Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 Qtil fix-Xemxija fl-2008 Il-vittma jinstab Qtil li seħħ ftit inqas minn sitt snin ilu ħalla lill-Pulizija b'diversi truf u ħafna mistoqsijiet. il-mottiv wara l-qtil premeditat ta' Renzo Borg li seħħ fil-11 ta' Diċembru 2008 fix-Xemxija seta' kien jew droga jew użura jew it-tnejn flimkien. Sparati żewġ tiri mill-qrib Kien għall-ħabta tal-11.30pm meta Renzo Borg ta' 31 sena minn Birkirkara, li iżda kien qed joqgħod in-Naxxar, wasal fi Triq il-Ħaġra l-Wieqfa li tinsab qrib ir-Riserva Naturali tas-Simar limiti ta' San Pawl il- Baħar. Huwa daħal minn Triq il-Pwales, dar fuq il-lemin fi Triq l-Awwista u xellug fi Triq il-Ħaġra l-Wieqfa. Huwa pparkja l-karozza tiegħu Mazda 323 ta' kulur abjad u mexa ftit passi biex jidħol fi blokk ta' appartamenti bl-isem Old Trafford. Li ma kienx jaf Borg kien li kien hemm diġà xi ħadd qed jistennih armat u bl- unika intenzjoni li kellu kien li joqtlu. Peress li Triq il-Ħaġra l-Wieqfa hija triq żgħira tant li ma tinfed għal imkien, probabbli l-qattiel kien qed jistenna wara l-kantuniera fi Triq l-Awwista biex b'hekk mhux biss ma jarahx Borg, iżda wkoll biex il-ħarba tkun aktar faċli. Kif Renzo Borg resaq lejn l-erba' tarġiet li jagħtu għall- bieb tal-komun tal-binja, il-qattiel mar minn warajh u spara żewġ tiri mill-qrib u ħarab minn fuq il-post. Borg niżel fl-art mitluf minn sensih, iżda ma mietx mill-ewwel. Peress li kienet ix-xitwa, f 'dan il-perjodu tas-sena ħafna mill-appartamenti jkunu battala, iżda wieħed mir-residenti sema' l-ħoss ta' żewġ tiri. Kif ħareġ jittawwal mill-gallarija biex jara x'kien il-ħoss, ra raġel mixħut fl-art u ċempel mill-ewwel lill- Pulizija. L-ewwel ma waslu fuq il- post kienu dawk tad-Distrett mill-Għassa tal-Qawra u dawk mill-Iskwadra Mobbli. Peress li Borg kien mitluf minn sensih u kien għadu qed jieħu n-nifs u ma kienx hemm dmijja la fuq il-persuna tiegħu u lanqas fl-art, l-ewwel suspett kien li dan seta' kien xi każ ta' overdose. Peress li fil-qrib hemm ir-Riserva Naturali kien hemm min ħaseb li l-ħoss tal- isparatura ġiet minn hemm. Minkejja dan xorta waħda kienu infurmati wkoll il- Pulizija mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Jindunaw li nqatel b'żewġ tir Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil Borg l-Isptar Mater Dei f 'qagħda kritika fejn beda jingħata l-kura medika fid- Dipartiment tal-Emerġenza. Kien għall-ħabta tan- 12.30am, sbieħ il-Ġimgħa, meta l-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei li dan ma kienx każ ta' overdose ta' droga, imma kellu żewġ feriti fuq in-naħa ta' wara tal-lemin ta' dahru kompatibbli ma' żewġ tiri ta' arma tan-nar x'aktarx pistola żgħira. It- tobba ċċertifikaw li Borg kien fil-periklu imminenti li jitlef ħajtu minħabba emoroġija interna. Il-Pulizija marru immedjatament l-isptar biex forsi Borg jgħid xi ħaġa li jista' jwassalhom biex jidentifikaw min sparalu. Iżda mhux biss Borg ma kienx f 'pożizzjoni li jitkellem u jikxef minn