Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 Ġ imgħa ilu kont qiegħed nitkellem ma' wieħed intiż sewwa fl-Istorja ta' pajjiżna. Ħadt pjaċir nisimgħu jispjega kif il-Belt Valletta kontra kull impressjoni popolari ma kinitx protagonist fl- Assedju l-Kbir. L-Isla kienet il-belt li nqabdet f 'kull sens fl-assedju. Il-Belt Valletta fir-realtà kienet ippjanata fuq il-belt tal-Isla li sfortunament ħafna minnha nqerdet fl-aħħar gwerra. Valletta għandha storja ta' dieqa, għaliex l-iskop li għalih inbniet ma seħħx għall-aħħar. Belt, li mingħajr l-akkwadott tal-Granmastru Alof De Wignacourt, ħadd ma kien se jmur joqgħod fiha. Twieldet mhux meta nbniet, iżda meta beda ġej l-ilma għandha! Kellha diversi proġetti li ma laħħqux intemmu, fosthom il-foss ta' madwarha, bil-ħsieb li jospita l-ilma tal-baħar u kif ukoll proġett ieħor li kellu jsir fil-mandraġġ. Dejjem fi żmien il-Kavallieri! Il-belt Valletta dejjem tibqa' ġojjell tal-arkitettura Barokka. Twieldet fuq il-pjanti tal-arkitett militari Lapparelli iżda tlaħħmet u kibret taħt l-id kapaċi tal-arkitett kapaċi Ġlormu Cassar. F'ħames snin ħafna mill-palazzi li nafu bihom illum kienu diġà nbnew! Ħeffa li qatt ma rajna fi żminna! Dakinhar la kellhom l-UE, la t-teknoloġija li għandna llum. Veru wkoll li n-nies kienu aktar ilsiera mill-ħaddiema u l-prattiċi tax-xogħol ma kinux dawk li għandna llum, iżda determinazzjoni li tibda ħaġa u tispiċċa b'ħeffa kienet hemm. Dan jikkuntrasta sewwa ma' dak li jiġri llum. Teatru li twaqqa' bl-attività tal-għadu sebgħin sena ilu, għadna sal-lum inħarsu lejn il-fdalijiet tiegħu. Bnejna xi ħaġa biex ngħidu li għamilna xi ħaġa. Kważi kważi ngħid li aħjar ħallejnieh kif kien milli l-pastażata li għandna llum. Tqanżiha arkitettonika li qatt qabel ma rajt bħala. Veru li Renzo Piano qalilna li bil-baġit li kellu ma kienx jippermettilu li jagħmel xi ħaġa aħjar u nifhmu. It-tort mhux tiegħu iżda ta' min kien mgħaġġel biex jagħmel xi ħaġa biex jidher li qiegħed jagħmel xi ħaġa. Iżda f 'Belt Barrokka l-ħamallaġni tas-siġġijiet li hemm fih u strutturi qishom puntali u scaffolding tal-bini ma jagħmlu xejn ġieħ lill-Belt Kapitali tagħna! Xi ħaġa jrid isir u xi ħaġa malajr. Sal-lum għadni ma nafx kif min kien responsabbli għall-isfreġju li wettaq bil-bombi, għadu qatt ma kkontribwixxa xejn biex jagħmel tajjeb għall-ħsara, bħal ma ġara f 'pajjiżi oħra. Pereżempju Dresden fil-Ġermanja nbniet mill-ġdid kif kienet. Dan ma sarx minn flus min tilef il-Gwerra iżda minn ta' dawk li rebħuha. Kultant nistaqsi x'iġġildna nagħmlu t-Tieni Gwerra Dinjija u x'niċċelebraw kull 8 ta' Settembru! Mill-pajjiżi kollha li l-aktar li soffrew ħsara fl-aħħar gwerra aħna l-inqas li rċevejna kumpens, talinqas biex nibnu mill-ġdid dan it- teatru! Qisu għamilna ħilitna biex maż- żminijiet nikkonfoffaw kontra l-Belt Valletta. Xi snin ilu qrajt rapport tal- Ġnus Magħquda. F'dak ir-rapport il- UNESCO, li tieħu ħsieb il-patrimonju dinji, bdiet turi l-preokkupazzjoni tagħha għal mod kif il-"progress" kien