din l-attività. Michel Cordina, qal li "L-aħħar Trade Forecast juri li l-kummerċ madwar id- dinja se jaċċellera f 'perjodu ta' tkabbir fit-tul. Din hi opportunità mill-aqwa għan- negozji Maltin li jridu jikbru internazzjonalment. Aħna rridu nkunu fejn hemm it-tkabbir, irridu nlaqqgħu lill-klijenti tagħna mal- opportunitajiet, irridu ngħinu lin-negozji Maltin jirnexxu u rridu li l-ekonomija Maltija tmur 'il quddiem. It-tnedija f 'Diċembru 2013 tal-Fond Malti għat-Tkabbir tal- Kummerċ li jiswa €50 miljun hu l-investiment tagħna f 'dawk in-negozji Maltin li jridu jesploraw opportunitajiet ta' negozju u kummerċ barra minn Malta." Meta għalaq l-attività, Dr Chris Cardona, Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar qal: "Jien kuntent ngħid li Malta kellha għadd sew ta' stejjer inkuraġġanti ta' suċċess, li kollha juru l-potenzjal ta' kumpaniji Maltin biex jiżviluppaw il-prodotti tagħhom stess, ikunu innovattivi u jespandu barra minn Malta. Aktar milli żammna lura, iċ-ċokon tagħna fil-fatt serva biex jgħinna nispeċjalizzaw u mmorru għal setturi ekonomiċi ġodda. Min- naħa tiegħu, l-gvern se jkompli jtejjeb l-impenn tiegħu biex jagħmel l-ambjent tan-negozju hawn Malta aktar tajjeb għall- investiment u tkabbir." Il-kummerċ globali lest għal irkupru kbir Il-Ministru Chris Cardona (it-tieni mil-lemin) jitkellem dwar il-prospetti ta' tkabbir kummerċjali għal Malta. Jidhru wkoll (mix-xellug) James Woodeson u Michel Cordina mill-HSBC Malta u Steve Box mill-HSBC Ewropa Heritage Malta inawgurat wirja dwar l-Inkwiżizzjoni Rumana f 'Malta fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu Kummercjali www.gourmettoday.recipes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 October 2014