Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
2 illum | Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq l-oGħlA: 27˚Ċ l-inQAS: 20˚Ċ teMp: Ftit imsaħħab Viżibilità: Tajba riħ: Grigal għal-Lvant forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jdur lejn il-Lvant u jzid għal forza 3 għal 4 għal wara nofsinhar. Lejn it-Tramuntana tal-inħawi: Grieg il-Lvant forza 4 għal 5 għall-ewwel. bAħAr: Ħafif li jsir lokalment baxx għal moderat filgħaxija Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM l-oGħlA: 27˚Ċ l-inQAS: 20Ċ teMp: Ftit imsaħħab Viżibilità: Tajba riħ: Lvant għall-Grigal forza 2 għal 3 li jsir varjabbli, u jsir Punent għall- Majjistral forza2 għal 3, lokalment forza 4 mal-lejl bAħAr: Ħafif għal moderat li jsir moderat SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 43 56 77 74 59 37 22 83 Waterfront Dispensary, Forni 2l, Pinto Wharf, Floriana Cosmed Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun Lantern Pharmacy, Misraħ il- Kebbies, Santa Venera st. Jude Pharmacy, 213, Triq il- Wied, Birkirkara regionaL Pharmacy, Triq E.H. Furse, Msida st. Andrew's Pharmacy, Triq il- Qasam, Ta' L-Ibraġ, Swieqi the Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema ikLin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin st. Mary Pharmacy, 71, Triq Sir Harry Luke, Mġarr eL Medina Chemist, Triq il-Fliegu, Qawra tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Tarxien aLpha Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura BeLLavista Pharmacy, 88, Triq il-Hortan, Marsascala st. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Żejtun mqaBBa Central Pharmacy, 9, Triq Santa Katerina, Mqabba st. Nicholas Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Siġġiewi Baħrija Pharmacy, Triq Raddet ir-Roti C/W Triq l-Iskola, Baħrija taċ-ċaWLa Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria pisani Pharmacy, Bini Gdid, Triq Sannat, Sannat Din il-ġimgħa kelli esperjenza xejn tas-soltu. Dik li mmur l-Arka ta' noe u niltaqa' ma' koppja tigri, koppja alpaki, koppja lemurs, koppja żebri, koppja ħmir, koppja xadini, koppja emu, koppja kangarus, ħafna koppji ċriev, ħafna koppji pappagalli, mogħoż tal-muntanja u diversi tipi ta' għasafar eżotiċi, skojjatli u papri ta' kull tip. Din l-Arka ta' Noe tinsab is-Siġġiewi. Hawnhekk Anton Cutajar ta' 38 sena bidel barriera f 'razzett tat-tagħmir ta' annimali li m'hawnx bħalhom f 'pajjiżna. Iltqajt ma' Anton u kelli esperjenza li qatt ma stennejt, dik li narah jitkellem mal-annimali kollha li għandu li kollha jafhom b'isimhom u jweġbuh. Kif dħalt f 'dan il-post enormi, imqaxxar bl-indafa u bla ebda riħa ta' annimali jew eskriment tal-annimali, laqagħni bl-għajta ta' 'Hello' minn wieħed mill-makaws li bħalissa huma mgħottija għax jinsabu fi żmien it-tagħmir. Dan ir-razzett jew aħjar l-Arka ta' Noe għalissa fih 20 tomna art, iżda fi ftit żmien ieħor dawn se jsiru 34 tomna biex jikbru d-daqs tal-gaġeġ u anke jikbru n-numru ta' annimali eżotiċi. L-ewwel dħul trijonfali se jkunu żewġ iljuni bojod li diġà nxtraw u jinsabu kwarantina. Il-post għalihom qed jitħejja u se jkollhom 400 metru kwadru fejn jimirħu. Xi ħaġa li laqtitni u żgur li se tibqa' f 'moħħi hi l-mod kif Anton kapaċi jikkomunika ma' kull annimal li għandu. Jitkellem mal-'ħamra' li hi ċerva ħamranija u kif jgħajtilha taraha ġejja tiġri ħdejh. Jitkellem mal-'pupa' tiegħu, il-kokka imperjali li twieġbu b'għajta tagħha. Ix- xadin li twieled hemm Ġinġer li jintrefa' 'l fuq meta jarah se jitlaq minn ħdejh. L-alpaka li laqqagħha miegħi qalilha biex tbusni u kif ġiet ma' ħalqi besqitli u daħħaqt lil kulmin kien hemm! Ħafna mill-annimali huma mgħammra. Il-mod kif Anton imellishom u jieħu ħsiebhom, joffri ċertu sens ta' armonija u mħabba li taraha bejn il- bniedem u l-annimal. "L-uniku annimal li ma nistax nagħmel kuntatt miegħu hu l-emu. M'għandekx ċans li jagħmel kuntatt mal-bniedem. It-tigri u jien vera konna ħbieb iżda minn meta t-tigra saret omm ta' erbat ifrieħ, inbidlet miegħi u ma nistax nafdaha. Dan l-aħħar kont qed nilgħab mat-tigra maskili u laqatni bi snienu u għamilli 10 punti f 'subgħajja, allura m'għadnix nidħol ħdejhom." Mistoqsi minfejn iġibhom dawn l-annimali qalli li kollha mill-Ewropa jġibhom u jgħammarhom u jbiegħhom, f 'Malta, kif ukoll barra. Huma d-diversi annimali li welldu fir-razzett tiegħu, fejn bħalissa hemm il-ħmara, iż- żebra u t-tigra li huma tqal. "Jien inżommhom indaf ħafna. Għax nemmen li dak li hu tajjeb għalija hu tajjeb għalihom. Għandi żewġ impjegati jnaddfulhom il-ħin kollu, l-ilma jinbidlilhom darbtejn kuljum, u l-ikel li jingħataw hu ikel li tajjeb għalija. Jekk ix-xadini nagħtihom l-għeneb mhux se nagħtihom għenba ħażina." Anton qalli li qabel jingħata l-permessi meħtieġa biex iġib dawn l-annimali Malta, imur għand il-veterinarju tal-Gvern u jara li fejn se jitpoġġew ikun komdu għalihom. "Barra hekk kull ġimgħa jiġi l-veterinarju hawnhekk. Għax jien noqgħod b'seba' mitt għajn biex nara li ma jimirdux, waħda għax inħobbhom u l-oħra għax jekk jimirdu flus nitlef." Mistoqsi jekk dan ix-xogħol jagħmlux għal flus jew għall- imħabba lejn l-annimali qalli li għat-tnejn, "iżda jien minn meta kont żgħir kelli ħolma li nrabbi annimali li m'għandniex hawn Malta." U issa x'ħolma għandu? Qalli "li niftaħ zoo b'differenza." Dan ir-razzett ilu miftuħ seba' xhur u Anton qalli li jħossu fil-ġenna tal-art jqatta' ħinu ma' dawn l-annimali. S'issa mhux qed idaħħal nies jaraw l-annimali ħlief tfal bl-awtiżmu jew b'xi bżonnijiet speċjali biex igawdu l-annimali mill- viċin. Kulmeta mort ħdejn xi annimal qalli, "Qatt tmur bil-ġirja fuq annimal. Ħallih jiġi hu għalik għax jekk tmur fuqu taf tbeżżgħu u jattakkak." Din l-esperjenza fl-Arka ta' Noe u l-mod kif Anton kapaċi jkellem l-annimali kienet xi ħaġa li ġiegħltu jwegħedni li jerġa' jistedinni meta jaslu l-iljuni, għax qabel jikbru rrid naqbadhom fi ħdani. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt "Dan ir-razzett fih 20 tomna, u issa daqt jikber għal 34 tomna" Ikellem l-annimali Ikellem l-annimali