Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872
Il-Ħadd 05 ta' Ottubru 2014 | illum 17 ILLUM il-Punent ċivilizzat u Nisrani jixxokkja ruħu bil-barbariżmu ta' priġunieri li tinqatagħlhom rashom u l-eżekuzzjoni tiġri minnufih madwar id-dinja f 'tebqa t'għajn bis- saħħa tal-mezzi tax-xandir tal-lum. Iżda ninsew li dak il- barbariżmu mhux xi ħaġa tal-lum. Kienet tkun dehra aktar spettakolari għall- mezzi tax-xandir kieku l-kuntest kien jinbidel u nilmħu lil de (la) Vallette, Kristjan maħtur mill-Papa, biex jikkmanda fuq l-Ordni u l-Maltin, jaqta' l-irjus tal-priġunieri Islamiċi u jisparahom mill-kanuni għal fuq l-għadu. Barbariżmu tassew kreattiv! Illum nitkellmu dwar siti elettroniċi bħal The Voice of the Martyrs jew Aid to the Church in Need. Iżda ninsew kemm fl-imgħoddi, l-Islamiċi Torok kienu magħduda bħala bhejjem bla raġuni. U nippreferu niffukaw biss dwar x'qed jiġri fin-Niġerja, mill-Boko Haram, fis-Sirja, fl-Eġittu, fl-Eritrea, fis-Sudan u nħawi oħra fejn hemm persekuzzjoni għaddejja kontra l-Kristjani. Fi nħawi bħal Sri Lanka u Burma (illum Mjanmar) qed issir pressjoni kbira biex il- Buddiżmu jkun impost fuq kulħadd. Dawk li ma jikkonformawx, ibatu reliġjożament u fiżikament. Imma din mhix storja tal-lum. Hi storja inversa li ġrat fl-imgħoddi u kienet perpetwata kontra l-Lhud (pereżempju fis-Seklu Sittax jew minn Hitler, Kristjan, tirann u miġnun). Jew fis-sottomissjoni forzata tal-Indo-Amerikani taħt il-kolonjaliżmu kleriko- imperjali ta' Spanja. Wara li kienu nħakmu, l-Indjani, taħt piena tal-mewt, kienu obbligati jikkonvertu. Illum nitkellmu kontra l-ossessjoni Musulmana dwar il-martirju, dwar il-Gwerra Qaddisa. Dwar it- twemmin tagħhom fil-glorja tal-martirju. Imma din tal-martirju glorjuż hi wkoll kostruzzjoni taċ-ċiviltà nisranija. Hawn ukoll irridu nagħmlu pawża storika importanti. Hemm kapitli storiċi kruċjali li fil-Punent nippreferu ninjoraw jew ninsew għal kollox. Taħt il- qoxra rettorika u simplistika tal-kategoriji reliġjużi (eż: Il-Kristjanità kontra l-Islam u viċi-versa) ninsew li r-reliġjon hi marbuta b'mod ċar, mad-dominji tal- politika u l-ekonomija. Dan hu l-argument ċentrali, ngħidu aħna, li jieħu Benjamin R. Barber fil-bestseller tiegħu Jihad vs McWorld (2003), fejn l-awtur jipprova janalizza l-isfida tat-terroriżmu għad-demokrazija, fid- dawl ta' dak li seħħ fil-11 ta' Settembru 2001 u wara. Barber iqiegħda tajjeb: "Din hi battalja bejn Babel u Disneyland, li hi skorċa, wara kollox, tal-kapitali tal- Infern, Pandemonju, li nsibu f 'awtur morali bħal Milton." U x'inhuma l-marki ta' dik li l-Insara jikkunsidraw bħala l-libertà ta' żmienna? X'inhuma, eżattament, il-kriterji ta' din il-libertà demokratika fil-Punent "nisrani"? George Steiner jissuġġerixxi li "it-Tempji l-Ġodda huma McDonald's u Kentucky Fried Chicken. Iżda ħalli nagħmlu passejn lura fl-istorja tal-kunflitt bejn l-Islam u l-Kristjanità. Fis-seklu ħdax il-Papa Urbanu beda jħeġġeġ għal "Gwerra Qaddisa" kontra t-Torok. Għal żewġ sekli sħaħ kien hemm sensiela ta' spedizzjonijiet Insara kontra l-Islam, bil-veri skopijiet moħbija. Fost l-imsieħba fil-kruċjati kien hemm għira kbira, suspetti u kalkulazzjonijiet materjali, fosthom in-negozju ta' tagħmir għall-gwerra, kollox f 'isem Alla. Kien hemm bosta battalji interni fost il-Kristjani: il-Griegi kontra l-Latini. Suppost li l-Kavallieri