qiegħed ftit ftit jikkanċella l-punti ta' profil u panoramika ta' din il-Belt. Jingħataw permessi ta' bini għoli aktar minn kull arkitettura Barokka, isiru żviluppi li mhumiex kompatibbli mal-estetika ta' din il-Belt, djar storiċi fit-tarf tar-rovina u toroq litteralment minsija u abbandunati. Ma kienx biżżejjed li ħdimna biex neqirduha minn ġewwa iżda anke minn barra. Ma ninsa qatt meta għall-ewwel darba lmaħt il-bini li tela' f 'Tignè Piont jikkompeti mal-profil eleganti tal-Belt Valletta. Biex tkunu tistgħu tifhmu x'qiegħed nipprova ngħid, agħtu daqqa t'għajn minn fuq il- katamaran meta xi darba tkunu sejrin lejn Sqallija. Fejn qabel l-eleganza tal- belt kapitali kienet tilqak inti u dieħel fil-Port, illum faċċata tagħha hemm il- bini ġdid f 'Tignè li jikkompeti magħha b'bizzarija ta' arkittetura moderna li tweġġa' l-għajn ta' min ikun dieħel l-ewwel darba f 'pajjiżna bil-baħar! Il-UNESCO diġa qaltilna li qegħdin nilagħbu man-nar. Jekk nibqgħu nittrattaw lill-Belt Kapitali tagħna b'dan il-mod hemm iċ-ċans li din titlef l-istatus tagħha ta' Belt ta' patrimonju dinji. Il-belt Valletta jixirqilha aħjar. Dan l-aħħar għamilna wisq biex minflok nikkonservawha ngħarrquha. Il-bini tal-Parlament il-ġdid m'għamilna xejn biex insalvaw is-sbuħija ta' din il-Belt. Parlament, li sal-lum għadu kontroversjali mhux biss minn aspett estetiku iżda wkoll dwar it-tlestija tiegħu. Anqas minn tliet snin oħra l-Belt Valletta se tkun iċċelebrata bħala l-Belt Ewropea. Jiena konvint li l-kumitat li hemm maħtur se jagħmel ħiltu biex noħorġu ta' nies. Naf li hemm biżibilju ta' attivitajiet u inizzjattivi kulturali u artistiċi li se tassew jiċċelebraw lil din il-Belt. Iżda nappella ħaġa waħda: li dak kollu li nagħmlu jsir konformament mal-Istorja ta' din il-Belt. Li nagħmlu użu minn bini li se jaqa' għal skopijiet ta' attivitajiet b'xejra moderna, sakemm kollox isir kif jgħidu "in good taste", hija xi ħaġa li messna ilna li għamilna. Jekk se jsiru xi monumenti jew strutturi permanenti ejjew nirrispettaw l-ispirtu veru ta' din il-Belt. Ma nħallux li jsiru strutturi pernamenti li jistgħu jnaqqsu mill-estetika arkitettonika ta' din il-Belt. Għamilna ħafna biex nadulterawha bi żvilupp għal kollox barra minn loku f 'belt li kienet mibnija mill-ġentlomi għall-ġentlomi. Tant biex forsi nagħti eżempju, ma naħsibx li monumenti bħal dak li għadu kemm ġie inawgurat, sabiħ kemm hu sabiħ, kellu jsir ftit tal-metri biss barra s-swar. Fil-fehma umli tiegħi, dan il-monument kompla jkisser mill-kontinwità estitika tas-swar. Anke s-siġar li għad hemm fil-foss ta' San Ġakbu huma żejda aħseb u ara ż-żieda ta' monumenti oħra f 'distanza daqstant qasira barra s-swar! Ejjew ma nkomplux inbiċċru din il-Belt. Toni abela Biċċirna biżżejjed fiha! Renzo Piano qalilna li bil-baġit li kellu ma kienx jippermettilu li jagħmel xi ħaġa aħjar u nifhmu " "Mill-pajjiżi kollha li l-aktar li soffrew ħsara fl-aħħar gwerra aħna l-inqas li rċevejna kumpens"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014