Illum previous editions

illum 5 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Ottubru 2014 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Manchester City jitilgħu t-tieni post u Liverpool jirritornaw għar-rebħ MANCHESTER City telgħu fit-tieni post tal-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra hekk kif barra minn darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu l-ewwel mill-attakkant prolifiku mill-Kosta tal- Ivorju, Yaya Toure, li skorja fl-aħħar ħinijiet tal-logħba eżattament fit-82 minuta waqt li Sergio Aguero rnexxielu jsib ix-xibka sitt minuti biss wara. Permezz ta' din ir-rebħa importanti, il-Blues issa għandhom 14-il punt, u jinsabu żewg punti distakk mil-leaders Chelsea li iżda għandhom logħba inqas hekk kif ikunu impenjati llum ġewwa darhom fi Stamford Bridge kontra Arsenal. Liverpool irritornaw għar- rebħ meta ġewwa darhom f 'Anfield għelbu lil West Bromwich Albion bl-iskor ta' 2-1. Għalihom irnexxielhom isibu x-xibka Adam Lallana u Jordan Henderson wara li Saido Berahino kien ġab parità momentarja għal WBA minn penalty fis-56 minuta. Hull City ġewwa darhom għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 2-0 bil- gowls għalihom jaslu minn Mohamed Daime u mill- Kroat Nikica Jelavic. Sunderland ġewwa darhom għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Wickham u doppjetta ta' Fletcher waqt li l-gowl uniku għal Stoke City fil-logħba waslu minn Charlie Adam wara kwarta logħob. Leicester City u Burnley temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 2-2 bil-gowls għal Leicester City jaslu minn Schlupp u Mahrez waqt li ż-żewġ gowls għal Burnley waslu minn Kightly u Wallace. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn Swansea u Newcastle United fejn Wilfried Bony u Wayne Routledge irnexxielhom isibu x-xibka għal Swansea City waqt li l-gowl għall-Magpies waslu minn doppjetta ta' Papiss Cisse. Intant, fl-Italja, Hellas Verona, ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq Cagliari bil-gowl uniku għalihom jasal minn Tachtsidis fid-89 minuta. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 4 ta' Ottubru Hull C. vs Crystal P. 2-0 Leicester C. vs Burnley 2-2 Liverpool vs WBA 2-1 Sunderland vs Stoke C. 3-1 Swansea C. vs Newcastle U. 2-2 Aston V. vs Manchester C. 0-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 5 ta' Ottubru 13:00 Manchester U. vs Everton 15:05 Chelsea sv Arsenal 15:05 Tottenham H. vs Southampton 17:15 West Ham U. vs QPR Riżultat Kampjonat Serie A TIM Hellas Verona vs Cagliari 1-0 Fixtures Kampjonat Serie A TIM 12:30 Empoli vs Palermo 15:00 Lazio vs Sassuolo 15:00 Parma vs Genoa 15:00 Sampdoria vs Atalanta 15:00 Udinese vs Cesena 18:00 Juventus vs Roma 20:45 Fiorentina vs Inter 20:45 Napoli vs Torino

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 October 2014