seta' sparalu, iżda miet ftit minuti wara. Hedded li joqtol lill-Maġistrat u jaqla' għajn pulizija Mill-Qorti PaSQualino Cefai hedded lill-Maġistrat Miriam Hayman li joqtolha u lill- ispettur Johann Fenech li joqtol lilu u lill-familja tiegħu, Surġent qal lill- Qorti, Dan ħareġ mix-xhieda tas- Surġent Duncan Demicoli meta bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta' Cefai, ta' 39 sena miż-Żebbuġ, Għawdex, li jinsab mixli li l-Ħamis li għadda hedded lill-Maġistrata Hayman u lill-Uffiċjal tal- Pulizija. L-allegat inċident seħħ meta Pasqualino Cefai, li aktar kmieni din is-sena kien ikkundannat seba' snin ħabs weġġa serjament lil raġel ieħor fl-2011, kien għaddej proċeduri oħrajn quddiem il- Maġistrat Miriam Hayman. Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, b'Cefai kontinwament miżmum immanettjat, is-Surġent Demicoli xehed li dakinhar għal xil-11.3am, id-deputata tal-Maġistrat Miriam Hayman qaltlu biex imur malajr f 'Awla 7 għax kien hemm xi kommossjoni. "Rajt lil Cefai mdawwar b'bosta pulizija. Kien f 'dagħdigħa ta' rabja u beda jidgħi u jsabbat. Meta niżilnih fil-lock-up, kisser mera u beda jħabbat rasu ma' locker." "Wara dan is-sitwazzjoni kkalmat. Meta mort inkellem lil Maġistrat Miriam Hayman sabiex niġbor l-evidenza, hija qaltli li Cefai qalilha li kien se joqtolha u mbagħad dar ukoll fuq l-Ispettur Fenech u qallu li kien se joqtol lilu u lil familtu," is-Surġent tenna. Fix-xhieda tiegħu, il- Kuntistabbli Ryan Borg Ungaro qal li l-inċident seħħ wara li Cefai kien qiegħed fil-Qorti u qal lil Maġistrat li l-avukat tiegħu kien għadu ma wasalx. Hekk kif intalab biex joħroġ barra, Cefai allegatement qam minn fuq l-iżbarra u sabitu ħati ta' disprezz lejn il-Qorti. Il-kuntistabbli spjega kif wara li ġie mwissi, Cefai beda jgħajjat u qal lil Maġistrat li kienet se tħallas għax kienet qed teħodlu l-flus minn ħalq uliedu. Hu pprova wkoll iħebb għaliha u rreżista l-arrest. Spjega kif eventwalment huwa rnexxielu jimmanettjalhu idejh il- leminija u wara kommossjoni sħiħa, il-pulizija rnexxielhom joħorġu lil Cefai 'l barra. Il-Kuntistabbli Borg Ungaro qal ukoll li fil-lock-up, qallu biex ineħħilu l-manetti u hu hekk għamel, bil-Kuntistabbli jgħid li Cefai qallu li jekk jerġa' jimmanettjah kien se jaqlagħlu għajnejh. Cefai għadu qed jinżamm taħt kustodja u qed jiġi mixli wkoll li m'obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija, li weġġa' ħafif Uffiċjal tal-Pulizija u li sar reċidiv. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Daryl Borg, filwaqt li l-Avukati Edward Gatt u Noel Bianco qed jidhru għal Pasqualino Cefai. Il-każ mistenni jkompli fl-aħħar ta' Ottubru. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Daniel Mizzi dmizzi@mediatoday.com.mt "L-ammont ta' droga kokaina li nstabet fl-appartament li kellu Borg fil-blokk Old Trafford, kif ukoll ammont ieħor fil-karozza tiegħu, komplew saħħew it-teżi li dan kien qtil ippjanat"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014