Illum previous editions

illum 19 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 19 ta' Ottubru 2014 • Nr 418 www.illum.com.mt Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST HEKK kif ilbieraħ ġiet imxandra l-aħbar li l-Papa Franġisku laqa' t-talba tal- Arċisqof Pawl Cremona biex jirreżenja minn Kap tal-Knisja Maltija, bdew ħerġin ħafna trufijiet ta' informazzjoni kif ukoll xnigħat dwar x'wassal lil Cremona biex jirrinunzja postu bħala r-Ragħaj tal- Knisja Maltija kif ukoll dwar min possibilment se jkun is-suċċessur tiegħu. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li ta lbieraħ, Cremona qal li kien ilu sentejn jikkontempla jċedi postu u dan wara kien spiċċa eżawrit matul il- kampanja li wasslet għad-dħul tad-divorzju f 'pajjiżna tant li kellu jgħaddi perjodu ta' mistrieħ f 'Għawdex. Jidher iżda li l-aħħar kontroversja interna li wasslet lil Cremona biex iħalli postu waslet wara li ftit tal-ġranet ilu l-Arċisqof ħabbar bla mistenni waqt l-Assemblea Djoċesana li kien se jiftaħ il-proċess sabiex fid-Djoċesi ta' Malta jiġu ordnati Djakni Permanenti, deċiżjoni li tfisser li rġiel miżżewġa jirċievu s-Sagramenti tal-Ordni Sagri u b'hekk ikunu jistgħu jibdew jiċċelebraw funzjonijiet bħal żwiġijiet, magħmudija u funerali. Minn informazzjoni li ksibna jidher li din id-deċiżjoni ma tantx niżlet tajjeb ma' wħud mill-qassisin tant li kien hemm numru ta' theddid ta' riżenji bir-raġunar tagħhom ikun li l-qassisin iridu jieħdu ġurament ta' ċelibat filwaqt li d-Djakni Permanenti ġodda jistgħu jkunu rġiel miżżewġa. Is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu li apparti l-argument taċ-ċelibat, għal ħafna qassisin iċ-ċelebrazzjoni ta' funzjonijiet bħal żwieġ, magħmudija u funerali huma parti essenzjali minn xogħolhom, liema xogħol kien se jittieħed mid-Djakni Permanenti filwaqt li huma kienu se jispiċċaw jagħmlu xogħol amministrattiv, xogħol li għal ħafna qassisin hu xogħol tedjanti u li qatt ma kienu ppreparati għalih speċjalment fejn jidħol awditjar u kontijiet ta' parroċċi u entitajiet oħra tal-Knisja. Jidher li dan id-diżgwid kien l-aħħar punt tad-deċiżjoni ta' Cremona li jirreżenja minn Kap tal-Knisja Maltija. Intant f 'kummenti lill- mezzi tax-xandir, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil irringrazzjaw lil Mons Pawl Cremona għas-servizz tiegħu fi ħdan il-Knisja Maltija u awguraw li s-suċċessur tiegħu jimxi fuq il-passi li jġibu l-għaqda fost il-poplu Malti u Għawdxi. Ikompli fil-paġna ta' wara Mousu' Travel Services Limited Day Trip 1: Padre Pio 11 ta' Frar 2015 (L-ewwel dehra) Day Trip 2: Madonna ta' Lourdes 21 ta' Marzu 2015 31, Spencer Hill, Marsa, Malta 2123 0301 / 21440146 / 99710266 FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt L-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona flimkien man-Nunzju Aldo Cavalli u l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna Sentejn jikkontempla r-riżenja tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 October 2014