kienu jaħilfu li jiġġieldu biss fi gwerer b'kawżi li kellhom il- barka tal-Knisja, iżda ħafna minnhom kellhom biss maskra nisranija (l-istess kif illum, kategoriji Islamiċi għandhom maskri favur Allah). Għall-Kavallieri, "il- pellegrinaġġi qaddisa" ma kienu xejn ħlief it-thejjija għall-qbid u t-tbiċċir tal- priġunieri Musulmani. Il-Kavallieri u kategoriji oħra Kristjani invadew b'salvaġiżmu: farrku teżori antiki, inklużi sagri, tal-Kristjanità bikrija; iddesagraw tempji u oqbra u ħafna drabi (ngħidu aħna bħalma ġara fl-attakk kontra Konstantinopli), ħadu r-riedni f 'idejhom u daħlu jissakkeġġjaw biex jaqsmu bejniethom. L-istorja tal-Punent hi miżgħuda bil-kunflitti mdemmija mhux biss bejn il-Kristjani u l-Islamiċi, iżda bejn il-poter temporali (Knisja u Stat) li giddeb kull vokazzjoni reliġjuża tal-Kattoliċiżmu. Il- bestjalità Kristjana laħqet il-qofol tagħha fi żmien l-Inkwiżizzjoni fejn inqatlu, mixwijin ħajjin jew imgħallqin, gzuz ta' nsara li ma qablux mal-oppressjoni Kattolika. Fi kliem ieħor, il-Punent m'għandux kredenzjali kredibbli wisq fejn jidħlu l-binarji tar-reliġjon u l-poter. Id-diskors fuq iċ- ċiviltà u l-barbariżmu (anki kontra l-istess Kristjani) hu miżgħud bl-immoralità u l-ipokrezija. Nies illuminati bħal Luteru, Kalvinu u Bruno kellhom raġun. IĊ-ĊIVILTÀ KONTRA L-BARBARIŻMU Il-bdil fil-liġijiet EDWARD TORPIANO FLORIANA NAGĦMEL riferenza għall-ittra li ġġib l-isem 'Esperjenza rikka u wiesgħa' miktuba mill- korrispondent Dun Nikol Aquilina (Leħen is-Sewwa, 28 ta' Settembru 2014) fejn, f 'din l-imsemmija ittra, dan l-artikolista qal li ġej: nixtieq ngħid li, l-istorja ta' pajjiż għandha ħafna faċċati u ebda waħda minnhom m'hija kompluta u qal ukoll li, dwar din il-kwistjoni li l-Knisja Kattolika kellha titlob il-libertà wieħed aħjar isemmi mill-inqas billi nfakkar f 'liġijiet moqżieża li Gvern Soċjalista Mintoffjan (sfiduċjat fl- elezzjoni ġenerali tat-12 ta' Diċembru 1981), ressaq, fosthom li żwieġ fil-Knisja Kattolika ma baqax rikonoxxut mill-Gvern Malti, tneħħiet l-immunità tal-Isqfijiet fl-1975, tneħħiet il-liġi li tiddikjara li r-reliġjon Kattolika hija r-reliġjon uffiċjali ta' Malta, ġiet emendata l-liġi tal-posta (1975) li ħalliet lil min għalaq tmintax-il sena jdaħħal xogħol pornografiku, għaddiet il-liġi tal-ġbir (biex jixxekkel il-ġbir fil-knejjes), għaddiet il-liġi dwar l-indħil barrani (bis-Santa Sede tqis li din hi liġi li tiftaħ il-bieb għall-indħil mill-awtorità ċivili fi ħwejjeġ interni tal-Knisja Kattolika), għaddiet il-liġi dwar il- proprjetà tal-Knisja (Att tal-1983 dwar divoluzzjoni ta' ċerta proprjetà tal- Knisja), għaddiet il-liġi li biha l-Fakultà tat-Teoloġija tneħħiet mill-Università ta' Malta, għaddiet il-liġi li biha l-isqfijiet kienu projbiti milli jżuru l-iskejjel tal-gvern, it-tneħħija tad-Diretturi Spiritwali mill-iskejjel tal-gvern u t-tneħħija ta' Orginazzturi tax-Xandir Reliġjuż minn Xandir Malta. Ma nafx għaliex, dejjem skont dan il-korrispondent Dun Nikol Aquilina, dawn għandhom jissemmew mill- inqas. Qed tiddejjaq li hawn min ifakkar il-ħniżrijiet li wettaq Dom Mintoff fil-konfront tal-Knisja Kattolika? L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI La Vallette: surmast tal-barbariżmu kreattiv kontra l-Ottomani "Fl-Inkwiżizzjoni nqatlu, mixwijin ħajjin jew imgħallqin, gzuz ta' nsara li ma qablux mal-oppressjoni Kattolika"

